Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
© Bernd Hartung/ECB

Legalment, kemm il-BĊE kif ukoll il-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-pajjiżi taż-żona tal-euro għandhom id-dritt joħorġu l-karti tal-flus tal-euro. Fil-prattika, madankollu, il-BĊN biss joħorġu u jirtiraw fiżikament il-karti tal-flus tal-euro. Il-BĊE m’għandux servizz tal-flus kontanti u ma hu mdaħħal f’ebda operazzjoni ta’ flus kontanti. L-uniċi entitajiet legali li jistgħu joħorġu l-muniti tal-euro huma l-pajjiżi taż-żona tal-euro. Il-Kummissjoni Ewropea tikkoordina l-operazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-muniti fil-livell taż-żona tal-euro. Għal aktar tagħrif ara l-paġni rilevanti fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

Responsabbiltajiet tal-BĊE u tal-BĊN

Il-BĊE hu responsabbli għas-sorveljanza tal-attivitajiet tal-BĊN kif ukoll għall-promozzjoni tat-tisħiħ tal-armonizzazzjoni tas-servizzi tal-flus kontanti fiż-żona tal-euro, waqt li l-BĊN huma responsabbli għat-tħaddim tas-sistemi nazzjonali tagħhom għat-tqassim tal-flus kontanti. Il-BĊN iqiegħdu l-karti tal-flus u l-muniti fiċ-ċirkolazzjoni permezz tas-sistema bankarja u, b’mod iżjed limitat, permezz tal-kummerċ bl-imnut. Il-BĊE ma jistax iwettaq dawn l-operazzjonijiet minħabba li m’għandux l-infrastrutturi tekniċi xierqa (ċentri ta’ tqassim, unitajiet għall-ipproċessar tal-karti tal-flus, kmamar tas-sigurtà, eċċ.).

"L-€uro"

Is-sit web tagħna juża cookies

Aħna nużaw cookies funzjonali biex naħżnu l-preferenzi tal-utent; cookies analitiċi biex intejbu l-prestazzjoni tas-sit web; cookies ta’ partijiet terzi stabbiliti minn servizzi ta' partijiet terzi integrati fil-websajt. Għandek l-għażla li taċċettahom jew li tirrifjutahom. Għal aktar informazzjoni jew biex tirrevedi l-preferenza tiegħek fuq il-cookies u l-logs tas-server li nużaw, nistednuk biex: