Riċerka u Pubblikazzjonijiet
Aħna nappoġġaw it-tfassil tal-politika permezz tar-riċerka ekonomika
Aħna nagħmlu riċerka ekonomika fuq firxa wiesgħa ta’ suġġetti. Dan jgħin fit-titjib tat-tfassil tal-politika u għalhekk jikkontribwixxi għall-benessri tal-Ewropej kollha.
Bullettin Ekonomiku
Il-Bullettin Ekonomiku jippreżenta informazzjoni li tifforma l-bażi għad-deċiżjonijiet tal-BĊE dwar il-politika monetarja. Noħorġuh tmien darbiet fis-sena, ġimagħtejn wara l-laqgħat tal-politika monetarja. Jinkludi għarfien dwar l-ekonomija u l-prospetti tagħha.
Aqra l-Bullettin Ekonomiku l-iktar riċenti tagħnaBullettin ta’ Riċerka
Il-Bullettin ta’ Riċerka fih għażla ta’ xogħol reċenti mill-ekonomisti tal-BĊE. Jiġi ppubblikat kull xahar u jkopri varjetà wiesgħa ta’ suġġetti ekonomiċi u finanzjarji.
Aqra l-Bullettin ta’ RiċerkaĦarsa lejn l-Istabbiltà Finanzjarja
Il-Ħarsa lejn l-Istabbiltà Finanzjarja tanalizza r-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro. L-istabbiltà finanzjarja hija essenzjali għalina peress li hija komponent wieħed li huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata inflazzjoni stabbli.
Aqra l-Ħarsa lejn l-Istabbiltà Finanzjarja tagħnaIr-rwol internazzjonali tal-euro
Ir-rwol internazzjonali tal-euro kien reżiljenti fl-2022. Din kienet sena li rat il-bidu tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u żieda sostanzjali fir-riskji ġeopolitiċi, b’riperkussjonijiet potenzjali għas-sistema monetarja internazzjonali.
Aqra r-rapport tagħna tal-2023Bullettin Makroprudenzjali
Iċ-ċiklu finanzjarju taż-żona tal-euro qed idur. Iżda l-banek jibqgħu profittabbli, il-vulnerabbiltajiet għadhom preżenti, u r-riskji għall-istabbiltà għadhom ma mmaterjalizzawx. Għalhekk il-politika makroprudenzjali għandha tiffoka fuq li tippreżerva r-reżiljenza tal-banek u ta' dawk li jissellfu.
Aqra l-Bullettin Makroprudenzjali tagħnaDokumenti ta’ riċerka
Bħal banek ċentrali kbar oħrajn, il-BĊE jagħmel ir-riċerka. Il-konstatazzjonijiet jiġu ppubblikati f’numru ta’ dokumenti ta’ riċerka.
Ħarsa ġenerali lejn id-dokumenti ta’ riċerkaINSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Ir-riċerkaturi tagħna
Ir-riċerkaturi tagħna jwettqu analiżijiet ta’ livell għoli li jkopru varjetà ta’ suġġetti li huma rilevanti għall-BĊE. Xogħolhom jipprovdi s-sisien għad-deċiżjonijiet tal-BĊE fl-oqsma kollha tal-politika. Skopri aktar dwar min huma u dak li jaħdmu fuqu.
Ir-riċerkaturi tagħnaTRID TKUN TAF AKTAR?
ARA L-PUBBLIKAZZJONIJIET TAGĦNA
Opportunitajiet għar-riċerkaturi
Ingħaqad mal-BĊE
Jekk inti interessat/a tagħmel riċerka fil-BĊE, qed noffri opportunitajiet ta’ xogħol eċċitanti u ta’ sfida għall-ekonomisti tar-riċerka, apprendistati għall-istudenti, u boroż ta’ studju kemm għal riċerkaturi żgħażagħ kif ukoll għall-istudjużi.
Skopri l-boroż universitarji u offerti oħra tagħnaAħdem magħna
Il-BĊE jmexxi u jikkoordina r-riċerka permezz ta’ numru ta’ networks biex jikseb għarfien li jappoġġa t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħna.
Agħti titwila lejn in-networks ta’ riċerka tagħna