Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Proġettazzjonijiet makroekonomiċi

Il-proġettazzjonijiet makroekonomiċi għandhom l-għan li jbassru u jifhmu l-istat futur tal-ekonomija fuq skala wiesgħa. Dawn jinkludu informazzjoni relatata mat-tkabbir ekonomiku, l-inflazzjoni, il-pagi, il-qgħad u l-kummerċ.

Il-persunal tal-Eurosistema u l-BĊE jipproduċu proġettazzjonijiet makroekonomiċi li jkopru l-prospetti għaż-żona tal-euro u l-ekonomija globali usa'. Dawn jikkontribwixxu għall-valutazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-iżviluppi ekonomiċi u r-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet.

Jiġu ppubblikati erba' darbiet fis-sena (f'Marzu, f’Ġunju, f’Settembru u f’Diċembru).

Diċembru 2024
Daqqa t’għajn

Prospetti dwar l-inflazzjoni

L-inflazzjoni hija pproġettata li tibqa’ madwar il-mira tal-inflazzjoni tal-BĊE ta’ 2 % mit-tieni trimestru tal-2025 ’il quddiem hekk kif il-pressjonijiet tal-kostijiet jittaffew u l-impatt tad-deċiżjonijiet tal-politika monetarja tal-passat gradwalment jalimenta l-prezzijiet għall-konsumatur.

Aktar
Prospetti dwar il-prodott domestiku gross

L-attività ekonomika taż-żona tal-euro hija mistennija li tirkupra gradwalment fost inċertezza ġeopolitika u politika sinifikanti. Din se tkun appoġġata minn żieda fl-introjti tal-unitajiet domestiċi, suq tax-xogħol reżiljenti u kundizzjonijiet ta’ finanzjament aktar faċli.

Aktar

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Ir-rapport sħiħ

Ir-rapport sħiħ fih valutazzjoni dettaljata tal-prospetti għall-ekonomija taż-żona tal-euro.

Aqra r-rapport

Proġettazzjonijiet attwali u tal-imgħoddi

Qabbel il-proġettazzjonijiet storiċi tagħna tal-inflazzjoni u t-tkabbir ekonomiku. Il-proġettazzjonijiet tal-imgħoddi għaż-żona tal-euro u l-pajjiżi taż-żona tal-euro huma disponibbli biex jitniżżlu.

Il-proġettazzjonijiet makroekonomiċi kollha tagħna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima