Responsabbiltà
Għandna bżonnkom, bħala r-rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE, biex tgħaddulna t-tħassib tagħhom u biex tgħinuna nispjegawlhom il-politiki tagħna.
Il-BĊE huwa istituzzjoni indipendenti li għandha d-diskrezzjoni sħiħa biex tuża l-istrumenti tagħha, skont il-ħtieġa, sabiex twettaq il-kompiti u taqdi l-mandat tagħha. Ir-responsabbiltà hija l-kontroparti meħtieġa għal din l-indipendenza.
Il-BĊE huwa responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu lill-Parlament Ewropew bħala l-korp magħmul mir-rappreżentanti eletti taċ-ċittadini tal-UE.
Il-qafas tar-responsabbiltà tagħna
Skont l-Artikolu 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-BĊE huwa primarjament responsabbli lejn il-Parlament Ewropew, fejn l-interessi taċ-ċittadini tal-UE huma rappreżentati. Iżda jrid jirrapporta wkoll regolarment lill-Kunsill tal-UE, li jirrappreżenta l-gvernijiet tal-Istati Membri kollha tal-UE. Dan huwa rifless ukoll fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).
L-Artikolu 15(3) tal-IstatutMatul is-snin żviluppajna qafas ta’ responsabbiltà b’saħħtu u komprensiv, li jmur ferm lil hinn mir-rekwiżiti tat-Trattat.
Id-djalogu bejn il-BĊE u l-Parlament Ewropew huwa ta’ importanza ewlenija f’dan ir-rigward. Dan jippermetti lill-BĊE jispjega l-azzjonijiet u l-politiki tiegħu fid-dettall lir-rappreżentanti eletti taċ-ċittadini tal-UE, u jisma’ t-tħassib tagħhom. B’dan il-mod, iċ-ċittadini tal-UE u r-rappreżentanti tagħhom jistgħu jiffurmaw ġudizzju dwar il-prestazzjoni tal-BĊE fid-dawl tal-objettiv primarju tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 127(1) tat-Trattat.
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Fehim komuni u kooperazzjoni effettiva
Sabiex jiġi promoss fehim komuni kontinwu u kooperazzjoni effettiva, l-arranġamenti ta’ responsabbiltà bejn il-BĊE u l-Parlament Ewropew fil-qasam tal-banek ċentrali huma ċċarati fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.
Is-Superviżjoni Bankarja u r-responsabbiltà tal-BĊE
Ir-responsabbiltà tal-BĊE għall-kompiti superviżorji tiegħu hija suġġetta għal reġim speċifiku stabbilit fir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).
Il-mod li bih għandhom jitwettqu fil-prattika r-rekwiżiti tar-responsabbiltà superviżorja huwa ċċarat fi:
- Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE
- Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kunsill tal-UE u l-BĊE
ARA WKOLL
Tagħrif ieħor
X’INHUMA L-KOMPITI MAKROPRUDENZJALI TAL-BĊE?
Il-kompiti tagħnaRelazzjonijiet ma' istituzzjonijiet Ewropej
Kooperazzjoni Ewropea