Staqsina
FUQ DIN IL-PAĠNA
Aħna nagħmlu ħilitna biex inkunu trasparenti, aċċessibbli u mifhuma miċ-ċittadini kollha
Aħna l-bank ċentrali taż-żona tal-euro u naqdu lil madwar 350 miljun ċittadin Ewropew. Naħdmu biex inżommu l-prezzijiet stabbli u ngħinu biex il-banek jinżammu sikuri u sodi.
Trid issir taf aktar dwarna, x’nagħmlu, u kif dan jaffettwak? Ikklikkja fuq xi wieħed mis-suġġetti hawn taħt biex issib tweġibiet għall-aktar mistoqsijiet komuni, jew skrollja fil-qiegħ tal-paġna biex tistaqsi dak li trid!
Dwar il-BĊE
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa l-bank ċentrali taż-żona tal-euro. L-għan ewlieni tagħna huwa li nżommu prezzijiet stabbli, u dan nagħmluh primarjament billi nistabbilixxu rati tal-imgħax xierqa.
Aħna responsabbli wkoll għas-superviżjoni tal-banek fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).
L-azzjonijiet tagħna huma ggwidati mill-prinċipji ta’ trasparenza, indipendenza u responsabbiltà.
Bħalissa hemm 24 lingwa uffiċjali tal-UE, u tista’ tikkomunika magħna bi kwalunkwe waħda minn dawn. Il-lingwi li nużaw biex nikkomunikaw jiddependu mill-udjenza fil-mira u miċ-ċirkostanzi speċifiċi. Il-BĊE jippubblika atti legali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, u l-lingwa li jaħdem biha hija l-Ingliż.
Flimkien, il-banek ċentrali nazzjonali tal-pajjiżi kollha tal-UE huma s-sidien tal-BĊE. Is-sehem ta’ kull pajjiż fil-kapital tal-BĊE jirrifletti l-popolazzjoni u l-prodott domestiku gross (PDG) tiegħu, iżda kollha jitqiesu b'mod ugwali. Barra minn hekk, il-pajjiżi tal-UE li jużaw l-euro jħallsu f’aktar kapital mill-oħrajn. Dawn il-fatturi flimkien huma l-bażi għal dik li tissejjaħ l-iskema kapitali, li tiddetermina l-ammont imħallas minn kull bank ċentrali nazzjonali.
Spjegazzjoni: Ta’ min hu l-BĊE?Il-BĊE jagħmel profitti u jġarrab telf, l-istess bħal istituzzjonijiet oħra. Il-qligħ u t-telf nett tal-BĊE jinqasmu bejn il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro. L-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-BĊE jiddikjara li sa 20 % ta’ kwalunkwe profitt jista’ jinżamm bħala riżervi, filwaqt li l-profitti li jifdal iridu jitqassmu lill-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro fi proporzjon għall-ishma mħallsa tagħhom. Kwalunkwe telf jista’ jiġi paċut kontra r-riżervi ġenerali tal-BĊE, l-introjtu tiegħu għas-sena jew l-ammonti allokati lil kull bank ċentrali nazzjonali.
Spjegazzjoni: Profitti u telf tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro: minn fejn ġejjin?Il-politika monetarja
Il-politika monetarja tal-BĊE tinkludi l-miżuri kollha biex jiġi influwenzat il-kost tas-self li jista’ jittieħed biex jintlaħaq l-objettiv tagħna tal-istabbiltà fil-prezzijiet. L-istrument primarju tal-politika monetarja tagħna huwa s-sett tar-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE. Kwalunkwe bidla f'dawn ir-rati taffettwa rati tal-imgħax oħrajn fl-ekonomija kollha taż-żona tal-euro, inklużi r-rati li bihom il-banek kummerċjali jsellfu l-flus lil individwi u lil kumpaniji. Dawn il-bidliet fir-rati jaffettwaw id-domanda għall-oġġetti u s-servizzi, u dan għandu impatt fuq l-inflazzjoni – b’intervall fiż-żmien. Jekk ikun meħtieġ, aħna nużaw ukoll għodod oħrajn biex jgħinuna nilħqu l-għan primarju tagħna ta’ stabbiltà tal-prezzijiet.
Deċiżjonijiet Riċenti Dwar Il-Politika Monetarja L-għan tagħna tal-istabbiltà tal-prezzijiet u r-rieżami tal-istrateġija Spjegazzjoni: X’inhi l-politika monetarja?L-għan ewlieni tal-BĊE hu l-istabbiltà tal-prezzijiet kif stabbilit fl-Artikolu 127 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-BĊE jqis li l-istabbiltà tal-prezzijiet tista' tinżamm bl-aħjar mod billi tiġi mmirata inflazzjoni ta' 2 %, kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP), fuq żmien medju.
Prezzijiet stabbli jħeġġu lill-kumpaniji jinvestu u jagħmluha aktar faċli għan-nies biex jippjanaw l-infiq tagħhom. Jgħinu wkoll biex tinżamm il-fiduċja fl-euro billi jiżguraw li l-kwantità ta' oġġetti u servizzi li jistgħu jinxtraw b'ammont partikolari ta' euro tibqa' kostanti.
Spjegazzjoni: Għaliex il-prezzijiet stabbli huma importanti? Għaliex il-mira tal-inflazzjoni tagħna hi ta’ 2 %?Biex inżommu l-istabbiltà tal-prezzijiet b’mod effettiv, neħtieġu kejl affidabbli tal-inflazzjoni. Għal dan, aħna nħarsu lejn il-prezzijiet ta’ mijiet ta' oġġetti li n-nies tipikament jonfqu flushom fuqhom, inklużi oġġetti (bħal ikel, ħwejjeġ u enerġija) u servizzi (bħal kuntratti għall-mowbajl, biljetti tal-ferrovija u akkomodazzjoni mikrija). Flimkien, dawn l-ispejjeż jagħtuna idea ta’ kemm qed jinbidlu l-prezzijiet fl-ekonomija b’mod ġenerali.
Din l-istampa usa' hija pprovduta mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP), li aħna nqisu li huwa l-aktar kejl xieraq għall-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur, jiġifieri l-bidliet fil-prezzijiet tal-oġġetti u s-servizzi għall-konsumatur mixtrija mill-unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro.
Huwa indiċi “armonizzat” minħabba li l-pajjiżi kollha tal-UE jużaw l-istess metodoloġija. Dan jiżgura li d-data ta' pajjiż tista' titqabbel mad-data ta' pajjiż ieħor.
L-HICP jiġi kkompilat mill-Eurostat u mill-istituti nazzjonali tal-istatistika li japplikaw metodi armonizzati tal-istatistika.
Il-kejl tal-inflazzjoni u r-rieżami tal-istrateġijaIssa li l-inflazzjoni hija eqreb lejn l-għan tagħna ta' 2 %, naqqasna r-rati tal-imgħax tagħna, iżda se nżommuhom f'livelli li jiżguraw li l-inflazzjoni terġa' lura għall-mira u tibqa' hemm. Dan huwa kruċjali minħabba li inflazzjoni għolja tagħmel il-ħajja diffiċli għan-nies u għan-negozji.
Spjegazzjoni: Baxxejna r-rati tal-imgħax. Għaliex għamilna dan u dan xi jfisser għalik?Bħala l-bank ċentrali għall-euro, il-mandat tagħna huwa li nżommu l-prezzijiet stabbli. Meta l-prezzijiet ikunu qed jogħlew malajr wisq – jiġifieri meta l-inflazzjoni tkun għolja wisq – iż-żieda fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE tgħinna nreġġgħu l-inflazzjoni lura għal-livell fil-mira tagħna ta’ 2 % fuq terminu medju. Għalhekk,f'Lulju 2022 bdejna ngħollu r-rati tal-imgħax, u komplejna nagħmlu dan sa Settembru 2023, biex innaqqsu l-inflazzjoni. Il-prezzijiet m’għadhomx jogħlew b’mod daqshekk qawwi, u huwa għalhekk li bdejna nnaqqsu gradwalment ir-rati tal-imgħax tagħna – iżda għadna m’aħniex fil-livell fil-mira tagħna.
Is-superviżjoni bankarja
L-għan tas-superviżjoni bankarja Ewropea huwa li tiżgura li s-sistema bankarja Ewropea tkun sikura u soda, li żżid l-integrazzjoni u l-istabbiltà finanzjarja, u li tiżgura superviżjoni konsistenti.
Il-BĊE Jispjega: Superviżjoni bankarja EwropeaIl-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) huwa s-sistema ta' superviżjoni bankarja fl-Ewropa. Dan jinkludi l-fergħa superviżorja tal-BĊE (Superviżjoni Bankarja tal-BĊE) u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-pajjiżi li jipparteċipaw fl-MSU.
L-MSU mfisser fi tliet minutiInħeġġuk tirrapporta kwalunkwe ksur suspettat minn banek taħt superviżjoni, superviżuri bankarji nazzjonali jew mill-BĊE nnifsu tal-liġi tal-UE relatata mas-superviżjoni prudenzjali tal-banek permezz tal-pjattaforma tagħna għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta. Il-BĊE jiżgura protezzjoni xierqa kemm għal dawk li jirrappurtaw ksur kif ukoll għal dawk li jiġu akkużati bih, u wkoll għad-data personali kollha involuta.
Aħna naħsbu li huwa vitali li l-informazzjoni tkun aċċessibbli. L-għan tagħna huwa li nkunu trasparenti kemm jista’ jkun, filwaqt li fl-istess ħin niżguraw il-kunfidenzjalità fi kwistjonijiet relatati ma’ kif inwettqu l-kompiti tagħna.
Nagħtuk il-parir biex l-ewwel tikkonsulta s-sit web tal-bank li inti interessat(a) fih, peress li l-banek normalment jiżvelaw ċerta informazzjoni fir-rapporti ta’ obbligu ta’ rendikont annwali, trimestrali jew oħrajn tagħhom.
Informazzjoni kunfidenzjali dwar banek individwali taħt superviżjoni hija protetta b’mod speċifiku minn rekwiżiti ta’ segretezza professjonali, kif deskritt fil-liġi Ewropea (eż. id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital). Madankollu, il-BĊE huwa impenjat li jikkomunika b'mod miftuħ kull meta jkun possibbli. Minbarra li jippubblika stqarrijiet għall-istampa, diskorsi, intervisti u pubblikazzjonijiet, il-BĊE jipprovdi aċċess għar-Reġistru Pubbliku tad-Dokumenti tiegħu. Regoli dettaljati huma stabbiliti għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-BĊE (ara d-Deċiżjoni tal-BĊE BĊE/2004/3 tal-4 ta’ Marzu 2004).
Il-banek taħt superviżjoni diretta tal-BĊE jissejħu istituzzjonijiet sinifikanti, filwaqt li dawk taħt superviżjoni indiretta jissejħu istituzzjonijiet inqas sinifikanti.
Lista ta’ banek soġġetti għas-superviżjoniIs-superviżuri jivvalutaw ir-riskji li jiffaċċjaw il-banek u jivverifikaw li l-banek huma mgħammra biex jimmaniġġaw dawk ir-riskji kif suppost. Dan jissejjaħ il-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni (SREP), u l-għan tiegħu huwa li jiżgura li l-profili tar-riskju tal-banek jiġu vvalutati b’mod konsistenti sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwar kwalunkwe miżura superviżorja li tista’ tkun meħtieġa.
Aktar tagħrif dwar l-iSREPIs-superviżuri jużaw testijiet tal-istress biex jivvalutaw kemm il-banek jistgħu jifilħu għal skossi finanzjarji u ekonomiċi. Ir-riżultati tat-testijiet tal-istress jgħinu lis-superviżuri jidentifikaw il-vulnerabbiltajiet tal-banek u jindirizzawhom fi stadju bikri bħala parti mid-djalogu superviżorju tagħhom.
Aktar dwar it-testijiet tal-istressL-inċidenti matul il-pandemija tal-COVID-19 u wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna saħħew l-importanza tal-protezzjoni tas-servizzi kritiċi minn attakki ċibernetiċi u qtugħ. Biex is-settur finanzjarju tal-UE jsir aktar b’saħħtu u aktar reżiljenti mill-aspett diġitali, il-BĊE jeżamina l-iskoperturi tal-banek għar-riskji tal-IT u jivvaluta l-kapaċitajiet tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom. Dan isir permezz tal-qafas tal-BĊE għar-rappurtar tal-inċidenti ċibernetiċi u billi jiġu rieżaminati t-tweġibiet tal-banek għal kwestjonarju annwali dwar ir-riskju tal-IT. Il-BĊE wettaq test tal-istress tematiku dwar ir-reżiljenza ċibernetika fl-2024, fejn ittestja kif il-banek iwieġbu għal attakk ċibernetiku li jirnexxi u jirkupraw minnu.
Aqra l-artiklu tal-blog tagħna dwar is-superviżjoni: It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-banek kontra t-theddid ċibernetiku – prijorità ewlenija għall-BĊE Ir-riskju tal-IT u r-riskju ċibernetiku — osservazzjonijiet ewleninIl-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet, jiġifieri penali monetarji, fuq il-banek li l-BĊE jissorvelja direttament (l-hekk imsejħa banek sinifikanti) li jiksru l-liġi tal-UE direttament applikabbli jew id-deċiżjonijiet jew ir-regolamenti tal-BĊE. Jekk tinkiser il-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-direttivi tal-UE, jitwettaq ksur minn persuni fiżiċi jew ikollha tiġi imposta penali mhux monetarja, il-BĊE jista' jitlob lill-awtorità superviżorja nazzjonali rilevanti (l-awtorità nazzjonali kompetenti jew l-NCA) biex twettaq il-proċeduri rilevanti. L-NCA tista’ mbagħad tiddeċiedi l-penali xierqa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.
Il-penali imposti mill-BĊE fir-rwol superviżorju tiegħu huma ppubblikati fuq is-sit web tal-BĊE.
Sanzjonijiet superviżorji Aktar dwar is-sanzjonijietL-euro u s-sistemi tal-ħlasijiet
Il-ħolqien tal-euro kien kisba impressjonanti biex in-nies tal-Ewropa jingħaqdu billi ppermettielhom jivvjaġġaw, jistudjaw u jaħdmu barra minn pajjiżhom b'mod ħafna aktar faċli u b'ċertezza finanzjarja akbar. It-Trattat ta' Maastricht kien wieħed mill-aktar stadji importanti għall-integrazzjoni Ewropea u witta t-triq għall-ħolqien ta' munita komuni.
X’ħadu bl-euro ċ-ċittadini Ewropej?Il-BĊE qed jesplora l-possibbiltà li jintroduċi euro diġitali. Din tkun forma elettronika ta’ flus maħruġa mill-Eurosistema. Dawn ikunu flus tal-bank ċentrali u għalhekk mingħajr riskju. Bħalissa, il-flus kontanti huma l-uniċi flus tal-bank ċentrali użati għall-pagamenti bl-imnut. L-euro diġitali jkun mod addizzjonali kif isiru l-pagamenti bl-euro, u mhux se jissostitwixxi l-flus kontanti iżda pjuttost se jikkomplementahom. Ikun jista’ jissarraf (fuq bażi ta' wieħed għal wieħed) mal-forom l-oħrajn kollha tal-euro, bħall-karti tal-flus.
L-euro diġitali jgħaqqad l-effiċjenza ta’ strument ta’ pagament diġitali mas-sikurezza tal-flus tal-bank ċentrali. Dan jgħin lill-UE tibqa’ indipendenti mill-metodi ta’ ħlas diġitali maħruġa u kkontrollati minn barra ż-żona tal-euro. Dan jiżgura wkoll stabbiltà finanzjarja u sovranità monetarja, u jgħin biex tinżamm il-fiduċja fil-ħlasijiet fl-era diġitali.
Għaliex għandna bżonn ta’ euro diġitali? Aktar dwar l-euro diġitaliIl-kriptoassi huma fundamentalment differenti mill-flus tal-bank ċentrali: il-prezzijiet tagħhom huma estremament volatili, li jagħmilhom diffiċli biex jintużaw bħala mezz ta’ ħlas jew unità ta' kont. Il-kriptoassi ma għandhom l-ebda valur intrinsiku u l-ebda istituzzjoni pubblika ma tappoġġahom. Hemm tħassib simili dwar l-istablecoins: l-affidabbiltà tagħhom fl-aħħar mill-aħħar tiddependi mill-entità emittenti u mill-assi sottostanti. Huma dipendenti wkoll fuq l-emittent li jżomm il-valur tal-muniti stabbli maż-żmien. Euro diġitali, min-naħa l-oħra, ikun flus tal-bank ċentrali. Dan ifisser li jinħareġ minn bank ċentrali u jkun magħmul biex jissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini: minbarra li jirrispetta l-privatezza, ikun ukoll mingħajr riskju.
Esperti mill-Eurosistema stabbilixxew għadd ta’ rekwiżiti bażiċi biex jgħinuna naraw kif jista’ jidher l-euro diġitali. Dawn jinkludu l-aċċessibbiltà, ir-robustezza, l-effiċjenza, is-sigurtà tad-data u l-privatezza, u l-konformità mal-liġi. L-euro diġitali jkun imfassal biex ikun kompatibbli mas-servizzi ta’ pagament eżistenti, filwaqt li jiffaċilita l-forniment ta’ pagamenti pan-Ewropej u servizzi oħra lill-utenti.
Xi jkun l-euro diġitali? Aktar dwar l-euro diġitaliL-Eurosistema m'għandha l-ebda interess li tiġbor data tal-ħlas minn utenti individwali, li tintraċċa l-imġiba tal-ħlas jew li taqsam tali data ma’ aġenziji tal-gvern jew istituzzjonijiet pubbliċi oħra.
L-utenti x'aktarx ikollhom jidentifikaw lilhom infushom meta jaċċessaw is-servizzi diġitali tal-euro għall-ewwel darba, iżda xorta jistgħu jiġu ggarantiti livelli għoljin ta’ privatezza għall-pagamenti tagħhom.
L-euro diġitali u l-privatezza Aktar dwar l-euro diġitaliIl-karti tal-flus tal-euro huma simbolu tanġibbli u viżibbli tal-unità Ewropea. Bħala parti mill-proċess regolari tal-iżvilupp tal-karti tal-flus, u 20 sena wara l-introduzzjoni tal-ewwel euro, wasal iż-żmien li jiġi rivedut id-disinn tal-karti tal-flus tal-euro.
F’Diċembru tal-2021, il-BĊE beda jeżamina l-ideat għal tema ġdida tal-karti tal-flus bħala pass inizjali lejn id-disinn mill-ġdid tal-karti tal-flus tal-euro biex isiru aktar relatabbli għall-Ewropej, filwaqt li jiżgura wkoll li l-karti tal-flus il-ġodda u l-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom jinkorporaw l-aħjar teknoloġija u l-aktar waħda sostenibbli disponibbli.
Il-proċess ta’ disinn mill-ġdid jikkonsisti f’żewġ fażijiet konsekuttivi: l-għażla ta’ tema ġdida u l-iżvilupp ta’ disinji ġodda. Il-pubbliku huwa involut matul il-proċess kollu, bi stħarriġ li jsir kemm mill-BĊE kif ukoll minn kumpanija ta' riċerka separata.
Bħalissa huwa antiċipat li l-Kunsill Governattiv tal-BĊE se jiddeċiedi dwar id-disinni l-ġodda għall-karti tal-flus tal-euro fl-2026.
Mistoqsijiet frekwenti dwar il-proċess ta’ disinn mill-ġdidIl-karti tal-flus tal-€500 mhux se jinħarġu iżjed. Madankollu, dawn jibqgħu valuta legali, u għalhekk xorta jistgħu jintużaw bħala mezz ta’ ħlas u ħażna ta’ valur. Bħad-denominazzjonijiet kollha tal-karti tal-flus tal-euro, il-karta tal-flus ta’ €500 dejjem se żżomm il-valur tagħha u tista' tissarraf f'bank ċentrali nazzjonali fiż-żona tal-euro fi kwalunkwe żmien.
Immaġnijiet tal-karti tal-flus tal-euro jistgħu jintużaw għal skopijiet mhux professjonali mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tagħna, diment li inti tikkonforma mar-regoli eżistenti kollha biex tiżgura li r-riproduzzjoni qatt ma tiġi konfuża ma' karta tal-flus ġenwina (ara l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10) peress li dan idgħajjef il-fiduċja fl-euro.
Jekk tixtieq tuża immaġnijiet b’riżoluzzjoni għolja tal-karti tal-flus tal-euro għal skopijiet professjonali, għandek tikkuntattjana fuq euro-banknotes-images@ecb.europa.eu sabiex inkunu nistgħu nivvalutaw il-każ tiegħek. Jekk it-talba tiegħek tiġi approvata, inti tirċievi mingħandna l-immaġnijiet elettroniċi rilevanti.
Is-Servizzi Trans-European Automated Real-Time Gross Settlement Express Transfer (TARGET) huma numru ta' servizzi żviluppati u operati mill-Eurosistema li jiżguraw il-fluss liberu ta' flus kontanti, titoli u kollateral madwar l-Ewropa.
Dawn is-servizzi ta’ infrastruttura tas-suq finanzjarju jinkludu s-sistema T2 (għas-saldu ta’ pagamenti ta’ valur kbir minn banek ċentrali u banek kummerċjali), il-pjattaforma TARGET2-Securities (T2S) (għas-saldu ta’ titoli), is-Sistema ta’ Pagament Istantanju TARGET (TIPS) (għal pagamenti istantanji bl-imnut) u s-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kollateral tal-Eurosistema (ECMS) (għall-ġestjoni tal-kollateral). Dawn is-servizzi kollha jitħallsu fi flus tal-bank ċentrali.
Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali ma jistgħux jipprovdu tagħrif dwar l-istatus ta’ trasferimenti bankarji individwali, kemm jekk fiż-żona tal-euro kif ukoll fuq livell internazzjonali.
Aktar tagħrif dwar is-Servizzi tat-TARGETIt-TARGET Instant Payment System (TIPS) huwa servizz Trans-European Automated Real-Time Gross Settlement Express Transfer (TARGET) imniedi mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali fl-2018. Dan jippermetti lill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament joffru trasferimenti ta’ fondi f’ħin reali lill-klijenti tagħhom erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Bis-saħħa tat-TIPS, il-ħlasijiet istantanji issa jistgħu jsiru malajr u b’mod sikur.
Aktar dwar TIPSX’inhi l-istrateġija tagħna dwar il-flus kontanti? Għaliex il-flus kontanti huma importanti? In-nies fiż-żona tal-euro kif iħobbu jħallsu?
Għaliex is-sistemi ta’ ħlas huma daqshekk importanti?
Żur it-taqsima tal-pagamenti u l-istabbiltà finanzjarja tas-sit web tagħnaTibdil fil-klima
Għandna interess qawwi li nindirizzaw ir-riskji klimatiċi għal oqsma li jaqgħu taħt il-mandat tagħna. It-tibdil fil-klima huwa importanti għalina għaliex huwa ta’ piż fuq l-ekonomija, li min-naħa tiegħu jaffettwa l-għan tagħna li nżommu l-prezzijiet stabbli. Għandu wkoll impatt fuq kif nissorveljaw il-banek u kif nimmaniġġjaw l-esponiment tagħna stess għar-riskji klimatiċi.
Spjegazzjoni: Għaliex it-tibdil fil-klima huwa importanti għall-BĊE?B’mod regolari nippubblikaw informazzjoni dwar kif il-BĊE qed jindirizza l-kwistjoni tat-tibdil fil-klima fuq is-siti web tagħna:
It-tibdil fil-klima u l-BĊE It-tibdil fil-klima u s-superviżjoni bankarja Il-ħarsien tal-ambjent fil-BĊEDak li ma nagħmlux
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Il-BĊE joffri self jew kontijiet direttament lil individwi jew kumpaniji?
Le, il-BĊE mhuwiex bank kummerċjali li jipprovdi servizzi bankarji lil individwi u lil kumpaniji. Aħna ma noffrux self jew kontijiet kurrenti u ta’ tfaddil, u lanqas ma għandna sit web bankarju onlajn.
Is-superviżjoni Bankarja tal-BĊE hija responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur u għal kwistjonijiet tal-ħasil tal-flus?
Le, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus jaqgħu lil hinn mill-mandat tal-BĊE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma responsabbli għal dawn il-kwistjonijiet. Jekk ikollok xi lment dwar il-bank tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-bank direttament jew indirizza l-ilment tiegħek lill-awtorità nazzjonali rilevanti.
Informazzjoni dwar miżuri kontra l-ħasil tal-flusScams u frodi
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Frodi – użu ħażin tal-isem u tal-logo tal-BĊE
Il-BĊE ma jipprovdix servizzi bankarji kummerċjali. Xi drabi, l-identità tagħna tintuża ħażin b’rabta ma’ tranżazzjonijiet finanzjarji foloz u attivitajiet frodulenti oħrajn. Membri tal-persunal tagħna jistgħu wkoll jisfaw impersonati jew imsemmija fi skemi frodulenti (scams), u l-isem u l-logo tagħna jistgħu bl-istess mod jintużaw b'mod qarrieqi.
Sir af aktar dwar l-użu b'mod qarrieqi tal-isem tal-BĊE u x’tista’ tagħmel