Ċifri ewlenin
1 Rapport Amministrattiv
1.1 Għan tar-rapport amministrattiv tal-BĊE
Ir-rapport amministrattiv[1] hu parti integrali tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE u hu maħsub biex jipprovdi tagħrif kuntestwali għall-qarrejja fir-rigward tar-rapporti finanzjarji.[2] Minħabba li l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-BĊE jsiru biex isostnu l-għanijiet tal-politika tiegħu, ir-riżultat finanzjarju u l-pożizzjoni finanzjarja tal-BĊE għandhom jitqiesu flimkien mal-azzjonijiet tal-politika tiegħu.
Għal dan il-għan, ir-rapport amministrattiv jippreżenta l-attivitajiet u l-operazzjonijiet ewlenin tal-BĊE, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tiegħu. Barra dan, janalizza l-iżviluppi ewlenin fil-karta tal-bilanċ u l-kont tal-profitt u t-telf matul is-sena u jinkludi tagħrif dwar l-ekwità netta tal-BĊE. Finalment, jiddeskrivi l-ambjent ta' riskju li fih jopera l-BĊE, waqt li jipprovdi tagħrif dwar ir-riskji speċifiċi li l-BĊE hu espost għalihom, u l-politika għall-ġestjoni tar-riskji użata biex ittaffihom.
1.2 Kompiti u attivitajiet ewlenin
Il-BĊE hu parti mill-Eurosistema, li tinkludi, minbarra l-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) li l-munita tagħhom hi l-euro.[3] Il-BĊE għandu l-għan ewlieni li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Il-BĊE jaqdi l-kompiti tiegħu kif deskritt fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[4] u fl-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (Statut tal-SEBĊ)[5] (Figura 1). Il-BĊE imexxi l-attivitajiet tiegħu sabiex iwettaq il-mandat tiegħu u mhux bl-intenzjoni li jiġġenera profitt.
Figura 1
Il-kompiti ewlenin tal-BĊE
L-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jiġu reġistrati fir-rapporti finanzjarji tal-BĊE u tal-BĊNi, fatt li jirrifletti l-prinċipju tal-implimentazzjoni deċentralizzata tal-politika monetarja fl-Eurosistema. It-Tabella 1 hawn taħt tagħti deskrizzjoni ġenerika tal-operazzjonijiet u l-funzjonijiet ewlenin tal-BĊE mwettqa biex jissodisfa l-mandat tiegħu, u l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE.
Tabella 1
L-attivitajiet ewlenin tal-BĊE u l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tiegħu
Implimentazzjoni tal-politika monetarja
Self lil u obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja | Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja | Self ta’ titoli |
---|---|---|
Il-qafas operattiv tal-politika monetarja tal-Eurosistema jikkonsisti f’sett ta’ strumenti tal-politika monetarja. L-Eurosistema twettaq operazzjonijiet tas-suq miftuħ, toffri faċilitajiet permanenti u teħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jżommu riżervi minimi.1 Dawn l-istrumenti tal-politika monetarja jintużaw b’mod deċentralizzat mill-BĊNi u huma riflessi fir-rapporti finanzjarji tagħhom taħt il-partiti tal-karta tal-bilanċ “Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro” u “Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro”. Għaldaqstant, ma għandhom l-ebda impatt fuq ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE. | Ix-xiri ta' dawn it-titoli jsir mill-BĊE u l-BĊNi tal-Eurosistema u jiġi reġistrat fil-partita tal-karta tal-bilanċ "Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja". It-titoli miżmuma bħalissa jidhru fil-kontijiet b’kost amortizzat, soġġett għal indeboliment. Id-dovuti tal-kupun u l-primjums u l-iskontijiet amortizzati huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf fuq bażi netta, jew taħt “Dħul ieħor mill-imgħax” jew taħt “Spejjeż oħra tal-imgħax”, skont jekk l-ammont nett huwiex pożittiv jew negattiv. Qligħ u telf realizzat, jekk ikun hemm, huma inklużi fil-Kont tal-Profitt u Telf taħt “Qligħ/telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji”. | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja huma disponibbli għal self mill-Eurosistema.2 Għall-BĊE, dawn l-operazzjonijiet isiru permezz ta’ istituzzjonijiet speċjalizzati. Dawn l-operazzjonijiet huma reġistrati fil-partiti tal-karta tal-bilanċ “Obbligazzjonijiet oħrajn lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u “obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” jekk il-kollateral jiġi pprovdut fil-forma ta' flus kontanti u dawn il-flus kontanti jibqgħu mhux investiti. Altrimenti, l-operazzjonijiet relatati ta' self ta' titoli jiġu reġistrati f'kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ. Dovuti ta’ imgħax huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE bħala “Dħul ieħor ta’ imgħax” jew “Spiża oħra tal-imgħax”. |
Provvediment ta’ likwidità f'muniti barranin | Provvediment ta’ likwidità lil banek ċentrali mhux taż-żona tal-euro f’euro |
---|---|
Il-BĊE jaġixxi ta’ intermedjarju bejn il-banek ċentrali barra ż-żona tal-euro u l-BĊNi tal-Eurosistema permezz ta’ tranżazzjonijiet swap li joffru finanzjament f'muniti barranin għal żmien qasir lil kontropartijiet tal-Eurosistema.3 Dawn l-operazzjonijiet jidħlu fil-partiti tal-karta tal-bilanċ “obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” u “Klejms oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)” / "Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema” kif ukoll fil-kontijiet barra l-karta tal-bilanċ. Dovuti ta’ imgħax huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE bħala “Dħul ieħor ta’ imgħax” jew “Spiża oħra tal-imgħax”. | L-Eurosistema tista’ tipprovdi likwidità f’euro lil banek ċentrali li mhumiex fiż-żona tal-euro permezz ta’ swaps u tranżazzjonijiet ta’ riakkwist bi skambju ma’ kollateral eliġibbli.4 Għall-BĊE, l-operazzjonijiet ta’ swap huma rreġistrati fil-partiti tal-karta ta’ bilanċ “Klejms kontra residenti barra ż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija” u “obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro ddenominati f’euro” jew alternattivament “Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)”/“Obbligazzjonijiet oħra ġewwa l-Eurosistema (netti)”, kif ukoll fil-kontijiet barra l-karta tal-bilanċ. Dovuti ta’ imgħax huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE bħala “Dħul ieħor ta’ imgħax” jew “Spiża oħra tal-imgħax”. |
Tmexxija ta’ operazzjonijiet tal-kambju barrani u amministrazzjoni tar-riżervi barranin
Operazzjonijiet tal-kambju barrani u amministrazzjoni tar-riżervi barranin |
---|
Ir-riżervi barranin tal-BĊE jiġu ppreżentati fil-karta tal-bilanċ l-aktar taħt “Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb”, “Klejms kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f'muniti barranin”, “Klejms kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'muniti barranin”, filwaqt li kull obbligazzjoni relatata tiġi ppreżentata taħt “obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro denominati f'muniti barranin” u “obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f'muniti barranin”. It-tranżazzjonijiet f'muniti barranin jidhru fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ sad-data tas-saldu. Id-dħul nett mill-imgħax, inklużi d-dovuti tal-kupun u l-primjums u l-iskontijiet amortizzati, jidħol fil-kont tal-profitt u t-telf fil-partita “Dħul mill-imgħax fuq assi f’riżervi barranin”. It-telf mhux realizzat tal-prezzijiet u tar-rata tal-kambju li jaqbeż il-qligħ mhux realizzat tal-prezzijiet fuq l-istess partiti li kien reġistrat preċedentement, u qligħ u telf realizzat li jirriżultaw mill-bejgħ ta' riżervi barranin, huma inklużi wkoll fil-kont tal-profitt u t-telf fil-partiti “Tnaqqis fil-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji” u “Qligħ/telf realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji” rispettivament. Il-qligħ mhux realizzat jidħol fil-karta tal-bilanċ fil-partita “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”. |
Promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament
Sistemi ta’ pagament (TARGET) |
---|
Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊN taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE li jiġu mit-obbligazzjonijiet lejn residenti 5 jiġu preżentati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet u jidhru fi “Klejms oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)” jew “Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)”. Bilanċi tat-TARGET ta’ BĊNi barra ż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE huma rreġistrati fuq il-karta tal-bilanċ taħt “obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”. Bilanċi ta’ sistemi anċillari6 konnessi mat-TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE huma rreġistrati fuq il-karta tal-bilanċ taħt “obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro” jew “obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”, skont jekk l-entità ta’ ġestjoni hijiex stabbilita fiż-żona tal-euro jew barra minnha. Dovuti ta’ imgħax huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Dħul ieħor ta’ imgħax’ jew ‘Spiża oħra tal-imgħax”. |
Kontribuzzjoni għas-sigurtà u s-sodezza tas-sistema bankarja u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja
Superviżjoni bankarja - il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku |
---|
L-ispejjeż annwali tal-BĊE relatati mal-kompiti superviżorji tiegħu jiġu rkuprati permezz ta’ tariffi superviżorji annwali imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni. It-tariffi superviżorji huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf taħt l-intestatura “Dħul/spiża netti minn tariffi u kummissjonijiet”. Barra minn hekk, il-BĊE hu intitolat li jimponi penali amministrattivi kontra l-entitajiet taħt superviżjoni għal nuqqas ta' konformità mal-liġi bankarja tal-UE applikabbli fuq rekwiżiti prudenzjali (inklużi d-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE). Id-dħul relatat jidħol fil-kont tal-profitt u t-telf taħt l-intestatura “Dħul/spiża netti minn tariffi u kummissjonijiet”. |
Oħrajn
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | Portafoll tal-fondi proprji |
---|---|
Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% mill-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni. Dan is-sehem huwa sostnut minn klejms kontra il-BĊNi, li għandhom imgħax bir-rata użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u huma rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt il-partita “Klejms relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema”. L-imgħax jidħol fil-kont tal-profitt u t-telf fil-partita “Dħul mill-imgħax li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema”. L-ispejjeż tal-ġarr transfruntier ta’ karti tal-euro bejn l-istamperiji tal-karti tal-flus u l-banek ċentrali nazzjonali għall-kunsinna ta’ karti tal-flus ġodda, u bejn il-banek ċentrali nazzjonali għal ħażniet biex jagħmlu tajjeb għal nuqqas ta’ provvista, jiġġarrbu ċentralment mill-BĊE. Dawn l-ispejjeż jidħlu fil-kont tal-profitt u t-telf taħt l-intestatura “Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus”. | Il-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE jidħol fil-karta tal-bilanċ, l-aktar fil-partita “Assi finanzjarji oħrajn”. Dovuti tal-kupun u primjums amortizzati, huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Dħul ieħor mill-imgħax” u “Spejjeż oħrajn tal-imgħax”. It-telf mhux realizzat tal-prezzijiet li jaqbeż il-qligħ mhux realizzat tal-prezzijiet fuq l-istess partiti li kien reġistrat qabel, u l-qligħ u t-telf realizzat li jirriżulta mill-bejgħ ta’ titoli, huma inklużi wkoll fil-kont tal-profitt u t-telf taħt il-partiti “Tnaqqis fil-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji” u “Qligħ/telf realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji” rispettivament. Il-qligħ mhux realizzat mill-prezz jidħol fil-karta tal-bilanċ fil-partita “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”. |
1) Aktar dettalji dwar l-istrumenti tal-politika monetarja tal-Eurosistema u b’mod aktar speċifiku dwar l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
2) Dettalji oħra dwar self ta’ titoli jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
3) Dettalji oħra fuq il-linji swap tal-kambju jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
4) Aktar dettalji dwar l-operazzjonijiet ta’ likwidità f’euro tal-Eurosistema kontra kollateral eliġibbli jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
5) Dettalji oħra dwar l-obbligazzjonijiet lejn residenti jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
6) Is-sistemi anċillari huma infrastrutturi tas-suq finanzjarju li jkunu ngħataw aċċess għall-komponent TARGET-BĊE mill-Kunsill Governattiv, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-ECB u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (BĊE/2022/22) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1–83), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista tal-emendi jinsab hawnhekk. Dettalji oħra dwar is-sistemi anċillari jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
1.3 Żviluppi finanzjarji
1.3.1 Karta tal-bilanċ
Il-karta tal-bilanċ tal-BĊE espandiet b’mod sinifikanti fil-perjodu mill-2019 sal-2022, l-aktar minħabba x-xiri dirett ta’ titoli mill-BĊE fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Ċart 1). B’mod partikolari, il-muturi ewlenin tal-espansjoni sostanzjali fl-2020 u l-2021 kienu x-xiri nett ta’ titoli taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP)[6] u t-tnedija tal-programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP)[7] f’Marzu 2020. Ix-xiri nett ta’ titoli taħt il-PEPP u l-APP twaqqaf sa mill-aħħar ta’ Marzu 2022 u mill-1 ta’ Lulju 2022, rispettivament, u dan wassal għal żieda iżjed moderata fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE fl-2022.
Ċart 1
Komponenti ewlenin tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE
Fl-2023 il-karta tal-bilanċ tal-BĊE naqset b’EUR 24.4 biljun għal EUR 674.5 biljun, prinċipalment minħabba t-tnaqqis gradwali tal-investimenti tal-APP bħala riżultat tal-investiment mill-ġdid parzjali biss tal-pagamenti prinċipali minn titoli li mmaturaw f’dan il-portafoll bejn Marzu u Ġunju 2023, u l-waqfien totali ta’ tali investimenti mill-ġdid minn Lulju 2023.
Titoli denominati f’euro miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja kienu jirrappreżentaw 63% tal-assi totali tal-BĊE fi tmiem l-2023. Taħt din il-partita tal-karta tal-bilanċ il-BĊE għandu titoli akkwistati fil-kuntest tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP), is-CBPP3, l-ABSPP u l-PSPP u l-PEPP. It-titoli mixtrija taħt dawn il-programmi huma vvalutati fuq bażi ta’ kost amortizzat soġġett għal indeboliment.
Abbażi tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill Governattiv, l-Eurosistema kompliet tinvesti mill-ġdid, bis-sħiħ, il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw taħt il-PEPP matul is-sena kollha, u taħt l-APP sal-aħħar ta’ Frar 2023. Sa mill-bidu ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Ġunju 2023, l-Eurosistema reġgħet investiet biss parzjalment il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw taħt l-APP u minn Lulju 2023 waqqfet dawn l-investimenti mill-ġdid. B’riżultat ta’ dawn id-deċiżjonijiet, il-portafoll ta’ titoli miżmum mill-BĊE għall-finijiet tal-politika monetarja naqas b’EUR 31.9 biljun għal EUR 425.3 biljun (Ċart 2) bl-investimenti fil-PSPP, ABSPP u CBPP3 taħt l-APP jonqsu b’EUR 18.0 biljun, EUR 9.5 biljun u EUR 1.6 biljun rispettivament xprunati mit-tifdijiet. Il-portafoll tal-PEPP naqas b’EUR 2.6 biljun prinċipalment minħabba l-impatt nett tal-amortizzazzjoni tal-primjums u l-iskontijiet[8] fuq titoli miżmuma fil-portafoll.
Il-Kunsill Governattiv beħsiebu[9] jkompli jinvesti mill-ġdid, bis-sħiħ, il-ħlasijiet ta’ kapital minn titoli li jimmaturaw mixtrija taħt il-PEPP matul l-ewwel nofs tal-2024. Imbagħad biħsiebhu jnaqqas il-portafoll tal-PEPP fil-livell tal-Eurosistema b’EUR 7.5 biljun fix-xahar bħala medja matul it-tieni nofs tas-sena u jwaqqaf l-investimenti mill-ġdid fi tmiem tal-2024. Il-Kunsill Governattiv għalhekk se jkompli japplika flessibbiltà fl-investiment mill-ġdid ta’ tifdijiet li se jkunu dovuti fil-portafoll tal-PEPP, bil-ħsieb li jiġu miġġielda r-riskji għall-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni relatati mal-pandemija.
Ċart 2
Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja
Għall-programmi attivi ta’ titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja, jiġifieri l-APP u l-PEPP, it-titoli miżmuma mill-BĊE fi tmiem tal-2023 kellhom profil ta’ maturità diversifikat[10] (Ċart 3).
Ċart 3
Profil tal-maturità tal-APP u l-PEPP
Fl-2023 il-valur totali ekwivalenti f'euro tal-assi tal-BĊE f’riżervi barranin, li jikkonsistu minn deheb, drittijiet speċjali ta' ġbid, dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi, żdied bi €3.3 biljun għal €87.7 biljun.
Il-valur ekwivalenti f'euro tal-investimenti tal-BĊE f'deheb u ammonti riċevibbli f'deheb żdied bi €2.7 biljun għal €30.4 biljun fl-2023 (Ċart 4), minħabba żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f'termini ta' euro. Din iż-żieda wasslet ukoll għal żieda ekwivalenti fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni tad-deheb tal-BĊE (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”). Barra minn hekk, mal-adozzjoni tal-munita unika mill-Kroazja b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023, il-Hrvatska narodna banka ttrasferixxa lill-BĊE deheb b’valur ta’ EUR 96 miljun.
Ċart 4
Investimenti f’deheb u prezzijiet tad-deheb
L-investimenti tal-BĊE f’muniti barranin[11] miżmuma f’dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi, żdiedu f’termini ta’ euro b’€0.2 biljun għal €55.2 biljun (Ċart 5), l-iżjed minħabba d-dħul iggwanjat matul is-sena, l-aktar fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan. Barra dan, malli l-Kroazja adottat il-munita unika b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2023, il-Hrvatska narodna banka ttrasferixxa lill-BĊE assi f’riżervi barranin denominati f’dollari Amerikani b’valur ta’ €544 miljun. Iż-żieda fil-valur totali tal-investimenti f’muniti barranin kienet parzjalment paċuta l-aktar mid-deprezzament tad-dollaru Amerikan u l-yen Ġappuniż kontra l-euro.
Ċart 5
Investimenti f'muniti barranin
Id-dollaru Amerikan baqa’ l-komponent ewlieni fl-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin, u rappreżenta madwar 81% tat-total fi tmiem l-2023.
Il-BĊE jamministra l-investimenti tiegħu f'muniti barranin bl-użu ta' approċċ fi tliet stadji. L-ewwel, portafoll referenzjali strateġiku jitfassal mill-maniġers tar-riskju tal-BĊE u jiġi approvat mill-Kunsill Governattiv. It-tieni, il-maniġers tal-portafolli tal-BĊE jfasslu l-portafoll referenzjali tattiku, li jiġi approvat mill-Bord Eżekuttiv. It-tielet, isiru operazzjonijiet ta’ investiment ta’ kuljum b'mod deċentralizzat mill-BĊNi fuq bażi ta’ kuljum.
L-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin jiġu investiti l-aktar f'titoli u f'depożiti tas-suq monetarju jew jinżammu f'kontijiet kurrenti (Ċart 6). It-titoli f'dan il-portafoll jiġu valutati bil-prezzijiet tas-suq tal-aħħar tas-sena.
Ċart 6
Kompożizzjoni tal-investimenti f'muniti barranin
L-għan tal-investimenti f'muniti barranin tal-BĊE hu li jiffinanzjaw interventi potenzjali fis-suq tal-kambju barrani. Għal din ir-raġuni, l-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin huma ġestiti skont tliet għanijiet (f’ordni ta’ prijorità): likwidità, sikurezza u redditu. Għalhekk, dan il-portafoll jinkludi l-aktar titoli b'maturitajiet qosra (Ċart 7).
Ċart 7
Profil tal-maturità tat-titoli denominati f'muniti barranin
Il-valur tal-portafoll tal-fondi proprji żdied b’EUR 1.0 biljun għal EUR 22.1 biljun (Ċart 8) primarjament minħabba (i) l-investiment mill-ġdid tad-dħul mill-imgħax iġġenerat fuq dan il-portafoll u (ii) iż-żieda fil-valur tas-suq tat-titoli denominati f’euro miżmuma f’dan il-portafoll bħala riżultat tat-tnaqqis fir-redditi mill-bonds taż-żona tal-euro fi tmiem is-sena (Ċart 17).
Il-portafoll jikkonsisti l-aktar minn titoli denominati f'euro li jiġu valutati bil-prezzijiet tas-suq ta' tmiem is-sena. Fl-2023 it-titoli tad-dejn tal-gvern ammontaw għal 77% tal-portafoll totali.
Is-sehem tal-investimenti ekoloġiċi fil-portafoll tal-fondi proprji baqa’ jiżdied u minn 13% fi tmiem l-2022 żdied għal 20% fi tmiem l-2023. Il-BĊE qed jippjana li jkompli jżid dan is-sehem fis-snin li ġejjin.[12] Mill-2021, ix-xiri ta’ bonds ekoloġiċi fi swieq sekondarji huwa kkumplimentat minn investimenti fil-fond ta’ investiment f’bonds ekoloġiċi denominati f’euro għall-banek ċentrali mniedi mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali f’Jannar 2021.
Ċart 8
Il-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE
Il-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE fil-biċċa l-kbira jikkonsisti tal-kapital imħallas u l-ammonti mwarrba fil-fond tar-riżervi u l-provvediment għal riskji finanzjarji. L-għan ta' dan il-portafoll hu li jipprovdi dħul biex jgħin fil-finanzjament tal-ispejjeż operattivi tal-BĊE li mhumiex relatati mat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu.[13] Huwa investit f’assi denominati f’euro, soġġett għal-limiti imposti mill-qafas tal-kontroll tar-riskju tiegħu. Dan jirriżulta fi struttura ta' maturità iżjed diversifikata (Ċart 9), minn dik tal-portafoll tar-riżervi barranin.
Ċart 9
Profil tal-maturità tat-titoli tal-fondi proprji tal-BĊE
Fit-tmiem tal-2023, il-valur totali tal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni kien ta’ €1,567.7 biljun, prattikament l-istess bħal fi tmiem l-2022. Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% mit-total tal-valur tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, li ammonta għal €125.4 biljun fl-aħħar tas-sena. Billi l-BĊE ma joħroġx karti tal-flus huwa stess, huwa għandu klejms intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊNi taż-żona tal-euro għal valur ekwivalenti għall-valur tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni allokati lilu.
L-obbligazzjonijiet fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊE, li prinċipalment jikkonsistu fil-bilanċ nett tat-TARGET tal-BĊNi taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE u l-obbligazzjonijiet tal-BĊE fir-rigward tal-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lilu mill-BĊNi taż-żona tal-euro meta ngħaqdu mal-Eurosistema, żdiedu b’EUR 89.6 biljun għal EUR 445.0 biljun fl-2023.
L-iżvilupp tal-obbligazzjonijiet intra-Eurosistema huwa xprunat l-aktar mill-evoluzzjoni tal-obbligazzjoni netta tat-TARGET. Il-fatturi ewlenin li kkontribwew għall-bidliet fl-obbligazzjoni netta tat-TARGET matul il-perjodu 2019–2023 kienu x-xiri u t-tifdijiet ta’ titoli tal-politika monetarja, li jiġu saldati permezz ta’ kontijiet TARGET, u bidliet fl-obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro u persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro (Ċart 10). Fl-2023, l-influssi ta’ flus mit-tifdijiet tat-titoli tal-politika monetarja kienu aktar baxxi mill-ħruġ ta’ flus f’euro relatat mat-tnaqqis fl-obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro u residenti barra miż-żona tal-euro denominati f’euro, u b’hekk wassal għal żieda ġenerali fl-obbligazzjoni netta tat-TARGET.
Ċart 10
Bilanċ nett intra-Eurosistema tat-TARGET, obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro u persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro u titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja
Fl-2023, l-obbligazzjonijiet oħrajn tal-BĊE naqsu b’EUR 107.7 biljun għal EUR 58.0 biljun, minħabba t-tnaqqis fl-obbligazzjonijiet lejn ir-residenti taż-żona tal-euro u persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro. Speċifikament, kien hemm tnaqqis f’(i) depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali[14], (ii) bilanċi ta’ sistemi anċillari mhux taż-żona tal-euro konnessi mat-TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE, u (iii) flus kontanti riċevuti bħala kollateral kontra s-self tal-PSPP u titoli tal-PEPP tas-settur pubbliku.
1.3.2 Ekwità netta
L-ekwità netta tal-BĊE tikkonsisti fil-kapital tiegħu, kull ammont miżmum fil-provvediment għar-riskji finanzjarji u l-fond ta’ riżerva ġenerali, il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni[15], kwalunkwe telf akkumulat mis-snin ta’ qabel u kwalunkwe qligħ/telf għas-sena.[16]
Fi tmiem l-2023, l-ekwità netta tal-BĊE kienet tammonta għal EUR 44.5 biljun (Ċart 11), li hija EUR 7.0 biljun inqas milli fl-2022 minħabba t-telf imġarrab matul l-2023. Id-dispożizzjoni għar-riskji finanzjarji ntużat bis-sħiħ biex tkopri parti minn dan it-telf, u b’hekk tnaqqas it-telf għas-sena għal EUR 1.3 biljun. It-tnaqqis fl-ekwità netta tal-BĊE li jirriżulta mit-telf tal-2023 kien parzjalment paċut minn (i) iż-żieda fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni, prinċipalment minħabba ż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini tal-euro fl-2023, u (ii) il-kontribuzzjonijiet mill-Hrvatska narodna banka għall-kapital imħallas, il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni u l-provvediment għal riskji finanzjarji wara l-adozzjoni tal-munita unika mill-Kroazja b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Ċart 11
L-ekwità netta tal-BĊE
Bidliet fl-ekwità netta tal-BĊE matul is-sena huma ppreżentati fit-Tabella 2.
Tabella 2
Bidliet fl-ekwità netta tal-BĊE
(EUR miljun)
Kapital | Provvediment għal riskji finanzjarji | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | Profitt/(telf) għas-sena | Ekwità netta totali | |
---|---|---|---|---|---|
Bilanċ fl-31 ta’ Diċembru 2022 | 8,880 | 6,566 | 36,118 | - | 51,564 |
Ħlas tal-bqija tas-sottoskrizzjoni tal-kapital mill-Hrvatska narodna banka | 69 | 69 | |||
Kontribuzzjoni għall-provvediment ta’ riskji finanzjarji mill-Hrvatska narodna banka | 53 | 53 | |||
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 743 | ||||
Deheb | 2,634 | ||||
Muniti barranin | (2,562) | ||||
Titoli u strumenti oħra | 378 | ||||
Kontribuzzjoni għall-kontijiet ta’ rivalutazzjoni mill-Hrvatska narodna banka1 | 293 | ||||
Rilaxx mill-provvediment għal riskji finanzjarji | (6,620) | (6,620) | |||
Telf ghas-sena | (1,266) | (1,266) | |||
Bilanċ fl-31 ta’ Diċembru 2023 | 8,948 | - | 36,861 | (1,266) | 44,543 |
1) Malli l-Kroazja adottat il-munita unika, il-Hrvatska narodna banka kkontribwixxa għall-bilanċi tal-kontijiet ta’ rivalutazzjoni kollha tal-BĊE sal-31 ta’ Diċembru 2022. Iċ-ċifra f’din it-tabella teskludi l-kontribuzzjoni għall-kont ta’ rivalutazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, f’konformità mad-definizzjoni ta’ “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” f’din it-taqsima.
Il-qligħ mhux realizzat mid-deheb u mill-muniti barranin u l-qligħ mhux realizzat fuq titoli li huma soġġetti għar-rivalutazzjoni tal-prezzijiet mhux rikonoxxut bħala dħul fil-kont tal-profitt u t-telf iżda jidħol direttament fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni li jidhru fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-bilanċi f'dawn il-kontijiet jistgħu jintużaw biex jassorbu l-impatt ta’ ċaqliq sfavorevoli fil-prezzijiet u/jew fir-rati tal-kambju rispettivi fil-ġejjieni, u b'hekk isaħħu r-reżiljenza tal-BĊE kontra r-riskji sottostanti. Fl-2023 il-kontijiet tar-rivalutazzjoni għad-deheb, għall-muniti barranin u għat-titoli żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 36.9 biljun prinċipalment minħabba bilanċi ogħla ta’ rivalutazzjoni għad-deheb bħala riżultat taż-żieda fil-prezz tas-suq għad-deheb f’termini ta’ euro. Il-bilanċi tar-rivalutazzjoni għal muniti barranin naqsu l-aktar minħabba d-deprezzament tad-dollaru Amerikan u l-yen Ġappuniż kontra l-euro (Ċart 12).
Ċart 12
Ir-rati ewlenin tal-kambju barrani u l-prezz tad-deheb matul il-perjodu 2019-23
Minħabba l-espożizzjoni tiegħu għar-riskji finanzjarji (ara t-Taqsima 1.4.1 “Riskji finanzjarji”), il-BĊE jista’ jwarrab provvediment għar-riskji finanzjarji, li għandu jintuża sal-punt meqjus meħtieġ mill-Kunsill Governattiv biex ipaċi t-telf li jirriżulta bħala riżultat ta’ din l-iskopertura. Id-daqs ta' dan il-provvediment jiġi eżaminat kull sena billi titqies firxa ta’ fatturi, fosthom il-livell ta’ investimenti ta’ assi soġġetti għal riskju, ir-riżultati mbassrin għas-sena li jmiss u valutazzjoni tar-riskju. Il-provvediment għar-riskju finanzjarju, flimkien mal-ammont miżmum fil-fond ġenerali tar-riżervi tal-BĊE, m’għandhomx jaqbżu l-valur tal-kapital imħallas mill-BĊNi taż-żona tal-euro. Fi tmiem l-2022 dan il-provvediment ammonta għal EUR 6,566 miljun. Mal-adozzjoni tal-munita unika mill-Kroazja, il-Hrvatska narodna banka kkontribwixxa EUR 53 miljun għall-provvediment għal riskji finanzjarji b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023, li żied id-daqs tiegħu għal EUR 6,620 miljun. Fi tmiem l-2023, wara r-rieżami annwali, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jirrilaxxa dan il-provvediment bis-sħiħ biex ipaċi parzjalment it-telf imġarrab fl-2023. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jirriforni l-provvediment għar-riskji finanzjarji, fil-kuntest tar-rieżami annwali tiegħu, ladarba l-BĊE jerġa’ jibda jagħmel profitt.
It-telf tal-BĊE għas-sena, wara r-rilaxx tal-provvediment għar-riskji finanzjarji, kien ta’ EUR 1.3 biljun (ara t-Taqsima 1.3.3 “Kont tal-qligħ u t-telf”). Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jirriporta dan it-telf fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE biex jiġi paċut kontra profitti futuri.
1.3.3 Kont tal-qligħ u t-telf
Ir-riżultat tal-BĊE naqas gradwalment sa mill-2019 (Ċart 13). Fl-2020 u l-2021 dan it-tnaqqis kien xprunat l-aktar minn dħul aktar baxx iġġenerat fuq assi f’riżervi barranin u fuq titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja. Fl-2022 u l-2023 it-tnaqqis fir-riżultat tal-BĊE kien primarjament il-konsegwenza tal-materjalizzazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax peress li ż-żieda fir-rati tal-imgħax fiż-żona tal-euro wasslet għal żieda immedjata fl-ispiża tal-imgħax imħallsa mill-BĊE fuq l-obbligazzjoni netta tiegħu tat-TARGET, filwaqt li d-dħul miksub fuq l-assi tal-BĊE ma żdiedx bl-istess ammont u ritmu (ara t-Taqsima 1.4.1 “Riskji finanzjarji”).
It-telf tal-BĊE għall-2023, li ġie wara perjodu twil ta’ profitti sostanzjali, jirrifletti r-rwol u l-azzjonijiet ta’ politika meħtieġa tal-Eurosistema fit-twettiq tal-mandat primarju tagħha li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet u ma għandu l-ebda impatt fuq il-kapaċità tagħha li tmexxi politika monetarja effettiva. Fis-snin ta’ qabel, il-karta tal-bilanċ tal-BĊE kibret b’mod sinifikanti prinċipalment minħabba x-xiri ta’ titoli taħt il-programmi ta’ xiri ta’ assi. Fuq in-naħa tal-assi, il-biċċa l-kbira tat-titoli tal-politika monetarja miżmuma bħalissa nxtraw matul perjodu ta’ rati tal-imgħax baxxi u għandhom maturitajiet twal u kupuni fissi. Dawn se jkomplu jiġġeneraw dħul relattivament baxx mill-imgħax, li mhuwiex affettwat immedjatament mill-bidliet fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE. Fl-istess ħin, is-saldu fi flus kontanti ta’ dawn ix-xirjiet permezz tat-TARGET wassal għal żieda fl-obbligazzjoni netta tal-BĊE fir-rigward ta’ TARGET, li hija remunerata bir-rata fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (rata MRO). Sabiex tiġi miġġielda l-inflazzjoni fiż-żona tal-euro, din ir-rata bdiet tiżdied fl-2022, u dan irriżulta f’żieda immedjata tal-ispiża tal-imgħax tal-BĊE.
Il-BĊE x’aktarx li jġarrab aktar telf fil-ftit snin li ġejjin bħala riżultat tal-materjalizzazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax, qabel ma jerġa’ jibda jagħmel profitti sostnuti. L-okkorrenza u l-kobor ta’ dan it-telf huma inċerti u jiddependu ħafna mill-evoluzzjoni futura tar-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE u fuq id-daqs u l-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Madankollu, il-kapital tal-BĊE u l-kontijiet ta’ rivalutazzjoni sostanzjali tiegħu, li flimkien ammontaw għal EUR 45.8 biljun fi tmiem l-2023 (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”), jirfdu s-saħħa finanzjarja tiegħu, u, fi kwalunkwe każ, il-BĊE jista’ jopera b’mod effettiv u jissodisfa l-mandat primarju tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet irrispettivament minn kwalunkwe telf.
Ċart 13
Komponenti ewlenin tal-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE
Fl-2023, il-BĊE uża l-ammont sħiħ ta’ EUR 6,620 miljun imwarrab fil-provvediment għal riskji finanzjarji biex ipaċi parzjalment it-telf imġarrab matul is-sena. Wara r-rilaxx ta’ dan il-provvediment, it-telf tal-BĊE kien ta’ EUR 1,266 miljun (2022: żero). Il-mutur ewlieni ta’ dan it-telf kien l-ispiża sinifikanti netta tal-imgħax (Ċart 14).
Ċart 14
Muturi tar-riżultat tal-BĊE għall-2022 u l-2023
L-ispiża netta tal-imgħax tal-BĊE ammontat għal EUR 7,193 miljun fl-2023, meta mqabbla mad-dħul nett mill-imgħax ta’ EUR 900 miljun fl-2022 (Ċart 15). Dan seħħ l-aktar minħabba l-ispiża tal-imgħax li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta tal-BĊE fir-rigward tat-TARGET. L-ispiża netta oħra tal-imgħax kif ukoll l-ispiża tal-imgħax relatata mar-remunerazzjoni tal-klejms tal-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE wkoll ikkontribwew għal dan it-tnaqqis. Dawn l-ispejjeż ġew paċuti parzjalment bi dħul ogħla mill-imgħax li jirriżulta minn (i) il-klejms tal-BĊE relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema, (ii) titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja, u (iii) assi ta’ riżervi barranin.
Ċart 15
Dħul nett mill-imgħax/(spiża)
Id-dħul nett mill-imgħax iġġenerat fuq titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja żdied b’EUR 1,933 miljun għal EUR 3,467 miljun fl-2023 (Ċart 16), minħabba d-dħul nett ogħla mill-imgħax li jirriżulta mill-APP (taħt is-CBPP3, l-ABSPP, u l-PSPP) u l-PEPP. D-dħul mill-imgħax nett mill-investimenti fl-APP żdied b’EUR 1,247 miljun għal EUR 2,818 miljun fl-2023, filwaqt li l-portafoll tal-PEPP iġġenera dħul mill-imgħax nett ta’ EUR 600 miljun fl-2023, meta mqabbel ma’ spiża tal-imgħax nett ta’ EUR 103 miljun fis-sena ta’ qabel. Dawn l-iżviluppi kienu prinċipalment xprunati miż-żieda sinifikanti fir-rati tal-imgħax u r-redditi tal-bonds taż-żona tal-euro, li bdiet fl-2022 (Ċart 17), u li (i) ippermettiet investimenti mill-ġdid taħt l-APP u l-PEPP b’redditi ogħla mir-redditi storiċi tal-portafolli rispettivi u (ii) kellha impatt pożittiv fuq il-kupun fuq titoli b’rati tal-imgħax varjabbli (prinċipalment miżmuma taħt l-ABSPP). L-amortizzazzjoni tal-primjum aktar baxx, partikolarment fuq titoli tas-settur pubbliku akkwistati fil-passat, ikkontribwiet ukoll għaż-żieda. Id-dħul nett mill-imgħax fuq l-SMP naqas b’EUR 16-il miljun għal EUR 49 miljun, minħabba t-tnaqqis fid-daqs tal-portafoll bħala riżultat tat-titoli li mmaturaw.
Ċart 16
Dħul nett mill-imgħax/(spiża) fuq titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja
Ċart 17
Rendimenti tal-bonds tal-gvern ta’ seba’ snin fiż-żona tal-euro
Id-dħul mill-imgħax fuq assi f’riżervi barranin żdied b’EUR 1,583 miljun għal EUR 2,382 miljun, l-aktar minħabba dħul ogħla mill-imgħax fuq titoli denominati f’dollari Amerikani. Ir-rata medja tal-imgħax li daħal fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan tal-BĊE żdiedet fl-2023 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel minħabba (i) il-bejgħ u l-fidi ta’ bonds b’redditu aktar baxx mixtrija fil-passat u (ii) ix-xiri ta’ titoli b’redditu ogħla minħabba ż-żieda fir-redditi tal-bonds f’dollari Amerikani minn tmiem l-2021 (Ċart 18).
Ċart 18
Rendiment tal-bonds tal-gvern fl-Istati Uniti, il-Ġappun u ċ-Ċina
Id-dħul mill-imgħax li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro lill-BĊE u l-ispiża tal-imgħax li tirriżulta mir-remunerazzjoni tal-klejms tal-BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin ittrasferiti ammontaw għal EUR 4,081 miljun u EUR 4,817 miljun, u b’EUR 1,133 miljun sa EUR 1,335 miljun rispettivament fl-2023. Il-bidliet kienu r-riżultat ta’ żidiet fir-rata tal-MRO, li hija r-rata użata għall-kalkolu tal-imgħax fuq dawn il-bilanċi. Ir-rata tal-MRO laħqet l-4.5% fi tmiem l-2023 filwaqt li r-rata medja annwali żdiedet minn 0.6% fl-2022 għal 3.8% fl-2023.
L-ispiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti lill-BĊNi jew minnhom żdiedet b’EUR 12,161 miljun għal EUR 14,236 miljun fl-2023. Iż-żieda kienet xprunata prinċipalment mir-rata medja ogħla tal-MRO fl-2023, li tintuża għar-remunerazzjoni tal-bilanċi tat-TARGET intra-Eurosistema tal-BĊE.
Spiża netta oħra tal-imgħax ta’ EUR 2,288 miljun fl-2023 titqabbel mad-dħul nett ieħor mill-imgħax ta’ EUR 108 miljun fis-sena preċedenti. Din il-bidla seħħet l-aktar minħabba r-remunerazzjoni tad-depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali kif ukoll ir-remunerazzjoni tal-bilanċi tas-sistemi anċillari taż-żona tal-euro. Fit-tieni nofs tal-2022, ladarba r-rati ta’ remunerazzjoni applikabbli saru pożittivi, il-BĊE beda jħallas l-imgħax fuq dawn il-partiti. Fl-2023, ir-rati ta’ remunerazzjoni u l-bilanċ medju ta’ dawn l-entrati komplew jiżdiedu u dan wassal għal żieda fin-nefqa tal-imgħax. Din l-ispiża tal-imgħax kienet paċuta parzjalment mid-dħul ogħla mill-imgħax li nkiseb fuq il-portafoll tal-fondi proprji bħala riżultat taż-żieda fir-redditi fiż-żona tal-euro (Ċart 17).
It-telf nett realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji żdied b’EUR 4 miljun għal EUR 106 miljun fl-2023 (Ċart 19). Dan it-telf irriżulta prinċipalment minn (i) primjums pendenti fuq titoli miżmuma fl-ABSPP li tħallsu lura qabel il-maturità u (ii) telf nett realizzat fil-prezzijiet fuq il-bejgħ ta’ titoli denominati f’dollari Amerikani fit-tieni nofs tal-2023 (Ċart 20) li l-valur tas-suq tagħhom kien affettwat b’mod negattiv miż-żieda fir-redditi tal-bonds f’dollari Amerikani matul dan il-perjodu (Ċart 18).
Ċart 19
Qligħ/telf realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji
Ċart 20
Qligħ/telf realizzat kull trimestru minn operazzjonijiet finanzjarji fl-2022 u l-2023
It-telf mir-rivalutazzjoni mhux realizzat jitniżżel bħala spiża fil-forma ta’ tnaqqis fil-valur fit- tmiem is-sena fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE. Fl-2023, dan it-tnaqqis fil-valur ammonta għal EUR 38 miljun, li prinċipalment irriżulta minn telf mhux realizzat fil-prezzijiet fuq għadd ta’ titoli miżmuma fid-dollaru Amerikan u fil-portafolli tal-fondi proprji. Fl-2022, dan it-telf kien sostanzjalment ogħla, ta’ EUR 1,840 miljun (Ċart 21), peress li r-redditi korrispondenti kienu żdiedu b’mod sinifikanti, u dan irriżulta fi tnaqqis kbir fil-valur tas-suq tal-maġġoranza tat-titoli miżmuma fil-portafolli tal-fondi proprji tad-dollaru Amerikan fi tmiem dik is-sena.
Ċart 21
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji
L-ispejjeż operattivi totali tal-BĊE, inkluż id-deprezzament u s-servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus, żdiedu bi EUR 48 miljun għal EUR 1,272 miljun (Ċart 22). Iż-żieda meta mqabbla mal-2023 kienet dovuta prinċipalment għal kostijiet ogħla tal-persunal li rriżultaw mill-għadd medju ogħla ta’ persunal fl-2022, b’mod predominanti fis-superviżjoni bankarja, kif ukoll minn aġġustamenti fis-salarji. Din iż-żieda kienet parzjalment ikkumpensata minn spejjeż aktar baxxi fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, prinċipalment bħala riżultat ta’ kost tas-servizz kurrenti aktar baxx wara l-valutazzjoni attwarja annwali. L-ispejjeż amministrattivi żdiedu, l-aktar minħabba spejjeż ogħla għall-appoġġ ta’ konsulenza esterna u r-ritorn għal-livelli sħaħ ta’ attività wara l-pandemija, b’mod partikolari fis-superviżjoni bankarja, filwaqt li jirriflettu wkoll l-impatt tal-inflazzjoni.
L-ispejjeż relatati mas-superviżjoni bankarja huma koperti għalkollox permezz ta’ tariffi imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni. Abbażi tal-ispejjeż attwali mġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti ta’ superviżjoni bankarji tiegħu, id-dħul mit-tariffi superviżorji għall-2022 kien ta’ EUR 654 miljun.[17]
Ċart 22
Spejjeż operattivi u dħul mit-tariffi superviżorji
1.4 Ġestjoni tar-riskji
Il-ġestjoni tar-riskju hi parti kritika tal-attivitajiet tal-BĊE u titwettaq permezz ta' proċess kontinwu ta' (i) identifikazzjoni u valutazzjoni tar-riskji, (ii) analiżi tal-istrateġija u l-politika tar-riskju, (iii) l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet li jtaffu r-riskji, u (iv) sorveljanza u rappurtar tar-riskji, li lkoll huma sostnuti b'metodoloġiji, proċessi u sistemi effettivi.
Figura 2
Ċiklu tal-ġestjoni tar-riskju
It-taqsimiet li ġejjin jiffokaw fuq ir-riskji, is-sorsi tagħhom u l-oqfsa applikabbli tal-kontroll tar-riskju.
1.4.1 Riskji finanzjarji
Il-Bord Eżekuttiv jipproponi politika u proċeduri li jiżguraw livell xieraq ta' protezzjoni kontra r-riskji finanzjarji li l-BĊE hu espost għalihom. Il-Kumitat tal-Ġestjoni tar-Riskju (RMC), li jinkludi esperti mill-banek ċentrali tal-Eurosistema, jikkontribwixxi għas-sorveljanza, il-kejl u r-rappurtar tar-riskji finanzjarji relatati mal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema u jiddefinixxi u jeżamina mill-ġdid il-metodoloġiji u l-oqfsa assoċjati. B'dan il-mod, l-RMC jgħin lill-korpi deċiżjonali biex jiġi żgurat livell xieraq ta' protezzjoni għall-Eurosistema.
Ir-riskji finanzjarji jirriżultaw mill-attivitajiet ewlenin tal-BĊE u mill-iskoperturi assoċjati. L-oqfsa u l-limiti tal-kontroll tar-riskju li juża l-BĊE biex jamministra l-profil tar-riskju tiegħu f’kull tip ta’ operazzjoni, jirriflettu l-għanijiet tal-politika jew tal-investiment tad-diversi portafolli kif ukoll il-karatteristiċi tar-riskju tal-assi sottostanti.
Biex jissorvelja u jivvaluta r-riskji, il-BĊE juża għadd ta' metodi tekniċi ta' valutazzjoni tar-riskju żviluppati mill-esperti tiegħu. Dawn il-metodi tekniċi huma bbażati fuq qafas konġunt ta’ simulazzjoni tar-riskji tas-suq u tal-kreditu. Il-kunċetti, it-teknika u l-konġetturi tal-mudelli ewlenin li jiffurmaw il-bażi tal-miżuri tar-riskju jużaw l-istandards tal-industrija u d-data tas-suq disponibbli. Ir-riskji huma tipikament kwantifikati bħala n-nuqqas mistenni (ES),[18] stmat fil-livell ta' fiduċja ta' 99% fuq perjodu ta’ sena. Jintużaw żewġ metodi għall-kalkolu tar-riskji: (i) il-metodu tal-kontabilità, fejn il-kontijiet ta' rivalutazzjoni tal-BĊE jitqiesu bħala riżerva fil-kalkolu tal-istimi tar-riskju skont ir-regoli applikabbli kollha tal-kontabilità; u (ii) il-metodu finanzjarju, fejn il-kontijiet ta' rivalutazzjoni ma jitqiesux bħala riżerva fil-kalkolu tar-riskju. Il-BĊE jikkalkula wkoll miżuri oħra tar-riskju f’livelli differenti ta' fiduċja, jagħmel analiżijiet tas-sensittività u tax-xenarju ta’ stress u jivvaluta tbassir aktar fit-tul tal-iskoperturi u d-dħul biex tinżamm stampa komprensiva tar-riskji.[19]
Ir-riskji totali tal-BĊE naqsu matul is-sena. Fl-aħħar tal-2023, ir-riskji finanzjarji totali tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE, kif imkejlin bl-ES f’livell ta’ fiduċja ta’ 99% fuq perjodu ta’ sena taħt il-metodu tal-kontabilità, kienu ta’ EUR 16.7-il biljun, li kien EUR 1.6 biljun aktar baxx mir-riskji stmati fi tmiem l-2022 (Ċart 23). It-tnaqqis fir-riskju jirrifletti t-tnaqqis fl-investimenti tal-BĊE taħt l-APP, inizjalment permezz tal-investiment mill-ġdid parzjali biss ta’ pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw bejn Marzu u Ġunju 2023, segwit mill-waqfien totali tal-investimenti mill-ġdid minn Lulju 2023.
Ċart 23
Riskji finanzarji totali (ES 99% approċċ tal-kontabilità)
Ir-riskju għall-kreditu jiġi mill-portafolli tal-politika monetarja tal-BĊE, mill-portafoll tal-fondi proprji tiegħu u mill-investimenti tar-riżervi barranin tiegħu. Waqt li t-titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja jiġu valutati b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment u għalhekk, fin-nuqqas ta' bejgħ, mhumiex soġġetti għal bidliet fil-prezzijiet assoċjati ma' migrazzjonijiet tal-kreditu, xorta waħda huma soġġetti għal riskju ta' inadempjenza tal-kreditu. Il-fondi proprji denominati f'euro u r-riżervi barranin jiġu valutati bil-prezz tas-suq u, bħala tali, huma soġġetti għar-riskju tal-migrazzjoni tal-kreditu u r-riskju tal-inadempjenza tal-kreditu. Ir-riskju tal-kreditu baqa’ fil-biċċa l-kbira stabbli, meta mqabbel mal-2022.
Ir-riskju tal-kreditu jittaffa l-iżjed permezz tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta u l-limiti li jvarjaw fil-portafolli kollha.
Ir-riskji tal-kambju u tal-materja prima jiġu mill-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin u f'deheb. Ir-riskju tal-kambju baqa’ stabbli meta mqabbel mal-2022.
Minħabba r-rwol ta' dawn l-assi fil-politika, il-BĊE ma jagħmilx hedging tar-riskji relatati mal-valuta u l-komoditajiet. Minflok, dawn ir-riskji jittaffew permezz tal-kontijiet ta' rivalutazzjoni eżistenti u d-diversifikazzjoni tal-investimenti fil-muniti differenti u d-deheb.
Ir-riżervi barranin tal-BĊE u l-fondi proprji denominati f'euro jiġu investiti l-iżjed f'titoli bi dħul fiss u huma soġġetti għar-riskju tar-rata tal-imgħax valutat skont is-suq, billi jiġu valutati bil-prezzijiet tas-suq. L-investimenti tar-riżervi barranin tal-BĊE huma investiti l-iżjed f'assi b'maturità relattivament qasira (ara ċ-Ċart 7 fis-Taqsima 1.3.1 “Karta tal-bilanċ”), filwaqt li l-assi fil-portafoll tal-fondi proprji ġeneralment ikollhom maturitajiet itwal (ara ċ-Ċart 9 fit-Taqsima 1.3.1 “Karta tal-bilanċ”). Ir-riskju tar-rata tal-imgħax ta’ dawn il-portafolli, kif imkejjel skont l-approċċ tal-kontabilità, żdied meta mqabbel mal-2022, u dan jirrifletti żviluppi fil-kundizzjonijiet tas-suq.
Ir-riskju tar-rata tal-imgħax valutat skont is-suq jittaffa permezz tal-politika tal-allokazzjoni tal-assi u l-kontijiet ta' rivalutazzjoni.
Il-BĊE hu soġġett ukoll għar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta mid-diskrepanza bejn ir-rata tal-imgħax li jdaħħal fuq l-assi tiegħu u r-rata tal-imgħax li jħallas fuq l-obbligazzjonijiet tiegħu, u dan għandu impatt fuq id-dħul nett tiegħu mill-imgħax. Dan ir-riskju mhuwiex marbut direttament ma’ xi portafoll partikolari, iżda pjuttost mal-istruttura tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE kollha kemm hi, u b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ diskrepanzi fil-maturità u r-redditu bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet. Minbarra l-inklużjoni tiegħu fil-kejl regolari tar-riskju finanzjarju fuq orizzont ta’ sena, dan ir-riskju huwa mmonitorjat permezz ta’ projezzjonijiet tal-profittabbiltà tal-BĊE fuq żmien medju sa twil.
Dan it-tip ta' riskju jiġi amministrat permezz tal-politika tal-allokazzjoni ta' assi u jittaffa ulterjorment bl-eżistenza ta' obbligazzjonijiet mhux remunerati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE.
Minkejja dan, dan ir-riskju mmaterjalizza fl-2023, bir-riżultat li t-telf finanzjarju jiġi pproġettat matul il-ftit snin li ġejjin, u wara dan il-BĊE huwa mistenni li jerġa’ jagħmel profitti sostnuti. It-telf imbassar huwa xprunat l-aktar minn tnaqqis fid-dħul nett mill-imgħax tal-BĊE. Sehem kbir mill-assi fuq żmien medju sa twil b’kupuni b’rata fissa ġie akkwistat meta r-rati tal-imgħax kienu baxxi ħafna jew saħansitra żero, u ffinanzjati prinċipalment minn obbligazzjonijiet għal żmien qasir, li huma remunerati bir-rata tal-MRO. Hekk kif ir-rati tal-imgħax bdew jiżdiedu f’nofs l-2022, il-kost tal-obbligazzjonijiet żdied ’il fuq mill-imgħax miksub fuq l-assi. Konsegwentement, id-dħul nett mill-imgħax tas-sena ta’ qabel inbidel fi spiża netta tal-imgħax.
Ir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima qed jiġu inkorporati gradwalment fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-BĊE. Fl-2022 l-Eurosistema wettqet l-ewwel test tal-istress fuq il-klima tal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema[20], li ppermetta li tinkiseb stima preliminari tal-impatt ta’ dan ir-riskju fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Fis-snin li ġejjin l-ittestjar tal-istress klimatiku se jitwettaq fuq bażi regolari, bl-eżerċizzju li jmiss previst għall-2024.
1.4.2 Riskju operazzjonali
Il-Bord Eżekuttiv hu responsabbli għal, u japprova l-politika u l-qafas tal-ġestjoni tar-risku[21] operazzjonali (ORM) tal-BĊE. Il-Kumitat tar-Riskji Operazzjonali (ORC) jappoġġa lill-Bord Eżekuttiv fil-qadi tar-rwol tiegħu fis-sorveljanza tal-ġestjoni tar-riskji operazzjonali. L-ORM hu parti integrali mill-istruttura tal-governanza u l-proċessi ta' ġestjoni tal-BĊE.[22]
L-għan ewlieni tal-qafas ORM tal-BĊE hu li jagħti kontribut biex jiżgura li l-BĊE jilħaq il-missjoni u l-għanijiet tiegħu, filwaqt li jħares ir-reputazzjoni u l-assi tiegħu kontra t-telf, l-użu ħażin u d-danni. Fil-qafas tal-ORM, kull qasam ta’ ħidma hu responsabbli biex jidentifika, jivvaluta, jirreaġixxi għal, jirrapporta dwar u jissorvelja r-riskji, l-inċidenti u l-kontrolli operazzjonali tiegħu. F’dan il-kuntest, il-politika tal-BĊE relatata mat-tolleranza tar-riskju tipprovdi gwida fir-rigward tal-istrateġiji ta’ reazzjoni għar-riskju u l-proċeduri ta’ aċċettazzjoni tar-riskju. Hi marbuta ma’ matriċi ta' riskju ta' ħamsa b’ħamsa abbażi ta’ skali ta’ gradazzjoni tal-impatt u l-probabbiltà bl-applikazzjoni ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi.
L-ambjent li fih jopera l-BĊE huwa espost għal theddid dejjem aktar kumpless u interkonness u hemm firxa wiesgħa ta’ riskji operazzjonali assoċjati mal-attivitajiet ta’ kuljum tal-BĊE. L-oqsma ewlenin ta’ tħassib għall-BĊE jinkludu firxa wiesgħa ta' riskji mhux finanzjarji li jirriżultaw minn nies, sistemi, proċessi u avvenimenti esterni. Konsegwentement, il-BĊE stabbilixxa proċessi biex jiffaċilita ġestjoni kontinwa u effettiva tar-riskji operazzjonali tiegħu u biex jintegra l-informazzjoni dwar ir-riskju fil-proċess deċiżjonali. Barra minn hekk, il-BĊE qed ikompli jiffoka fuq it-tisħiħ tar-reżiljenza tiegħu u jqis ir-riskji b’mod wiesa’ u l-opportunitajiet minn perspettiva minn tarf sa tarf, inklużi l-aspetti tas-sostenibbiltà. Ġew stabbiliti strutturi ta’ reazzjoni u pjani ta' kontinġenza biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tan-negożju f'każ ta' xi tfixkil jew kriżi.
1.4.3 Riskju tal-kondotta
Il-BĊE għandu Uffiċċju ta’ Konformità u Governanza bħala funzjoni ewlenija tal-ġestjoni tar-riskju biex isaħħaħ il-qafas tal-governanza tal-BĊE sabiex jindirizza r-riskju tal-kondotta.[23] L-għan tiegħu huwa li jappoġġa lill-Bord Eżekuttiv fil-protezzjoni tal-integrità u r-reputazzjoni tal-BĊE, li jippromwovi standards etiċi ta’ mġiba u li jsaħħaħ ir-responsabbiltà u t-trasparenza tal-BĊE. Kumitat ta’ Etika indipendenti jipprovdi pariri u gwida lil uffiċjali għolja tal-BĊE dwar kwistjonijiet ta’ integrità u kondotta u jappoġġa lill-Kunsill Governattiv fil-ġestjoni tar-riskji fil-livell eżekuttiv b’mod xieraq u koerenti. Fil-livell tal-Eurosistema u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) il-Kumitat dwar l-Etika u l-Konformità jaħdem biex tinkiseb implimentazzjoni koerenti tal-oqfsa tal-kondotta għall-BĊNi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK).
Fl-2023, l-ECC stabbilixxa Task Force dwar ir-Riskju ta’ Kondotta biex iqabbel ir-regoli ta’ kondotta eżistenti u l-proċessi ta’ monitoraġġ u rapportar fis-seħħ fil-BĊE, il-BĊNi u l-ANK. L-għan tat-task force huwa li tiddefinixxi standards komuni minimi u li tipprovdi qafas ta’ riskju ta’ kondotta sempliċi li jista’ jiġi estiż u msaħħaħ matul is-snin.
2 Rapporti finanzjarji tal-BĊE
2.1 Karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2023
ASSI | Numru | 2023 | 2022 |
---|---|---|---|
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 1 | 30,419 | 27,689 |
Klejms kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 2 | 55,876 | 55,603 |
Ammonti riċevibbli mill-FMI | 2.1 | 2,083 | 1,759 |
Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn | 2.2 | 53,793 | 53,844 |
Klejms kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 2.2 | 1,450 | 1,159 |
Klejms oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 3 | 17 | 12 |
Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 4 | 425,349 | 457,271 |
Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja | 4.1 | 425,349 | 457,271 |
Klejms intra-Eurosistema | 5 | 125,378 | 125,763 |
Klejms relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 5.1 | 125,378 | 125,763 |
Assi oħra | 6 | 34,739 | 31,355 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli | 6.1 | 1,023 | 1,105 |
Assi finanzjarji oħra | 6.2 | 22,172 | 21,213 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 6.3 | 552 | 783 |
Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem | 6.4 | 10,905 | 7,815 |
Varji | 6.5 | 88 | 438 |
Telf ghas-sena | 1,266 | - | |
Assi totali | 674,496 | 698,853 |
Nota: It-totali fir-rapporti finanzjarji u fit-tabelli inklużi fin-noti jistgħu ma jaqblux minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb euro. Iċ-ċifri 0 u (0) jindikaw ammonti pożittivi jew negattivi mqarrba għal żero, waqt li s-sing (-) jindika żero.
OBBLIGAZZJONIJIET | Numru | 2023 | 2022 |
---|---|---|---|
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 7 | 125,378 | 125,763 |
Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 8 | 4,699 | 17,734 |
Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 9 | 20,622 | 63,863 |
Gvern ġenerali | 9.1 | 143 | 48,520 |
Obbligazzjonijiet oħra | 9.2 | 20,479 | 15,343 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 10 | 23,111 | 78,108 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 11 | 24 | - |
Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħrajn | 11.1 | 24 | - |
Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema | 12 | 445,048 | 355,474 |
Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin | 12.1 | 40,671 | 40,344 |
Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti) | 12.2 | 404,377 | 315,130 |
Obbligazzjonijiet oħra | 13 | 9,498 | 5,908 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 13.1 | 68 | 430 |
Dovuti u dħul miġbura bil-quddiem | 13.2 | 8,030 | 3,915 |
Varji | 13.3 | 1,401 | 1,562 |
Provvedimenti | 14 | 67 | 6,636 |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 15 | 37,099 | 36,487 |
Kapital u riżervi | 16 | 8,948 | 8,880 |
Kapital | 16.1 | 8,948 | 8,880 |
Obbligazzjonijiet totali | 674,496 | 698,853 |
2.2 Kont tal-profitt u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2023
Numru | 2023 | 2022 | |
---|---|---|---|
Dħul mill-imgħax fuq assi f’riżervi barranin | 23.1 | 2,382 | 798 |
Dħul mill-imgħax fuq l-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 23.2 | 4,817 | 736 |
Dħul ieħor mill-imgħax | 23.4 | 56,552 | 11,001 |
Dħul mill-imgħax | 63,751 | 12,536 | |
Remunerazzjoni ta’ klejms tal-BĊN fir-rigward tar-riżervi barranin trasferiti | 23.3 | (1,335) | (201) |
Spejjeż oħra tal-imgħax | 23.4 | (69,609) | (11,434) |
Spejjeż tal-imgħax | (70,944) | (11,636) | |
Dħul nett mill-imgħax | 23 | (7,193) | 900 |
Qligħ/telf realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji | 24 | (106) | (110) |
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji | 25 | (38) | (1,840) |
Trasferiment lejn/mill-provvedimenti għar-riskji finanzjarji | 6,620 | 1,627 | |
Riżultat nett tal-operazzjonijiet finanzjarji, tnaqqis tal-valur u provvedimenti għar-riskju | 6,476 | (322) | |
Dħul/spiża nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet | 26 | 650 | 585 |
Dħul mill-ishma azzjonarji u interessi parteċipanti | 27 | 1 | 1 |
Dħul ieħor | 28 | 72 | 61 |
Dħul nett totali | 6 | 1,224 | |
Spejjeż tal-persunal | 29 | (676) | (652) |
Spejjeż amministrattivi | 30 | (481) | (460) |
Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u intanġibbli | (106) | (103) | |
Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus | 31 | (9) | (9) |
Profitt/(telf) għas-sena | (1,266) | - |
Frankfurt am Main, 13 ta’ Frar 2024
Bank Ċentrali Ewropew
Christine Lagarde
President
2.3 Politika tal-kontabilità
Forma u preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji
Ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE tfasslu skont il-politika ta’ kontabilità li ġejja,[24] li, fil-fehma tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jagħtu preżentazzjoni ġusta tar-rapporti finanzjarji u fl-istess ħin jirriflettu n-natura tal-attivitajiet ta’ bank ċentrali.
Prinċipji tal-kontabilità
Ġew applikati l-prinċipji tal-kontabilità li ġejjin: realtà u trasparenza ekonomika, prudenza, għarfien ta’ avvenimenti wara l-karta tal-bilanċ, materjalità, negozju avvjat, prinċipju tad-dovuti, konsistenza u komparabbiltà.
Rikonoxximent tal-assi u l-obbligazzjonijiet
Assi jew obbligazzjoni jidhru fil-karta tal-bilanċ biss meta x’aktarx li kull benefiċċju ekonomiku futur marbut magħhom jgħaddi lil jew mingħand il-BĊE, meta sostanzjalment ir-riskji u l-gwadanji kollha assoċjati magħhom ikunu ġew trasferiti lill-BĊE, u meta l-kost jew il-valur tal-assi jew l-ammont tal-obbligazzjoni ikunu jistgħu jiġu kalkulati b’mod affidabbli.
Bażi tal-kontabilità
Il-kontijiet tħejjew abbażi tal-kost storiku, modifikat biex jinkludi l-valutazzjoni tas-suq tat-titoli negozjabbli (barra dawk miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja), tad-deheb u tal-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħra kollha inklużi fil-karta tal-bilanċ u esklużi minnha denominati f’muniti barranin.
It-tranżazzjonijiet f’assi u obbligazzjonijiet finanzjarji jidhru fil-kontijiet bid-data meta jkunu ġew konklużi.
Bl-eċċezzjoni tat-tranżazzjonijiet spot f’titoli, it-tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin jidħlu fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ bid-data ta’ meta jkunu saru. Fid-data tal-ħlas, l-entrati esklużi mill-karta tal-bilanċ jiġu riversjati, u t-tranżazzjonijiet jiddaħħlu fil-karta tal-bilanċ. Ix-xiri u l-bejgħ ta’ munita barranija jaffettwa l-pożizzjoni netta f’munita barranija fid-data ta’ meta jkun sar, u r-riżultati realizzati mill-bejgħ jiġu kalkulati wkoll f’din id-data. L-imgħax, il-primjums u l-iskontijiet dovuti relatati mal-istrumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin jiġu kalkulati u rreġistrati kuljum, u l-pożizzjoni f’munita barranija tiġi affettwata wkoll kuljum minn dawn id-dovuti.
Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija
L-assi u l-obbligazzjonijiet denominati f’muniti barranin jinqalbu f’euro bir-rata tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ. Id-dħul u l-ispejjeż jinqalbu bir-rata tal-kambju tad-data meta jiġu rreġistrati. Ir-rivalutazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet tal-kambju barrani, fosthom l-istrumenti inklużi fil-karta tal-bilanċ u esklużi minnha, issir għal kull munita individwali.
Ir-rivalutazzjoni bil-prezz tas-suq ta’ assi u obbligazzjonijiet denominati f’muniti barranin tinħadem b’mod separat mir-rivalutazzjoni tar-rata tal-kambju.
Id-deheb jiġi valutat bil-prezz tas-suq prevalenti fid-data tal-karta tal-bilanċ. Ma ssir l-ebda distinzjoni bejn id-differenzi fir-rivalutazzjoni tal-prezz u tal-munita fil-każ tad-deheb. Minflok, jingħata kont ta’ stima waħda tad-deheb abbażi tal-prezz f’euro għal kull uqija fina ta’ deheb, li, għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2023, kienet derivata mir-rata tal-kambju tal-euro kontra d-dollaru Amerikan fid-29 ta’ Diċembru 2023.
Id-dritt speċjali ta’ kreditu (SDR) jiġi definit f’termini ta’ basket ta’ muniti u l-valur tiegħu jiġi determinat mis-somma ppeżata tar-rati tal-kambju ta' ħames muniti kbar (id-dollaru Amerikan, l-euro, ir-renminbi Ċiniż, il-yen Ġappuniż u l-lira sterlina). L-investimenti tal-BĊE f'SDRs ġew konvertiti f'euro bir-rata tal-kambju tal-euro kontra l-SDR fid-29 ta’ Diċembru 2023.
Titoli
Titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja
It-titoli miżmumin attwalment għall-finijiet tal-politika monetarja jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment.
Titoli oħra
It-titoli negozjabbli (barra dawk miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja) u assi simili jiġu valutati jew bil-prezzijiet medji tas-suq jew abbażi tal-kurva tar-redditi rilevanti fid-data tal-karta tal-bilanċ, għal kull titolu individwali. L-opzjonijiet inkorporati fit-titoli ma jiġux separati għall-finijiet tal-valutazzjoni. Għas-sena li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2023, intużaw il-prezzijiet medji tas-suq tad-29 ta’ Diċembru 2023.
Fondi ta' investiment negozjabbli jiġu rivalutati fuq bażi netta fuq livell ta' fond, bl-użu tal-valur nett tal-assi tagħhom. Ma jiġi applikat l-ebda nnettjar bejn qligħ u telf mhux realizzat f'fondi ta' investiment differenti.
Ishma azzjonarji illikwidi u strumenti azzjonarji oħra miżmumin bħala investimenti permanenti jiġu valutati bil-prezz tal-akkwist soġġett għal indeboliment.
Rikonoxximent tad-dħul
Id-dħul u l-ispejjeż jiġu rikonoxxuti fil-perjodu meta jidħlu jew meta jiġġarrbu.[25] Il-qligħ u t-telf realizzati li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ muniti barranin, deheb u titoli jiġu rreġistrati fil-kont tal-profitt u t-telf. Dawn il-qligħ u t-telf realizzati jiġu kkalkulati b’referenza għall-kost medju tal-assi rispettivi.
Il-qligħ mhux realizzat ma jiġix rikonoxxut bħala dħul u jiġi trasferit direttament f’kont ta’ rivalutazzjoni.
It-telf mhux realizzat jiġi rreġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf jekk, fl-aħħar tas-sena, ikun ikbar mill-qligħ tar-rivalutazzjoni preċedenti akkumulat fil-kont ta’ rivalutazzjoni rispettiv. Dan it-telf mhux realizzat fuq kwalunkwe titolu jew munita jew fuq id-deheb ma jiġix innettjat kontra l-qligħ mhux realizzat fuq titoli jew muniti oħra jew deheb. Fil-każ li dan it-telf mhux realizzat minn xi partita rreġistrata fil-kont tal-profitt u t-telf, il-prezz medju ta’ din il-partita jitnaqqas bir-rata tal-kambju jew bil-prezz tas-suq tal-aħħar tas-sena.
It-telf mill-indeboliment jiġi rreġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf u ma jiġix riversjat fis-snin ta’ wara ħlief jekk l-indeboliment jonqos u t-tnaqqis jista’ jiġi relatat ma’ avveniment osservabbli li jseħħ wara li l-indeboliment ikun ġie rreġistrat għall-ewwel darba.
Primjums jew skontijiet fuq titoli jiġu amortizzati fuq il-bqija tal-ħajja kuntrattwali tat-titoli.
Tranżazzjonijiet riversjati
It-tranżazzjonijiet riversjati huma operazzjonijiet fejn il-BĊE jixtri jew ibigħ assi bi ftehim ta’ riakkwist jew jagħmel operazzjonijiet ta’ kreditu bil-kollateral.
Fi ftehim ta’ riakkwist, it-titoli jinbiegħu bi flus kontanti bi ftehim li jsir fl-istess ħin biex jerġgħu jinxtraw mingħand il-kontroparti bi prezz miftiehem f’data stabbilita fil-ġejjieni. Kull ftehim ta’ riakkwist jidħol fil-kontijiet bħala depożiti kollateralizzati fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ. Titoli mibjugħa b’tali ftehim jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE.
Fi ftehim ta’ riakkwist riversjat, it-titoli jinxtraw bi flus kontanti bi ftehim li jsir fl-istess ħin biex jerġgħu jinbiegħu lill-kontroparti bi prezz miftiehem f’data stabbilita fil-ġejjieni. Kull ftehim ta’ riakkwist riversjat jidħol fil-kontijiet bħala self kollateralizzat fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ iżda ma jiġix inkluż fl-investimenti tal-BĊE f’titoli.
It-tranżazzjonijiet riversjati (fosthom tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli) li jsiru fi programm offrut minn istituzzjoni speċjalizzata jidħlu fil-karta tal-bilanċ biss meta jiġi provdut kollateral fi flus kontanti u dawn il-flus kontanti jibqgħu ma jiġux investiti.
Strumenti barra l-karta tal-bilanċ
L-istrumenti tal-munita, jiġifieri t-tranżazzjonijiet forward tal-kambju barrani, il-forward legas tas-swaps tal-kambju barrani u strumenti oħra tal-munita li jinvolvu l-kambju minn munita għall-oħra f’data fil-ġejjieni, jiġu inklużi fil-pożizzjoni netta tal-munita barranija biex jiġi kalkulat il-qligħ u t-telf mill-kambju barrani.
L-istrumenti tar-rati tal-imgħax jiġu rivalutati individwalment. Bidliet ta’ kuljum fil-marġni ta’ varjazzjoni tar-rata tal-imgħax ta’ kuntratti futures miftuħin jidħlu fil-kont tal-profitt u t-telf. Il-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet forward f’titoli ssir mill-BĊE u tinħadem b'metodi ta’ valutazzjoni aċċettati b’mod ġenerali bi prezzijiet u rati osservabbli tas-suq, kif ukoll bħala fatturi ta’ skont mid-dati tal-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet sad-data tal-valutazzjoni.
Assi fissi
Assi fissi, fosthom assi intanġibbli, iżda bl-esklużjoni tal-artijiet u x-xogħlijiet tal-arti, jiġu valutati bil-prezz tal-akkwist li minnu jitnaqqas id-deprezzament. L-artijiet u x-xogħlijiet tal-arti jiġu valutati bil-prezz tal-akkwist. Il-bini ewlieni tal-BĊE hu valutat bil-prezz tal-akkwist bid-deprezzament imnaqqas u soġġett għall-indeboliment. Għad-deprezzament tal-bini ewlieni tal-BĊE, l-ispejjeż jiġu assenjati lill-komponenti xierqa tal-assi li jiġu deprezzati skont il-kalkolu tal-ħajja utli tagħhom. Id-deprezzament jiġi kalkolat bil-metodu straight-line matul il-ħajja utli mistennija tal-assi, mit-trimestru wara li l-assi jkunu disponibbli għall-użu. Il-ħajja utli applikata għall-kategoriji ewlenin ta’ assi tidher hawn taħt:
Bini | 20, 25 jew 50 sena |
Impjanti fil-bini | 10 snin jew 15-il sena |
Tagħmir tekniku | 4 snin, 10 snin jew 15-il sena |
Kompjuters, hardware u software relatati, u vetturi bil-mutur | 4 snin |
Għamara | 10 snin |
Il-perjodu ta’ deprezzament għall-ispiża kapitalizzata fuq it-tiġdid tal-bini relatata mal-bini mikri bħalissa mill-BĊE ġie aġġustat biex jitqiesu l-avvenimenti li jkollhom impatt fuq il-ħajja utli mistennija tal-assi affettwati.
Il-BĊE jwettaq test annwali ta’ indeboliment tal-bini ewlieni tiegħu u assi bid-dritt tal-użu relatati mal-bini tal-uffiċċji (ara "Kirjiet" hawn taħt). Jekk jiġi identifikat indikatur tal-indeboliment u jiġi stmat li l-assi jista' jkun fi stat ta' indeboliment, issir stima tal-ammont rekuperabbli. Telf minħabba indeboliment jiġi reġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf jekk l-ammont rekuperabbli jkun inqas mill-valur nominali nett.
Assi fissi li jqumu inqas minn EUR 10,000 jiġu kanċellati fis-sena tal-akkwist.
Assi fissi li jikkonformaw mal-kriterji ta’ kapitalizzazzjoni iżda li jkunu għadhom qegħdin jinbnew jew jiġu żviluppati jidħlu taħt l-intestatura “Assi li qegħdin jinbnew”. L-ispejjeż relatati jiġu trasferiti fl-intestaturi rilevanti tal-assi fissi ladarba l-assi jkunu disponibbli biex jintużaw.
Kirjiet
Il-BĊE jaġixxi kemm bħala lokatarju kif ukoll bħala sublokatur.
Il-BĊE bħala lokatarju
Għall-kirjiet kollha li għalihom il-BĊE huwa lokatarju u li jinvolvu assi tanġibbli, l-assi tad-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni tal-kiri relatati huma rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ fid-data tal-bidu tal-kirja, jiġifieri ladarba l-assi jkun disponibbli għall-użu, u jiġu inklużi taħt l-intestaturi rilevanti tal-assi fissi ta’ “Assi fissi tanġibbli u intanġibbli” u taħt “Diversi” (obbligazzjonijiet) rispettivament. Fejn il-kirjiet jikkonformaw mal-kriterji tal-kapitalizzazzjoni, iżda l-assi involut ikun għadu qed jinbena jew jiġi adattat, l-ispejjeż imġarrba qabel id-data tal-bidu tal-kirja jiġu rreġistrati taħt l-intestatura “Assi taħt kostruzzjoni”.
Assi marbuta mad-dritt tal-użu jiġu valutati bil-prezz tal-akkwist bid-deprezzament imnaqqas. Barra minn hekk, assi bid-dritt tal-użu relatati ma' binjiet ta’ uffiċċji huma soġġetti għal indeboliment (fir-rigward tat-test annwali tal-indeboliment, ara “Assi fissi” hawn fuq). Id-deprezzament jiġi kkalkolat fuq bażi straight-line mid-data tal-bidu sa, jew it-tmiem tal-ħajja utli tal-assi bid-dritt ta’ użu jew it-tmiem tal-perjodu tal-kirja, skont liema jiġi l-ewwel.
Ir-responsabbiltà tal-kera titkejjel inizjalment bil-valur preżenti tal-ħlasijiet futuri tal-kera (li jinkludu biss komponenti tal-kirja), skontati bl-użu tar-rata inkrementali tas-self tal-BĊE. Sussegwentement, ir-responsabbiltà tal-kirja titkejjel bi spiża amortizzata bl-użu tal-metodu ta’ imgħax effettiv. L-ispiża tal-imgħax relatatata tiġi rreġistrata fil-kont tal-profitt u t-telf taħt "Spejjeż oħra tal-imgħax". Meta jkun hemm bidla fil-pagamenti tal-kirja futuri li jirriżultaw minn bidla f'indiċi jew rivalutazzjoni oħra tal-kuntratt eżistenti, ir-responsabbiltà tal-kera tiġi mkejla mill-ġdid. Kull kejl mill-ġdid bħal dan jirriżulta f'aġġustament korrispondenti għall-ammont miżmum fil-kotba tal-assi bid-dritt tal-użu.
Kirjiet għal żmien qasir b’tul ta’ 12-il xahar jew inqas u kirjiet ta’ assi ta’ valur baxx taħt EUR 10,000 (konsistenti mal-limitu użat għar-rikonoxximent ta’ assi fissi) jiġu rreġistrati bħala spiża fil-kont tal-profitt u t-telf.
Il-BĊE bħala sublokatur
Għall-kirjiet kollha li għalihom il-BĊE huwa sublokatur, il-BĊE jagħti lil partijiet terzi d-dritt li jużaw l-assi sottostanti (jew parti minn dak l-assi), filwaqt li l-kirja bejn is-sid oriġinali u l-BĊE (il-kirja prinċipali) tibqa’ fis-seħħ. Is-sublokazzjoni hija kklassifikata bħala lokazzjoni finanzjarja jew operatorja[26] b’referenza għall-assi tad-dritt tal-użu li jirriżulta mil-lokazzjoni prinċipali, aktar milli b’referenza għall-assi sottostanti.
Is-sublokazzjonijiet li għalihom il-BĊE huwa sublokatur huma kklassifikati bħala lokazzjoni finanzjarja u l-BĊE jirtira r-rikonoxximent mill-“Assi fissi tanġibbli u intanġibbli” l-assi tad-dritt tal-użu li għandhom x’jaqsmu mal-kirja prinċipali (jew parti minn tali assi) li tiġi ttrasferita lis-sublokatarju, u tirrikonoxxi taħt “Diversi” (assi) sublokazzjoni riċevibbli. L-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni relatata mal-kirja prinċipali tibqa’ mhux affettwata mis-sublokazzjoni.
Fid-data tal-bidu, ir-riċevibbli tas-sublokazzjoni inizjalment jitkejjel bil-valur preżenti tal-ħlasijiet tal-kiri futuri li jakkumulaw lill-BĊE, skontati bl-użu tar-rata ta’ skont użata għall-kirja prinċipali. Sussegwentement, ir-riċevibbli tal-kirja jitkejjel bi spiża amortizzata bl-użu tal-metodu ta’ imgħax effettiv. Id-dħul tal-imgħax relatat jiġi rreġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf taħt "Spejjeż oħra tal-imgħax".
Il-benefiċċji tal-BĊE ta’ wara l-impjieg, benefiċċji oħra fit-tul u benefiċċji tat-terminazzjoni
Il-BĊE jħaddem skemi ta’ benefiċċji definiti għall-persunal tiegħu u għall-membri tal-Bord Eżekuttiv, kif ukoll għall-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE.
L-iskema tal-pensjoni tal-persunal hija finanzjata b’assi miżmumin f’fond ta’ benefiċċji fit-tul għall-impjegati. Il-kontribuzzjonijiet obbligatorji li jsiru mill-BĊE u l-persunal huma riflessi fl-istruttura ta’ benefiċċji definiti tal-iskema. Il-persunal jista’ jagħmel kontribuzzjonijiet supplimentari fuq bażi volontarja fi skema ta’ kontribuzzjonijiet definiti li tista’ tintuża biex tipprovdi benefiċċji addizzjonali.[27] Dawn il-benefiċċji addizzjonali jiġu kalkolati bl-ammont tal-kontribuzzjonijiet volontarji flimkien mar-redditi mill-investiment li jiġu minn dawk il-kontribuzzjonijiet.
Hemm provvedimenti mhux finanzjati għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul tal-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE. Għall-membri tal-persunal hemm provvedimenti mhux finanzjati għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, barra l-pensjonijiet, u għal benefiċċji oħra fit-tul.
Obbligazzjoni tal-benefiċċju nett definit
L-obbligazzjoni rikonoxxuta fil-karta tal-bilanċ fil-partita “Diversi (obbligazzjonijiet)” fir-rigward tal-pjanijiet ta’ benefiċċji definiti, inklużi benefiċċji oħra fit-tul u benefiċċji tat-terminazzjoni[28], hi l-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċji definiti fid-data tal-karta tal-bilanċ, li minnu jitnaqqas il-valur ġust tal-assi tal-pjan użati biex jiffinanzjaw l-obbligu relatat.
L-obbligu tal-benefiċċji definiti jiġi kalkulat kull sena minn attwarji indipendenti bl-użu tal-metodu tal-unità ta’ kreditu prevista. Il-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċji definiti jiġi kalkolat billi l-valutazzjoni tal-likwidità fil-ġejjieni tiġi skontata b’rata determinata b’referenza għar-redditi tas-suq fid-data tal-karta tal-bilanċ ta’ bonds korporattivi ta’ kwalità tajba denominati f’euro li jkollhom l-istess termini ta’ maturità bħal dawk tal-obbligu relatat.
Il-qligħ u t-telf attwarjali jista’ jiġi minn aġġustamenti għall-esperjenza (fejn ir-riżultati attwali jkunu differenti mill-konġetturi attwarjali li jkunu saru qabel) u minn bidliet fil-konġetturi attwarjali.
Kost nett tal-benefiċċji definiti
L-ispiża netta tal-benefiċċji definiti tinqasam f’komponenti li jidħlu fil-kont tal-profitt u t-telf u kalkoli ġodda fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg li jidħlu fil-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” tal-karta tal-bilanċ.
L-ammont nett li jidħol fil-kont tal-profitt u t-telf jiġbor fih:
- l-ispiża kurrenti tas-servizz tal-benefiċċji definiti dovuti għas-sena;
- l-ispiża tal-imgħoddi tas-servizz tal-benefiċċji definiti li tirriżulta minn emenda fl-iskema;
- l-imgħax nett bir-rata ta’ skont fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti;
- kejl ġdid ir-rigward ta' benefiċċji fit-tul oħrajn u benefiċċji tat-terminazzjoni ta' tul ta' żmien[29], jekk ikun hemm, fl-intier tagħhom.
L-ammont nett li jidher fil-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” jinkludi l-partiti li ġejjin:
- il-qligħ u t-telf attwarjali fuq l-obbligu tal-benefiċċji definiti;
- ir-redditu attwali fuq l-assi tal-iskema, minbarra l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti;
- kwalunkwe bidla fl-effett tal-limitu massimu tal-assi, minbarra l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti.
Dawn l-ammonti jiġu valutati kull sena minn attwarji indipendenti biex tiġi stabbilita l-obbligazzjoni xierqa fir-rapporti finanzjarji.
Bilanċi fi ħdan is-SEBĊ/bilanċi fi ħdan l-Eurosistema
Il-bilanċi fi ħdan is-SEBĊ jiġu primarjament mill-ħlasijiet transkonfinali fl-Unjjoni Ewropea (UE) li jiġu konklużi f’euro bi flus tal-banek ċentrali. Dawn it-tranżazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom isiru minn entitajiet privati (i.e. istituzzjonijiet ta’ kreditu, korporazzjonijiet u individwi). Jiġu konklużi fit-TARGET – Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system – u joħolqu bilanċi bilaterali fil-kontijiet tat-TARGET tal-banek ċentrali tal-UE. Il-ħlasijiet li jsiru mill-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jaffettwaw ukoll dawn il-kontijiet. Kull saldu huwa awtomatikament aggregat u aġġustat biex jifforma parti minn pożizzjoni waħda għal kull BĊN fil-konfront tal-BĊE. Dawn il-pożizzjonijiet fil-kotba tal-BĊE jirrappreżentaw l-klejm jew l-obbligazzjoni netta ta’ kull BĊN kontra l-bqija tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-movimenti fil-kontijiet tat-TARGET huma riflessi fir-rekords tal-kontabilità tal-BĊE u tal-BĊNi fuq bażi ta’ kuljum.
Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊNi taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE li jiġu mit-TARGET, kif ukoll bilanċi oħra intra-Eurosistema denominati f’euro (eż. it-tqassim tal-profitt interim tal-BĊE lill-BĊNi, jekk ikun hemm), jiġu ppreżentati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet taħt “Klejms oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)” jew “Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)”. Il-bilanċi intra-SEBĊ ta’ BĊNi barra ż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE, li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fit-TARGET,[30] huma divulgati taħt “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”.
Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema jidħlu bħala assi wieħed nett fi “Klejms relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” hawn taħt).
Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema mit-trasferiment ta’ assi f’riżervi barranin lill-BĊE mill-BĊNi li jissieħbu fl-Eurosistema huma denominati f’euro u jidħlu f’“Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”.
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni
Il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro, li flimkien jikkostitwixxu l-Eurosistema, joħorġu l-karti tal-flus tal-euro.[31] Il-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jiġi allokat lill-banek ċentrali tal-Eurosistema fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull xahar skont l-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus.[32]
Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% tal-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, li huwa divulgat fil-karta tal-bilanċ fil-partita tal-obbligazzjonijiet “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni”. Is-sehem tal-BĊE mill-ħruġ totali ta’ karti tal-flus tal-euro huwa kopert bi klejms fil-konfront tal-BĊN. Dawn il-klejms, li jrendu l-imgħax,[33] jidhru fil-partita “Klejms relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” (ara “Bilanċi fi ħdan is-SEBĊ/bilanċi fi ħdan l-Eurosistema” hawn fuq). Id-dħul mill-imgħax fuq dawn il-klejms jidħol fil-kont tal-profitt u t-telf fil-partita “Dħul mill-imgħax fuq l-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema”.
Tqassim tal-profitt interim
Ammont li jkun daqs id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u d-dħul mit-titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja mixtrija (i) fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli; (ii) fit-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti; (iii) fil-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi; (iv) fil-programm ta’ xiri ta’ assi mis-settur pubbliku; u (v) fil-programm ta’ xiri tal-emerġenza pandemika jitqassam f’Jannar tas-sena ta’ wara permezz ta’ tqassim tal-profitt interim, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jiddeċidix mod ieħor.[34] Kull deċiżjoni ta’ dan it-tip għandha tittieħed meta, fuq il-bażi ta’ stima motivata mħejjija mill-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv ikun jistenna li l-BĊE jkollu telf ġenerali annwali jew jagħmel profitt annwali li jkun inqas minn dan id-dħul. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi wkoll li jittrasferixxi dan id-dħul kollu jew parti minnu għal provvediment għal riskji finanzjarji. Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jnaqqas l-ammont tad-dħul fuq il-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni li għandu jitqassam f'Jannar bl-ammont tal-ispejjeż imġarrbin mill-BĊE fir-rigward tal-ħruġ u l-ipproċessar tal-karti tal-flus tal-euro.
Avvenimenti wara l-karta tal-bilanċ
Il-valuri tal-assi u l-obbligazzjonijiet jiġu aġġustati għal avvenimenti li jseħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ annwali u d-data meta l-Bord Eżekuttiv jawtorizza l-preżentazzjoni tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, jekk dawn l-avvenimenti jaffettwaw materjalment il-kundizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet fid-data tal-karta tal-bilanċ.
Avvenimenti importanti wara l-karta tal-bilanċ li ma jaffettwawx il-kundizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet fid-data tal-karta tal-bilanċ jidhru fin-noti.
Bidliet fil-politika tal-kontabilità
Fl-2023 ma kien hemm l-ebda bidla fil-politika tal-kontabilità applikata mill-BĊE.
Kwistjonijiet oħra
Skont l-Artikolu 27 tal-Istatut tas-SEBĊ, u abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv, il-Kunsill tal-UE inizjalment approva l-ħatra ta’ Baker Tilly GmbH & Co. KG, Wirtschaftsprüfungsgesellschaft, Düsseldorf (Repubblika Federali tal-Ġermanja) bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għal perjodu ta’ ħames snin sa tmiem is-sena finanzjarja 2022. Fl-2023 il-Kunsill tal-UE, abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kunsill Governattiv, approva estensjoni ta’ dan il-perjodu b’sentejn oħra sa tmiem is-sena finanzjarja 2024.
2.4 Noti dwar il-karta tal-bilanċ
Nota 1 - Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb
Din il-partita kienet tinkludi l-investimenti tal-BĊE fid-deheb:
2023 | 2022 | |
---|---|---|
Kwantità | ||
Uqiji ta’ deheb fin1 | 16,285,778 | 16,229,522 |
Prezz | ||
Dollaru Amerikan għal kull uqija fina ta’ deheb | 2,063.950 | 1,819.700 |
Dollari Amerikani għal kull euro | 1.1050 | 1.0666 |
Valur tas-suq (miljuni ta’ EUR) | 30,419 | 27,689 |
1) Dan jikkorrispondi għal 506.5 u 504.8 tunnellata fl-2023 u l-2022 rispettivament.
Iż-żieda fil-valur ekwivalenti f’euro ta’ dawn l-investimenti kien dovut għaż-żieda fil-prezz tas-suq għad-deheb f'termini ta' euro (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità” u n-nota 15 “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”). Barra minn hekk, mal-adozzjoni tal-munita unika mill-Kroazja b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023, il-Hrvatska narodna banka ttrasferixxa lill-BĊE 56,256 uqija ta’ deheb fin b’valur ta’ EUR 96 miljun.
Nota 2 - Klejms kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro u residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin
Nota 2.1 - Ammonti riċevibbli mill-FMI
Dan l-assi jirrappreżenta l-investimenti tal-BĊE f’SDRs u ammonta għal EUR 2,083 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2023 (2022: EUR 1,759 miljun). Dan joħroġ mir-riżultat ta’ arranġament kummerċjali reċiproku volontarju mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ta’ xiri u bejgħ ta’ SDRs fejn l-FMI huwa awtorizzat jorganizza bejgħ jew xiri ta’ SDRs bl-euro, f’isem il-BĊE, fi ħdan livelli minimi u massimi ta’ investiment. Għall-finijiet tal-kontabilità, l-SDRs jitqiesu bħala munita barranija (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”). L-investimenti tal-BĊE ta’ SDRs żdiedu fl-2023, b’mod predominanti bħala riżultat ta’ tranżazzjoni li saret fil-kuntest tal-arranġament kummerċjali volontarju msemmi hawn fuq.
Nota 2.2 - Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra; u Klejms kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin
Dawn iż-żewġ partiti jikkonsistu f’bilanċi ma’ banek u self denominat f’munita barranija, u f’investimenti f’titoli denominati f’dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi.
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Klejms kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro | |||
Kontijiet kurrenti | 7,161 | 15,687 | (8,526) |
Depożiti fis-suq monetarju | 474 | 985 | (512) |
Investimenti f’titoli | 46,158 | 37,172 | 8,986 |
Klejms totali kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro | 53,793 | 53,844 | (52) |
Klejms kontra residenti taż-żona tal-euro | |||
Kontijiet kurrenti | 25 | 34 | (10) |
Depożiti fis-suq monetarju | 1,426 | 1,125 | 301 |
Klejms totali kontra residenti taż-żona tal-euro | 1,450 | 1,159 | 291 |
Total | 55,243 | 55,004 | 239 |
Il-valur totali ta’ dawn l-entrati żdied fl-2023, prinċipalment minħabba d-dħul miksub matul is-sena, primarjament fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan. Barra dan, malli l-Kroazja adottat il-munita unika b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2023, il-Hrvatska narodna banka ttrasferixxa lill-BĊE assi f’riżervi barranin denominati f’dollari Amerikani b’valur ta’ EUR 544 miljun. Madankollu, iż-żieda totali kienet kważi kompletament paċuta mid-deprezzament tad-dollaru Amerikan u l-yen Ġappuniż kontra l-euro.
L-investimenti netti tal-BĊE f’muniti barranin[35] kienu kif ġej:
2023 | 2022 | |
---|---|---|
Dollari Amerikani | 52,590 | 49,590 |
Yen Ġappuniżi | 1,089,844 | 1,090,312 |
Renminbi Ċiniżi | 4,545 | 4,440 |
Ma sar l-ebda intervent tal-kambju barrani matul l-2023.
Nota 3 - Klejms oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro
Fil-31 ta’ Diċembru 2023 din il-partita kienet tikkonsisti mill-bilanċi tal-kont kurrenti ma’ residenti taż-żona tal-euro li kienu jammontaw għal EUR 17-il miljun (2022: EUR 12-il miljun).
Nota 4 - Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro
Nota 4.1 - Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja
Fil-31 ta’ Diċembru 2023 din il-partita kienet tikkonsisti f’titoli akkwistati mill-BĊE fil-kuntest tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP), it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPPs), il-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi (ABSPP), il-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP) u l-programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP).
Data tal-bidu | Data tat-tmiem | Deċiżjoni | Univers ta’ titoli eliġibbli1 | |
---|---|---|---|---|
Programmi Lesti/Terminati | ||||
CBPP12 | Lulju 2009 | Ġunju 2010 | BĊE/2009/16 | Bonds garantiti ta’ residenti taż-żona tal-euro |
CBPP22 | Novembru 2011 | Ottubru 2012 | BĊE/2011/17 | Bonds garantiti ta’ residenti taż-żona tal-euro |
SMP | Mejju 2010 | Settembru 2012 | BĊE/2010/5 | Titoli ta’ dejn pubbliku u privat maħruġin fiż-żona tal-euro3 |
Programm ta' xiri ta' assi (APP)4 | ||||
CBPP3 | Ottubru 2014 | attiv | BĊE/2020/8, kif emendat | Bonds garantiti ta’ residenti taż-żona tal-euro |
ABSPP | Novembru 2014 | attiv | BĊE/2014/45, kif emendat | Porzjonijiet intermedji superjuri u garantiti ta’ titoli garantiti b’assi ta’ residenti taż-żona tal-euro |
PSPP | Marzu 2015 | attiv | BĊE/2020/9 | Bonds maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali taż-żona tal-euro jew aġenziji rikonoxxuti kif ukoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek ta’ żvilupp multilaterali li jinsabu fiż-żona tal-euro |
CSPP5 | Ġunju 2016 | attiv | BĊE/2016/16, kif emendat | Bonds u karti kummerċjali maħruġa minn korporazzjonijiet mhux bankarji stabbiliti fiż-żona tal-euro |
Programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP) | ||||
PEPP | Marzu 2020 | attiv | BĊE/2020/17, kif emendat | Il-kategoriji kollha ta’ assi eliġibbli taħt l-APP |
1) Aktar kriterji ta’ eliġibbiltà għall-programmi speċifiċi jinsabu fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
2) Fi tmiem l-2022 u tmiem l-2023, il-BĊE ma kellu l-ebda investimenti f’titoli taħt l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPP1 u CBPP2). Madankollu, fl-2022, il-BĊE xorta rreġistra dħul mill-imgħax minn dawn il-portafolli, peress li l-aħħar investimenti taħt is-CBPP1 u s-CBPP2 immaturaw f’Lulju 2022 u Settembru 2022 rispettivament.
3) Titoli ta’ dejn pubbliku maħruġa minn ħames teżoreriji taż-żona tal-euro biss inxtraw taħt l-SMP.
4) L-investimenti mill-ġdid taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP) twaqqfu mill-1 ta’ Lulju 2023.
5) Il-BĊE ma jakkwistax titoli fil-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP).
Sal-aħħar ta’ Frar 2023[36], l-Eurosistema kompliet tinvesti mill-ġdid, b’mod sħiħ, il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw mixtrija taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP)[37]. Sussegwentement, il-portafoll tal-APP naqas b’pass meqjus u prevedibbli. Sal-aħħar ta’ Ġunju 2023, it-tnaqqis ammonta għal medja ta’ EUR 15-il biljun fix-xahar, billi l-Eurosistema ma investietx mill-ġdid il-pagamenti prinċipali kollha minn titoli li jimmaturaw. F’Ġunju 2023, il-Kunsill Governattiv iddeċieda[38] li jwaqqaf l-investimenti mill-ġdid taħt l-APP minn Lulju 2023. Minn hemm’il quddiem, il-portafoll tal-APP naqas minħabba titoli li mmaturaw.
Fir-rigward tal-PEPP[39], l-Eurosistema kompliet tinvesti mill-ġdid, b’mod sħiħ, il-pagamenti ta’ kapital minn titoli li jimmaturaw mixtrija matul is-sena. Il-Kunsill Governattiv beħsiebu[40] jkompli jinvesti mill-ġdid, bis-sħiħ, il-ħlasijiet ta’ kapital minn titoli li jimmaturaw mixtrija taħt il-PEPP matul l-ewwel nofs tal-2024. Biħsiebu wkoll inaqqas il-portafoll tal-PEPP fil-livell tal-Eurosistema b’EUR 7.5 biljun fix-xahar bħala medja matul it-tieni nofs tal-2024 u li jwaqqaf l-investimenti mill-ġdid fi tmiem l-istess sena. Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv għalhekk se jkompli japplika flessibbiltà fl-investiment mill-ġdid ta’ tifdijiet li se jsiru dovuti fil-portafoll tal-PEPP, bil-ħsieb li jiġu miġġielda r-riskji għall-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni relatati mal-pandemija.
It-titoli akkwistati f’dawn il-programmi jiġu valutati fuq bażi tal-kost amortizzat soġġett għal indeboliment (ara “Titoli” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).
Il-kost amortizzat tat-titoli miżmumin mill-BĊE kif ukoll il-valur tas-suq tagħhom[41] (li ma jidħolx fil-karta tal-bilanċ jew fil-kont tal-profitt u t-telf u qed ingħata għal finijiet ta’ tqabbil biss) kienu kif ġej:
2023 | 2022 | Bidla | ||||
---|---|---|---|---|---|---|
Kost | Valur | Kost | Valur | Kost | Valur | |
Programmi Lesti/Terminati | ||||||
SMP | 496 | 522 | 718 | 766 | (222) | (244) |
APP | ||||||
CBPP3 | 23,530 | 21,490 | 25,116 | 22,136 | (1,587) | (647) |
ABSPP | 13,348 | 13,225 | 22,895 | 22,605 | (9,547) | (9,379) |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 224,867 | 205,847 | 242,857 | 213,750 | (17,991) | (7,903) |
Total APP | 261,744 | 240,562 | 290,868 | 258,491 | (29,124) | (17,930) |
PEPP | ||||||
PEPP – bonds koperti | 839 | 736 | 769 | 628 | 70 | 108 |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 162,270 | 143,669 | 164,916 | 138,072 | (2,646) | 5,597 |
Total PEPP | 163,109 | 144,405 | 165,685 | 138,700 | (2,576) | 5,705 |
Total | 425,349 | 385,489 | 457,271 | 397,957 | (31,922) | (12,468) |
Il-valur tal-kost amortizzat tat-titoli miżmuma mill-BĊE nbidel matul is-sena kif ġej:
2022 | Xiri gross | Fidi | Skont nett/ (primjum)1 | 2023 | |
---|---|---|---|---|---|
SMP | 718 | - | (235) | 13 | 496 |
CBPP3 | 25,116 | 1,512 | (3,057) | (42) | 23,530 |
ABSPP | 22,895 | 690 | (10,142) | (95) | 13,348 |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 242,857 | 10,141 | (26,160) | (1,971) | 224,867 |
PEPP – bonds koperti | 769 | 85 | (15) | (1) | 839 |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 164,916 | 17,220 | (17,922) | (1,945) | 162,270 |
Total | 457,271 | 29,649 | (57,530) | (4,041) | 425,349 |
1) "Skont/(primjum) nett" jinkludi qligħ/(telf) nett realizzat, jekk ikun hemm.
Il-Kunsill Governattiv jivvaluta regolarment ir-riskji finanzjarji assoċjati mat-titoli miżmumin f’dawn il-programmi.
F’dan il-kuntest, it-testijiet tal-indeboliment isiru kull sena bl-użu ta’ data ta’ tmiem is-sena, u jiġu approvati mill-Kunsill Governattiv. F’dawn it-testijiet, l-indikaturi tal-indeboliment jiġu valutati separatament għal kull programm. Fil-każijiet fejn jiġu osservati indikaturi tal-indeboliment, issir analiżi oħra biex tikkonferma li l-flussi tal-likwidità tat-titoli bażi ma jkunux ġew affettwati minn avveniment ta’ indeboliment. Skont ir-riżultati tat-testijiet tal-indeboliment ta’ din is-sena, ma ġie reġistrat l-ebda telf mill-BĊE fuq it-titoli miżmumin fil-portafolli tiegħu tal-politika monetarja fl-2023.
Il-valur tal-kost amortizzat tat-titoli miżmuma mill-Eurosistema kien kif ġej:
2023 | 2022 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|
BĊE | BĊNi taż-żona tal-euro | Total Eurosistema | BĊE | BĊNi taż-żona tal-euro | Total Eurosistema | |
Programmi Lesti/Terminati | ||||||
SMP | 496 | 1,901 | 2,397 | 718 | 2,143 | 2,860 |
APP | ||||||
CBPP3 | 23,530 | 262,090 | 285,620 | 25,116 | 276,857 | 301,973 |
ABSPP | 13,348 | - | 13,348 | 22,895 | - | 22,895 |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 224,867 | 1,922,907 | 2,147,774 | 242,857 | 2,066,581 | 2,309,438 |
PSPP – titoli sovranazzjonali | - | 255,261 | 255,261 | - | 275,228 | 275,228 |
CSPP | - | 323,921 | 323,921 | - | 344,119 | 344,119 |
Total APP | 261,744 | 2,764,180 | 3,025,924 | 290,868 | 2,962,785 | 3,253,653 |
PEPP | ||||||
PEPP – bonds koperti | 839 | 5,197 | 6,036 | 769 | 5,283 | 6,052 |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 162,270 | 1,297,397 | 1,459,667 | 164,916 | 1,317,937 | 1,482,853 |
PEPP – titoli sovranazzjonali | - | 154,332 | 154,332 | - | 145,687 | 145,687 |
PEPP – titoli tas-settur korporattiv | - | 45,989 | 45,989 | - | 46,074 | 46,074 |
Total PEPP | 163,109 | 1,502,915 | 1,666,024 | 165,685 | 1,514,981 | 1,680,666 |
Total | 425,349 | 4,268,996 | 4,694,345 | 457,271 | 4,479,908 | 4,937,179 |
Nota: Iċ-ċifri tal-“BĊNi taż-żona tal-euro” huma preliminari u jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni, li tirriżulta wkoll f'bidla ekwivalenti fiċ-ċifri tat-“Total Eurosistema”.
Nota 5 - Klejms fi ħdan l-Eurosistema
Nota 5.1 - Klejms relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema
Din il-partita tikkonsisti fil-klejms tal-BĊE fil-konfront tal-BĊNi taż-żona tal-euro relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”) u li fil-31 ta’ Diċembru 2023 kienu jammontaw għal EUR 125,378 miljun (2022: EUR 125,763 miljun). Ir-remunerazzjoni ta’ dawn il-klejms tiġi kkalkulata kuljum bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet tagħha għall-offerti għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (ara n-nota 23.2 “Dħul mill-imgħax tal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema”).
Nota 6 - Assi oħra
Nota 6.1 - Assi fissi tanġibbli u intanġibbli
Dawn l-assi jinkludu l-partiti li ġejjin:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Spiża | |||
Artijiet u bini | 1,014 | 1,007 | 7 |
Bini bid-dritt tal-użu | 315 | 296 | 19 |
Impjanti fil-bini | 222 | 222 | - |
Hardware u software tal-kompjuter | 142 | 140 | 1 |
Tagħmir, għamara u vetturi bil-mutur | 111 | 110 | 1 |
Tagħmir bid-dritt tal-użu | 2 | 3 | (1) |
Assi li qegħdin jinbnew | 0 | 5 | (5) |
Assi fissi oħra | 11 | 11 | (0) |
Spiża totali | 1,818 | 1,796 | 22 |
Deprezzament akkumulat | |||
Artijiet u bini | (227) | (204) | (23) |
Bini bid-dritt tal-użu | (197) | (152) | (45) |
Impjanti fil-bini | (144) | (128) | (16) |
Hardware u software tal-kompjuter | (129) | (120) | (9) |
Tagħmir, għamara u vetturi bil-mutur | (92) | (82) | (11) |
Tagħmir bid-dritt tal-użu | (2) | (2) | (0) |
Assi fissi oħra | (3) | (3) | (0) |
Total tad-deprezzament akkumulat | (795) | (690) | (104) |
Valur kontabilistiku totali nett | 1,023 | 1,105 | (82) |
Fir-rigward tal-bini ewlieni tal-BĊE u l-bini fejn hemm l-uffiċċji bid-dritt tal-użu, fl-aħħar tas-sena sar test tal-indeboliment u ma ġie reġistrat ebda telf minħabba indeboliment.
Nota 6.2 - Assi finanzjarji oħra
Din il-partita tikkonsisti prinċipalment mill-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE, li fil-biċċa l-kbira jikkonsisti minn investimenti tal-kapital imħallas tal-BĊE kif ukoll l-ammonti mwarrba fil-fond tar-riżervi ġenerali u fil-provvediment għar-riskji finanzjarji. Din tinkludi wkoll 3,211-il sehem fil-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS) bil-prezz tal-akkwist ta’ EUR 42 miljun u kontijiet kurrenti oħra denominati f’euro.
Il-komponenti ta’ din il-partita kienu kif ġej:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Kontijiet kurrenti f’euro | 46 | 38 | 8 |
Titoli denominati f’euro | 20,355 | 19,280 | 1,075 |
Ftehimiet riversjati ta’ riakkwist f’euro | 1,730 | 1,854 | (124) |
Assi finanzjarji oħra | 42 | 42 | (0) |
Total | 22,172 | 21,213 | 959 |
Iż-żieda netta f'din il-partita fl-2023 kienet dovuta l-aktar (i) għall-investiment mill-ġdid tad-dħul mill-imgħax iġġenerat mill-portafoll tal-fondi proprji u (ii) għaż-żieda fil-valur tas-suq tat-titoli miżmumin f’dan il-portafoll.
Nota 6.3 - Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ
Din il-partita tikkonsisti primarjament minn bidliet fil-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet swap u forward f’munita barranija li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2023 (ara n-nota 20 “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bidliet fil-valutazzjoni ammontaw għal EUR 552 miljun (2022: EUR 783 miljun) u huma r-riżultat tal-konverżjoni ta' tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti tagħhom f’euro bir-rati tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ, imqabblin mal-valuri f’euro li jirriżultaw mill-konverżjoni tat-tranżazzjonijiet bil-prezz medju tal-munita barranija rispettiva f’dik id-data (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” u “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3, “Politika tal-kontabilità”).
Nota 6.4 - Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem
Din il-partita kienet tinkludi l-komponenti li ġejjin:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Imgħax akkumulat fuq bilanċi TARGET dovuti mill-BĊNi | 4,955 | 2,856 | 2,099 |
Imgħax akkumulat fuq klejms relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro | 1,429 | 575 | 855 |
Imgħax akkumulat fuq titoli | 3,709 | 3,640 | 69 |
Dħul akkumulat relatat mal-kompiti superviżorji | 654 | 594 | 60 |
Dovuti oħra u spejjeż imħallsin bil-quddiem | 158 | 151 | 7 |
Total | 10,905 | 7,815 | 3,090 |
Fil-31 ta’ Diċembru 2023 din il-partita kienet tinkludi imgħax akkumulat riċevibbli fuq bilanċi TARGET dovuti minn BĊNi taż-żona tal-euro għal Diċembru 2023 (ara n-nota 12.2 “Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)”) u imgħax akkumulat riċevibbli mingħand BĊNi taż-żona tal-euro għall-aħħar trimestru tal-2023 fir-rigward tal-klejms tal-BĊE relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema (ara n-nota 5.1 “Klejms relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema”). Dawn l-ammonti tħallsu f’Jannar 2024.
Din kienet tinkludi wkoll imgħax tal-kupun akkumulat fuq titoli, inkluż imgħax pendenti mħallas mal-akkwist (ara n-nota 2.2 “Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra”; u “Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, in-nota 4 “Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati fl-euro” u n-nota 6.2 “Assi finanzjarji oħra”).
Id-dħul akkumulat relatat mal-kompiti superviżorji jikkorrispondi mat-tariffi superviżorji li għandhom jiġu riċevuti għall-perjodu tariffarju 2023 li se jinġabru fl-2024 (ara n-nota 26 “Dħul/spejjeż netti mit-tariffi u l-kummissjonijiet”).[42]
Il-bqija ta’ din il-partita kienet tikkonsisti prinċipalment (i) f’introjtu mill-imgħax akkumulat fuq strumenti finanzjarji oħra; (ii) dħul akkumulat minn proġetti u servizzi tas-SEBĊ operattivi (ara n-nota 28 “Dħul ieħor”); u (iii) prepagamenti mixxellanji.
Nota 6.5 - Diversi
Fil-31 ta’ Diċembru 2023 din il-partita ammontat għal EUR 88 miljun (2022: EUR 438 miljun). Din kienet tinkludi bilanċi mixxellanji li ammontaw għal EUR 60 miljun (2022: EUR 90 miljun), li jikkonsistu prinċipalment f’riċevibbli fir-rigward ta’ proġetti u servizzi tas-SEBĊ operattivi (ara n-nota 28 “Dħul ieħor”) u bilanċi fir-rigward ta’ taxxa fuq il-valur miżjud li tista’ tiġi rkuprata.
Tinkludi wkoll bilanċi b’valur ta’ EUR 28 miljun (2022: EUR 349 miljun) relatati ma' tranżazzjonijiet swap u forward f’muniti barranin li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2023 (ara n-nota 20, “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bilanċi ħarġu mill-konverżjoni ta’ tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti f’euro bil-prezz medju tal-munita rispettiva fid-data tal-karta tal-bilanċ, imqabbel mal-valuri f’euro li bihom it-tranżazzjonijiet daħlu fil-kontijiet għall-ewwel darba (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).
Nota 7 - Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni
Din il-partita tikkonsisti mis-sehem tal-BĊE (8%) mit-total tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”) u li fil-31 ta’ Diċembru 2023 kienet tammonta għal EUR 125,378 miljun (2022: EUR 125,763 miljun).
Nota - 8 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom il-possibbiltà li jaċċettaw flus kontanti bħala kollateral fil-faċilitajiet tagħhom ta’ self ta’ titoli fil-PSPP u s-settur pubbliku PEPP, bla ma jkollhom jerġgħu jinvestuhom. Fil-każ tal-BĊE, dawn l-operazzjonijiet isiru permezz ta’ istituzzjoni speċjalizzata.
Fil-31 ta’ Diċembru 2023 il-valur pendenti ta' tranżazzjonijiet ta’ tislif bħal dawn kontra kollateral fi flus kontanti li saru ma' istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro kien ta' EUR 4,699 miljun (2022: EUR 17,734 miljun). Il-flus kontanti aċċettati bħala kollateral ġew trasferiti f'kontijiet tat-TARGET. Billi l-flus kontanti baqgħu ma ġewx investiti sa tmiem is-sena, dawn it-tranżazzjonijiet daħlu fil-karta tal-bilanċ (ara “Tranżazzjonijiet riversjati” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).[43]
Nota 9 - Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro
Nota 9.1 - Amministrazzjoni pubblika
Fil-31 ta’ Diċembru 2023, din il-partita ammontat għal EUR 143 miljun (2022: EUR 48,520 miljun) u inkludiet depożiti mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (ESM). Skont l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-SEBC, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali jew awtoritajiet pubbliċi oħra, korpi oħra regolati bil-liġi pubblika, jew intrapriżi pubbliċi ta’ Stati Membri.
Nota 9.2 - Obbligazzjonijiet oħra
Din il-partita tikkonsisti f’bilanċi tas-sistemi anċillari taż-żona tal-euro[44] konnessi mat-TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE, li fil-31 ta’ Diċembru 2023 kienet tammonta għal EUR 20,479 miljun (2022: EUR 15,343 miljun).
Nota 10 - Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro
Din il-partita kienet tinkludi l-komponenti li ġejjin:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Bilanċi tat-TARGET | 3,854 | 42,808 | (38,954) |
Flus kontanti riċevuti bħala kollateral fi tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli | 5,637 | 15,008 | (9,372) |
Depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali | 12,383 | 19,904 | (7,522) |
Arranġamenti swap għall-provvista ta’ likwidità | 1,237 | 388 | 850 |
Total | 23,111 | 78,108 | (54,997) |
Fl-31 ta’ Diċembru 2023 l-akbar komponent ta’ din il-partita kien depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE (ara n-nota 21 “Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self”).
Din il-partita kienet tinkludi wkoll bilanċi minn tranżazzjonijiet pendenti ta’ self ta’ titoli tal-PSPP u tal-PEPP tas-settur pubbliku mwettqa ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux taż-żona tal-euro, fejn ġew riċevuti flus kontanti bħala kollateral u li ġew ittrasferiti għall-kontijiet tat-TARGET (ara n-nota 8, “Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro”).
Barra minn hekk, din kienet tinkludi bilanċi tat-TARGET, li kienu jikkonsistu f’bilanċi tat-TARGET ta’ BĊNi barra ż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE (ara “Bilanċi Intra-SEBĊ/bilanċi intra-Eurosistema” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”) u tas-sistemi anċillari barra ż-żona tal-euro konnessi mat-TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE. It-tnaqqis f'dawn il-bilanċi fl-2023 jikkorrispondi għal bilanċi aktar baxxi tas-sistemi anċillari barra ż-żona tal-euro.
Il-bqija ta’ din il-partita tikkonsisti f’bilanċ li jirriżulta mill-arranġament permanenti reċiproku dwar il-muniti mal-Federal Reserve System. B’dan l-arranġament, il-Federal Reserve Bank of New York jipprovdi dollari Amerikani lill-BĊE permezz ta’ tranżazzjonijiet swap biex jiġi pprovdut finanzjament f’dollari Amerikani għal żmien qasir lil kontropartijiet tal-Eurosistema. Simultanjament il-BĊE jagħmel tranżazzjonijiet swap back-to-back mal-BĊNi taż-żona tal-euro, li jużaw dawn il-fondi biex iwettqu operazzjonijiet għall-provvista ta’ likwidità f’dollari Amerikani ma’ kontropartijiet fl-Eurosistema bħala tranżazzjonijiet riversjati. It-tranżazzjonijiet swap back-to-back jirriżultaw f’bilanċi fi ħdan l-Eurosistema bejn il-BĊE u l-BĊN taż-żona tal-euro. Barra minn hekk, it-tranżazzjonijiet swap li jsiru mal-Federal Reserve Bank of New York u l-BĊN taż-żona tal-euro joħolqu klejms u obbligazzjonijiet forward li jidħlu fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ (ara n-nota 20 “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”).
Nota 11 - Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin
Nota 11.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra
Fil-31 ta’ Diċembru 2023 din il-partita kienet tikkonsisti f’obbligazzjoni f’munita barranija fil-konfront ta’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro li tammonta għal EUR 24 miljun (2022: żero), li rriżultat fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE.
Nota 12 - Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema
Nota 12.1 - Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin
Dawn jirrappreżentaw l-obbligazzjonijiet lejn il-BĊNi taż-żona tal-euro li oriġinaw mit-trasferiment ta’ assi f’riżervi barranin lill-BĊE meta ssieħbu fl-Eurosistema. Skont l-Artikolu 30.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, dawn il-kontribuzzjonijiet huma ffissati fi proporzjon tal-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE. It-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin minn Hrvatska narodna banka mal-adozzjoni tal-munita unika mill-Kroazja wassal għal żieda f’dawn l-obbligazzjonijiet.
Mill- | Fil- | |
---|---|---|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (il-Belġju) | 1,470 | 1,470 |
Deutsche Bundesbank (il-Ġermanja) | 10,635 | 10,635 |
Eesti Pank (l-Estonja) | 114 | 114 |
Central Bank of Ireland (l-Irlanda) | 683 | 683 |
Bank of Greece (il-Greċja) | 998 | 998 |
Banco de España (Spanja) | 4,811 | 4,811 |
Banque de France (Franza) | 8,240 | 8,240 |
Hrvatska narodna banka (il-Kroazja) | 327 | - |
Banca d'Italia (l-Italja) | 6,854 | 6,854 |
Central Bank of Cyprus (Ċipru) | 87 | 87 |
Latvijas Banka (il-Latvja) | 157 | 157 |
Lietuvos bankas (il-Litwanja) | 233 | 233 |
Banque centrale du Luxembourg (il-Lussemburgu) | 133 | 133 |
Bank Ċentrali ta' Malta (Malta) | 42 | 42 |
De Nederlandsche Bank (in-Netherlands) | 2,364 | 2,364 |
Oesterreichische Nationalbank (l-Awstrija) | 1,181 | 1,181 |
Banco de Portugal (il-Portugall) | 944 | 944 |
Banka Slovenije (is-Slovenja) | 194 | 194 |
Národná banka Slovenska (is-Slovakkja) | 462 | 462 |
Suomen Pankki – Finlands Bank (il-Finlandja) | 741 | 741 |
Total | 40,671 | 40,344 |
Il-klejm tal-Hrvatska narodna bank ġie stabbilit għal EUR 327 miljun biex jiġi żgurat li l-proporzjon bejn din il-klejm u t-total tal-klejms kreditati lill-BĊNi l-oħra ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jkun daqs il-proporzjon bejn l-ippeżar tal-Hrvatska narodna banka fl-iskema tal-kapital tal-BĊE u l-ippeżar aggregat tal-BĊNi l-oħra taż-żona tal-euro f’din l-iskema. Id-differenza bejn il-klejm u l-valur tal-assi ttrasferiti (ara n-nota 1 “Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb” u n-nota 2.2 “Bilanċi ma' banek u investimenti f'titoli, self estern u assi esterni oħra”; u “Klejms ma' residenti taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija”) ġiet ittrattata bħala parti mill-kontribuzzjonijiet tal-Hrvatska narodna banka, dovuti skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, għar-riżervi u l-provedimenti ekwivalenti għar-riżervi eżistenti tal-BĊE fil-31 ta' Diċembru 2022 (ara n-nota 14 “Provedimenti” u n-nota 15 “Kontijiet ta' rivalutazzjoni”).
Ir-remunerazzjoni ta’ dawn l-obbligazzjonijiet tiġi kalkulata kuljum bl-aħħar rata tal-imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejhiet tagħha għall-offerti għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, aġġustata biex ma tirrifletti ebda qligħ mill-komponent tad-deheb (ara n-nota 23.3 “Remunerazzjoni ta’ klejms tal-BĊNi fir-rigward tar-riżervi barranin trasferiti”).
Nota 12.2 - Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)
Fl-2023 din il-partita kienet tikkonsisti l-aktar minn bilanċi tat-TARGET tal-BĊNi taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE (ara “Bilanċi intra-SEBĊ/bilanċi intra-Eurosistema” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità).
2023 | 2022 | |
---|---|---|
Obbligazzjoni netta tat-TARGET | 404,336 | 315,090 |
Dovuti lill-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tat-TARGET | 1,616,387 | 1,830,483 |
Dovuti mill-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tat-TARGET | (1,212,050) | (1,515,393) |
Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema | 40 | 41 |
Total | 404,377 | 315,130 |
Iż-żieda fl-obbligazzjoni netta tat-TARGET kienet prinċipalment attribwibbli għall-ħruġ ta’ flus b’riżultat ta’ (i) depożiti aktar baxxi tal-ESM u tal-EFSF (ara n-nota 9.1 “Gvern ġenerali”); (ii) bilanċi aktar baxxi tas-sistemi anċillari barra ż-żona tal-euro konnessi mat-TARGET permezz tal-komponent tat-TARGET-BĊE (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”); u (iii) it-tnaqqis fil-flus riċevuti bħala kollateral kontra s-self ta’ PSPP u titoli tal-PEPP tas-settur pubbliku (ara n-nota 8 “Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f’euro”). L-impatt ta’ dawn il-fatturi kien paċut parzjalment l-aktar mill-influssi ta’ flus bħala riżultat tal-maturazzjoni ta’ titoli taħt il-PEPP u l-APP, li ġew saldati permezz ta’ kontijiet TARGET (ara n-nota 4 “Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro”).
Ir-remunerazzjoni tal-pożizzjonijiet tat-TARGET miżmumin mill-BĊNi taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE, minbarra l-bilanċi mit-tranżazzjonijiet swap back-to-back fir-rigward tal-operazzjonijiet għall-provvista ta’ likwidità f’dollari Amerikani, tiġi kalkulata kuljum bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet tagħha għall-offerti għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament.
Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema kienu jikkonsistu l-aktar f’depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE (ara n-nota 21 “Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self”).
Nota 13 - Obbligazzjonijiet oħra
Nota 13.1 - Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ
Din il-partita tikkonsisti primarjament minn bidliet fil-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet swap u forward f’munita barranija li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2023 (ara n-nota 20 “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bidliet fil-valutazzjoni ammontaw għal EUR 68 miljun (2022: EUR 430 miljun) u huma r-riżultat tal-konverżjoni ta' tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti tagħhom f’euro bir-rati tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ, imqabblin mal-valuri f’euro li jirriżultaw mill-konverżjoni tat-tranżazzjonijiet bil-prezz medju tal-munita barranija rispettiva f’dik id-data (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” u “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3, “Politika tal-kontabilità”).
Nota 13.2 - Dovuti u dħul miġbura bil-quddiem
Din il-partita kienet tinkludi l-komponenti li ġejjin:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Imgħax akkumulat fuq bilanċi tat-TARGET dovuti lill-BĊNi | 6,390 | 3,530 | 2,860 |
Imgħax akkumulat fuq klejms tal-BĊN fir-rigward tar-riżervi barranin trasferiti lill-BĊE | 1,335 | 201 | 1,133 |
Imgħax akkumulat fuq depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali | 172 | 94 | 78 |
Dovuti oħra u dħul differit | 134 | 90 | 43 |
Total | 8,030 | 3,915 | 4,114 |
Fil-31 ta’ Diċembru 2023 iż-żewġ partiti ewlenin taħt din l-intestatura kienu imgħax akkumulat pagabbli fuq il-bilanċi tat-TARGET dovuti lill-BĊNi għal Diċembru 2023 (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 12.2 “Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)”) u imgħax akkumulat pagabbli lill-BĊNi taż-żona tal-euro għall-2023 fir-rigward tal-klejms tagħhom relatati mar-riżervi barranin trasferiti lill-BĊE (ara n-nota 12.1 “Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”). Dawn l-ammonti tħallsu f’Jannar 2024.
Din il-partita kienet tinkludi wkoll imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali (ara n-nota 9.1 “Gvern ġenerali”, in-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 12.2 “Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)”).
Il-bqija ta’ din il-partita kienet tinkludi prinċipalment (i) imgħax akkumulat pagabbli fuq bilanċi tas-sistemi anċillari taż-żona tal-euro konnessi mat-TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE (ara n-nota 9.2 “Obbligazzjonijiet oħrajn”), (ii) akkumulazzjonijiet mixxellanji u dħul differit;
u (iii) imgħax akkumulat pagabbli fuq flus kontanti riċevuti bħala kollateral fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli tal-BĊE (nota 8 “Obbligazzjonijiet oħra lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”).
Nota 13.3 - Diversi
Fil-31 ta’ Diċembru 2023 din il-partita kienet tammonta għal EUR 1,401 miljun (2022: EUR 1,562 miljun). Din kienet tinkludi bilanċi li ammontaw għal EUR 635 miljun (2022: EUR 974 miljun) relatati ma' tranżazzjonijiet swap u forward f’muniti barranin li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2023 (ara n-nota 20, “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bilanċi ħarġu mill-konverżjoni ta’ tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti f’euro bil-prezz medju tal-munita rispettiva fid-data tal-karta tal-bilanċ, imqabbel mal-valuri f’euro li bihom it-tranżazzjonijiet daħlu fil-kontijiet għall-ewwel darba (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).
Din il-partita kienet tinkludi wkoll obbligazzjoni ta’ kiri ta’ EUR 117-il miljun (2022: EUR 141 miljun) (ara “Kirjiet” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).
Barra minn hekk, din il-partita tinkludi l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul tal-persunal tiegħu[45] u tal-membri tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE. Il-benefiċċji tat-terminazzjoni tal-persunal tal-BĊE huma inklużi wkoll.
Il-benefiċċji tal-BĊE ta’ wara l-impjieg, benefiċċji oħra fit-tul u benefiċċji tat-terminazzjoni
Karta tal-bilanċ
L-ammonti rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ taħt il-partita “Diversi” (obbligazzjonijiet) fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, benefiċċji oħra fit-tul u benefiċċji tat-terminazzjoni tal-persunal[46] kienu kif ġej:
2023 | 2022 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|
Persunal | Bordijiet | Total | Persunal | Bordijiet | Total | |
Obbligu tal-benefiċċji definiti | 2,458 | 35 | 2,493 | 1,947 | 31 | 1,978 |
Valur ġust tal-assi tal-iskema | (1,983) | - | (1,983) | (1,638) | - | (1,638) |
Obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti inklużia taħt “Varji” (obbligazzjonijiet) | 475 | 35 | 510 | 309 | 31 | 340 |
Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.
Fl-2023 il-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċji fil-konfront tal-persunal, ta’ EUR 2,458 miljun (2022: EUR 1,947 miljun) kien jinkludi benefiċċji mhux finanzjati ta’ EUR 278 miljun (2022: EUR 233 miljun) relatati mal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, barra l-pensjonijiet, u ma’ benefiċċji oħra fit-tul. Il-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċji fil-konfront tal-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju, ta’ EUR 35 miljun (2022: EUR 31 miljun) hu relatat biss ma' provvedimenti mhux finanzjati li jeżistu għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul.
Il-kalkolu mill-ġdid tal-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg huma rrikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ taħt il-partita tal-obbligazzjonijiet “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”. Fl-2023, il-qligħ mill-kalkolu mill-ġdid taħt dik il-partita tal-obbligazzjoni ammonta għal EUR 238 miljun (2022: EUR 369 miljun (ara n-nota 15 “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”).
Bidliet fl-obbligu tal-benefiċċji definiti, assi tal-iskema u riżultati tal-kejl mill-ġdid
Il-bidliet fil-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċji definiti jidher hawn taħt:
2023 | 2022 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|
Persunal | Bordijiet | Total | Persunal | Bordijiet | Total | |
Obbligu tal-bidu tal-benefiċċji definiti | 1,947 | 31 | 1,978 | 3,165 | 43 | 3,209 |
Spiża kurrenti tas-servizz | 101 | 2 | 103 | 164 | 4 | 168 |
Spiża tal-imgħax fuq l-obbligu | 77 | 1 | 79 | 42 | 1 | 42 |
Kontribuzzjonijiet li tħallsu mill-parteċipanti fl-iskema1 | 36 | 0 | 36 | 40 | 0 | 41 |
Benefiċċji mħallsin | (30) | (3) | (33) | (38) | (2) | (40) |
(Qligħ)/telf mill-kalkoli ġodda | 327 | 4 | 331 | (1,426) | (16) | (1,441) |
Obbligu tal-għeluq tal-benefiċċji definiti | 2,458 | 35 | 2,493 | 1,947 | 31 | 1,978 |
Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.
1) Ċifra netta li tinkludi kontribuzzjonijiet obbligatorji u trasferimenti fi/barra mill-iskemi. Il-kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsa mill-persunal huma 7.4%, waqt li dawk imħallsa mill-BĊE huma 20.7% tas-salarju bażiku.
It-telf totali mill-kejl mill-ġdid ta’ EUR 331 miljun fuq l-obbligu tal-benefiċċji definiti fl-2023 seħħ l-aktar bħala riżultat tat-tnaqqis fir-rata ta’ skont użata għall-valutazzjoni attwarjali minn 3.9% fl-2022 għal 3.4% fl-2023.
Il-bidliet fil-valur ġust tal-assi tal-iskema fl-istruttura tal-benefiċċji definiti fir-rigward tal-persunal jidhru hawn taħt:
2023 | 2022 | |
---|---|---|
Valur ġust tal-bidu tal-assi tal-iskema | 1,638 | 1,749 |
Dħul mill-imgħax fuq l-assi tal-iskema | 66 | 23 |
(Qligħ)/telf mill-kalkoli ġodda | 189 | (228) |
Kontribuzzjonijiet imħallsin minn min iħaddem | 75 | 71 |
Kontribuzzjonijiet imħallsin mill-parteċipanti fl-iskema | 36 | 40 |
Benefiċċji mħallsin | (20) | (18) |
Valur ġust tal-għeluq tal-assi tal-iskema | 1,983 | 1,638 |
Il-qligħ bil-kalkolu mill-ġdid fuq l-assi tal-iskema fl-2023 kien jirrifletti l-fatt li r-redditu attwali mill-unitajiet tal-fondi kien ogħla mid-dħul mill-imgħax assunt fuq l-assi tal-iskema, li kien ibbażat fuq l-assunzjoni ta’ rata ta’ skont ta’ 3.9%.
Il-bidliet fir-riżultati tal-kejl mill-ġdid kienu kif ġej:
2023 | 2022 | |
---|---|---|
Qligħ/(telf) tal-ftuħ bil-kalkoli ġodda | 369 | (799) |
Kontribuzzjonijiet mill-BĊNi li jissieħbu fl-Eurosistema1 | 3 | - |
Dħul(telf) fuq l-assi tal-iskema | 189 | (228) |
Qligħ/(telf) fuq l-obbligu | (331) | 1,441 |
(Qligħ)/telf rikonoxxut fil-kont tal-profitt u t-telf | 8 | (45) |
Qligħ tal-għeluq bil-kalkoli mill-ġdid inkluż fil-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” | 238 | 369 |
1) Mal-adozzjoni tal-munita unika mill-Kroazja, il-Hrvatska narodna banka kkontribwixxa għall-bilanċi tal-kontijiet ta’ rivalutazzjoni kollha tal-BĊE fl-31 ta’ Diċembru 2022, li inkludew ukoll il-qligħ mill-kalkolu mill-ġdid pendenti f’dik id-data.
Kont tal-profitt u t-telf
L-ammonti rikonoxxuti fil-kont tal-profitt u t-telf kienu kif ġej:
2023 | 2022 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|
Persunal | Bordijiet | Total | Persunal | Bordijiet | Total | |
Spiża kurrenti tas-servizz | 101 | 2 | 103 | 164 | 4 | 168 |
Imgħax nett fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti | 12 | 1 | 13 | 19 | 1 | 19 |
Spiża tal-imgħax fuq l-obbligu | 77 | 1 | 79 | 42 | 1 | 42 |
Dħul mill-imgħax fuq l-assi tal-iskema | (66) | - | (66) | (23) | - | (23) |
(Qligħ)/telf bil-kejl il-ġdid fuq benefiċċji oħra fit-tul u benefiċċji tat-terminazzjoni | 8 | (0) | 8 | (44) | (0) | (45) |
Total inkluż fi “Spejjeż tal-persunal” | 121 | 3 | 124 | 138 | 5 | 142 |
Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.
L-ammonti rikonoxxuti fil-kont tal-qligħ u t-telf għall-kost tas-servizz kurrenti, il-kost tal-imgħax fuq l-obbligu u d-dħul mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan huma stmati bl-użu tar-rati li kienu applikabbli fis-sena preċedenti. Ir-rata ta’ skont użata għall-valwazzjoni attwarja żdiedet minn 1.3% fl-2021 għal 3.9% fl-2022, li rriżultat fl-2023 f’(i) kost aktar baxx tas-servizz kurrenti, (ii) kost ogħla tal-imgħax fuq l-obbligu, u (iii) dħul ogħla mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan.
Il-kalkoli mill-ġdid ta’ benefiċċji oħra fit-tul u ta’ terminazzjoni huma rikonoxxuti fil-kont tal-qligħ u t-telf tas-sena kurrenti, li jirriflettu r-rati applikabbli għall-valutazzjoni. Għalhekk, ir-rata ta’ skont aktar baxxa ta’ 3.4% użata għall-valwazzjoni attwarja fi tmiem l-2023 irriżultat f’telf ta’ kejl mill-ġdid rikonoxxut f’dik is-sena.
Konġetturi ewlenin
Fit-tħejjija tal-valutazzjonijiet imsemmijin f’din in-nota, l-attwarji indipendenti użaw konġetturi li ġew aċċettati mill-Bord Eżekuttiv għall-finijiet tal-kontabilità u l-pubblikazzjoni. Il-konġetturi ewlenin użati għal skopijiet ta' kalkolu tal-obbligu tal-benefiċċji ta' wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul kienu kif ġej:
2023 | 2022 | |
---|---|---|
Rata ta’ skont | 3.40 | 3.90 |
Redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan1 | 5.30 | 4.90 |
Żidiet ġenerali fis-salarji fil-ġejjieni2 | 2.00 | 2.00 |
Żidiet fil-pensjonijiet fil-ġejjieni3 | 1.70 | 1.70 |
1) Dawn il-konġetturi ntużaw fil-kalkolu tal-parti tal-obbligu tal-benefiċċji definiti tal-BĊE li hi finanzjata minn assi b’garanzija ta’ kapital ta’ bażi.
2) Barra dan, issir konċessjoni għal żidiet prospettivi fis-salarji individwali ta’ mhux aktar minn 1.8% fis-sena, skont l-età tal-parteċipanti fl-iskema.
3) Skont ir-regoli tal-iskema tal-pensjoni tal-BĊE, il-pensjonijiet għandhom jiżdiedu kull sena. Jekk l-aġġustamenti ġenerali fis-salarji tal-impjegati tal-BĊE jkunu inqas mill-inflazzjoni tal-prezzijiet, kull żieda fil-pensjonijiet għandha tkun konformi mal-aġġustamenti ġenerali fis-salarji. Jekk l-aġġustamenti ġenerali fis-salarji jaqbżu l-inflazzjoni tal-prezzijiet, dawn jiġu applikati biex tiġi kalkulata ż-żieda fil-pensjonijiet, sakemm il-pożizzjoni finanzjarja tal-iskemi tal-pensjoni tal-BĊE tkun tiflaħ għal żieda bħal din.
Nota 14 - Dispożizzjonijiet
Sal-31 ta’ Diċembru 2023 din il-partita kienet tinkludi dispożizzjonijiet amministrattivi li jammontaw għal EUR 67 miljun (2022: EUR 69 miljun). Fi tmiem l-2022, din il-partita kienet tinkludi wkoll provvediment għal riskji finanzjarji li jammonta għal EUR 6,566 miljun. Mal-adozzjoni tal-munita unika mill-Kroazja, il-Hrvatska narodna banka kkontribwixxa ammont ta’ EUR 53 miljun għal dan il-provvediment b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023[47], li żied id-daqs tiegħu għal EUR 6,620 miljun.
Id-daqs u l-ħtieġa kontinwa għal dan il-provvediment għal riskji finanzjarji jiġu rieżaminati kull sena, skont il-valutazzjoni tal-BĊE tal-iskopertura tiegħu għal dawn ir-riskji filwaqt li titqies firxa ta’ fatturi. Id-daqs tagħha, flimkien ma’ kull ammont miżmum fil-fond ġenerali tar-riżervi, m’għandux jaqbeż il-valur tal-kapital tal-BĊE mħallas mill-BĊNi taż-żona tal-euro. L-iskop ta’ dan il-provvediment huwa li jintuża sal-grad meqjus bħala meħtieġ mill-Kunsill Governattiv sabiex jiġi paċut telf li jseħħ bħala riżultat ta’ skoperturi għal riskji finanzjarji. Fi tmiem l-2023 dan il-provvediment ġie rilaxxat bis-sħiħ biex ikopri t-telf li rriżulta minn skoperturi għal riskji finanzjarji, u b’hekk it-telf tal-BĊE għas-sena tela’ għal EUR 1,266 miljun. It-telf irriżulta l-aktar miż-żieda fir-rata tal-imgħax użata mill-Eurosistema fis-sejħiet tagħha għall-offerti għal operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament li wasslet għal spiża sinifikanti tal-imgħax li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta tal-BĊE fir-rigward tat-TARGET (ara n-nota 23.4 “Dħul ieħor mill-imgħax; u spiża oħra tal-imgħax”).
B’riżultat tar-rilaxx sħiħ ta’ dan il-provvediment għar-riskji finanzjarji, id-daqs tagħha kien żero fl-31 ta’ Diċembru 2023. Il-Kunsill Governattiv, fil-kuntest tar-rieżami annwali tiegħu, jista’ jiddeċiedi li jirriforni dan il-provvediment, ladarba l-BĊE jerġa’ jibda jagħmel profitt.
Nota 15 - Kontijiet ta’ rivalutazzjoni
Din il-partita tikkonsisti l-aktar f’bilanċi ta’ rivalutazzjoni mill-qligħ mhux realizzat fuq assi, obbligazzjonijiet u strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ (ara “Rikonoxximent tad-dħul”, “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija”, “Titoli” u “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 "Politika tal-kontabilità). Il-partita tinkludi wkoll il-kalkoli l-ġodda tal-obbligu nett tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg (ara “Il-benefiċċji ta’ wara l-impjieg tal-BĊE, benefiċċji oħra fit-tul u benefiċċji tat-terminazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità” u n-nota 13.3 “Varji”).
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Deheb | 26,622 | 23,794 | 2,827 |
Muniti barranin | 9,842 | 12,305 | (2,462) |
Dollari Amerikani | 9,624 | 11,225 | (1,601) |
Yen Ġappuniżi | 206 | 977 | (771) |
Renminbi Ċiniżi | 9 | 47 | (38) |
SDR | 4 | 56 | (52) |
Oħrajn | 0 | - | 0 |
Titoli u strumenti oħra | 397 | 19 | 378 |
Obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg | 238 | 369 | (131) |
Total | 37,099 | 36,487 | 611 |
Il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni żdiedu fit-2023 l-aktar minħabba ż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro. Barra minn hekk, malli l-Kroazja adottat il-munita unika, il-Hrvatska narodna banka kkontribwixxiet EUR 296 miljun għal dawn il-bilanċi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Din iż-żieda kienet parzjalment paċuta minn tnaqqis fid-daqs tal-kontijiet ta’ rivalutazzjoni tal-muniti barranin, l-aktar minħabba d-deprezzament tad-dollaru Amerikan u l-yen Ġappuniż kontra l-euro.
Ir-rati tal-kambju barrani użati għar-rivalutazzjoni tal-aħħar tas-sena kienu skont kif ġej:
Rati tal-kambju | 2023 | 2022 |
---|---|---|
Dollari Amerikani għal kull euro | 1.1050 | 1.0666 |
Yen Ġappuniżi għal kull euro | 156.33 | 140.66 |
Renminbi Ċiniżi għal kull euro | 7.8509 | 7.3582 |
Euro għal kull SDR | 1.2157 | 1.2517 |
Euro għal kull uqija fina ta’ deheb | 1,867.828 | 1,706.075 |
Nota 16 - Kapital u riżervi
Nota 16.1 - Kapital
Il-kapital sottoskritt tal-BĊE hu ta’ EUR 10,825 miljun.
Il-Kroazja adottat il-munita unika fl-1 ta' Jannar 2023. Skont l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Hrvatska narodna banka ħallas ammont ta’ EUR 69 miljun fl-1 ta’ Jannar 2023,[48] li jirrappreżenta l-bqija tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tiegħu mal-BĊE. Minħabba dan, il-kapital totali imħallas tal-BĊE żdied minn EUR 8,880 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2022 għal EUR 8,948 miljun fl-1 ta’ Jannar 2023, kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Mill-1 ta’ Jannar 2023 | Fl-31 ta’ Diċembru 2022 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|
Skema tal-kapital % | Kapital sottoskritt EUR miljun | Kapital imħallas EUR miljun | Skema tal-kapital % | Kapital sottoskritt EUR miljun | Kapital imħallas EUR miljun | |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (il-Belġju) | 2.9630 | 321 | 321 | 2.9630 | 321 | 321 |
Deutsche Bundesbank (il-Ġermanja) | 21.4394 | 2,321 | 2,321 | 21.4394 | 2,321 | 2,321 |
Eesti Pank (l-Estonja) | 0.2291 | 25 | 25 | 0.2291 | 25 | 25 |
Central Bank of Ireland (l-Irlanda) | 1.3772 | 149 | 149 | 1.3772 | 149 | 149 |
Bank of Greece (il-Greċja) | 2.0117 | 218 | 218 | 2.0117 | 218 | 218 |
Banco de España (Spanja) | 9.6981 | 1,050 | 1,050 | 9.6981 | 1,050 | 1,050 |
Banque de France (Franza) | 16.6108 | 1,798 | 1,798 | 16.6108 | 1,798 | 1,798 |
Hrvatska narodna banka (il-Kroazja) | 0.6595 | 71 | 71 | - | - | - |
Banca d'Italia (l-Italja) | 13.8165 | 1,496 | 1,496 | 13.8165 | 1,496 | 1,496 |
Central Bank of Cyprus (Ċipru) | 0.1750 | 19 | 19 | 0.1750 | 19 | 19 |
Latvijas Banka (il-Latvja) | 0.3169 | 34 | 34 | 0.3169 | 34 | 34 |
Lietuvos bankas (il-Litwanja) | 0.4707 | 51 | 51 | 0.4707 | 51 | 51 |
Banque centrale du Luxembourg (il-Lussemburgu) | 0.2679 | 29 | 29 | 0.2679 | 29 | 29 |
Bank Ċentrali ta' Malta (Malta) | 0.0853 | 9 | 9 | 0.0853 | 9 | 9 |
De Nederlandsche Bank | 4.7662 | 516 | 516 | 4.7662 | 516 | 516 |
Oesterreichische Nationalbank (l-Awstrija) | 2.3804 | 258 | 258 | 2.3804 | 258 | 258 |
Banco de Portugal (il-Portugall) | 1.9035 | 206 | 206 | 1.9035 | 206 | 206 |
Banka Slovenije (is-Slovenja) | 0.3916 | 42 | 42 | 0.3916 | 42 | 42 |
Národná banka Slovenska (is-Slovakkja) | 0.9314 | 101 | 101 | 0.9314 | 101 | 101 |
Suomen Pankki – Finlands Bank (il-Finlandja) | 1.4939 | 162 | 162 | 1.4939 | 162 | 162 |
Subtotal għall-BĊN taż-żona tal-euro | 81.9881 | 8,875 | 8,875 | 81.3286 | 8,804 | 8,804 |
Българска народна банка | 0.9832 | 106 | 4 | 0.9832 | 106 | 4 |
Česká národní banka (ir-Repubblika Ċeka) | 1.8794 | 203 | 8 | 1.8794 | 203 | 8 |
Danmarks Nationalbank (id-Danimarka) | 1.7591 | 190 | 7 | 1.7591 | 190 | 7 |
Hrvatska narodna banka (il-Kroazja) | - | - | - | 0.6595 | 71 | 3 |
Magyar Nemzeti Bank (l-Ungerija) | 1.5488 | 168 | 6 | 1.5488 | 168 | 6 |
Narodowy Bank Polski (il-Polonja) | 6.0335 | 653 | 24 | 6.0335 | 653 | 24 |
Banca Naţională a României (ir-Rumanija) | 2.8289 | 306 | 11 | 2.8289 | 306 | 11 |
Sveriges Riksbank (l-Iżvezja) | 2.9790 | 322 | 12 | 2.9790 | 322 | 12 |
Subtotal għall-BĊN barra ż-żona tal-euro | 18.0119 | 1,950 | 73 | 18.6714 | 2,021 | 76 |
Total | 100.0000 | 10,825 | 8,948 | 100.0000 | 10,825 | 8,880 |
Il-BĊNi taż-żona tal-euro ħallsu b’mod sħiħ is-sehem tagħhom fil-kapital sottoskritt.
Il-BĊNi barra ż-żona tal-euro huma mitlubin iħallsu 3.75% tal-kapital sottoskritt tagħhom bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operazzjonali tal-BĊE. Il-BĊNi barra ż-żona tal-euro mhuma intitolati jirċievu ebda sehem mill-qligħ tal-BĊE li jista’ jitqassam, u lanqas mhuma responsabbli biex ikopru kwalunkwe telf li jġarrab il-BĊE.
2.5 Strumenti barra l-karta tal-bilanċ
Nota 17 - Programmi ta’ self ta’ titoli
Bħala parti mill-ġestjoni tal-fondi proprji tal-BĊE, il-BĊE għandu ftehim dwar programm ta’ self ta’ titoli li bih istituzzjoni speċjalizzata tagħmel tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli f’isem il-BĊE.
Barra dan, skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv, il-BĊE għamel disponibbli għas-self titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja.[49]
Jekk dawn l-operazzjonijiet ta' self ta' titoli ma jsirux kontra kollateral fi flus kontanti li jibqa' mhux investit fl-aħħar tas-sena, jiġu reġistrati fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ.[50] Operazzjonijiet bħal dawn ta’ self ta’ titoli, b’valur ta’ EUR 32,791 miljun (2022: EUR 11,569 miljun) kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2023. Minn dan l-ammont, EUR 26,577 miljun (2022: EUR 6,637 miljun) kien relatat mas-self ta’ titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja.
Nota 18 - Futures tar-rati tal-imgħax
It-tranżazzjonijiet li ġejjin, ippreżentati bir-rati tal-kambju tal-aħħar tas-sena, kienu pendenti:
Futures ar-rata tal-imgħax f’munita barranija | 2023 | 2022 | Bidla |
---|---|---|---|
Xiri | 2,207 | 692 | 1,515 |
Bejgħ | 4,142 | 1,401 | 2,741 |
Dawn it-tranżazzjonijiet saru fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE.
Nota 19 – Tranżazzjonijiet forward f’titoli
It-tranżazzjonijiet li ġejjin, ippreżentati bir-rati tal-kambju tal-aħħar tas-sena, kienu pendenti:
Tranżazzjonijiet forward f’titoli | 2023 | 2022 | Bidla |
---|---|---|---|
Xiri | 45 | - | 45 |
Bejgħ | 45 | - | 45 |
Dawn it-tranżazzjonijiet saru fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE.
Nota 20 – Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani
Ġestjoni ta’ riżervi barranin
Saru tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE. Il-klejms u l-obbligazzjonijiet pendenti li jirriżultaw minn dawn it-tranżazzjonijiet, ippreżentati bir-rati tal-kambju barrani tal-aħħar tas-sena, kienu kif ġej:
Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani | 2023 | 2022 | Bidla |
---|---|---|---|
Klejms | 2,778 | 3,269 | (491) |
Obbligazzjonijiet | 2,901 | 3,541 | (639) |
Arranġamenti swap li jipprovdu likwidità
Il-BĊE hu parti minn network ta’ swap-line ta’ banek ċentrali u għandu fis-seħħ arranġamenti reċiproċi ta’ swap mal-Bank of Canada, il-Bank of England, il-Bank tal-Ġappun, il-Federal Reserve System u l-Bank Nazzjonali Żvizzeru. Għandha wkoll linja ta’ swap reċiproka mal-Bank Popolari taċ-Ċina. Dawn l-arranġamenti swap jippermettu l-provvista ta’ (i) likwidità fi kwalunkwe waħda mill-muniti rispettivi tal-banek ċentrali msemmija hawn fuq lill-banek taż-żona tal-euro jew (ii) likwidità f’euro lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjonijiet tal-banek ċentrali msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, hemm fis-seħħ ukoll ftehimiet swap ma’ Danmarks Nationalbank, Narodowy Bank Polski u Sveriges Riksbank għall-provvista ta’ likwidità f’euro lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġuriżdizzjonijiet tagħhom. L-arranġamenti msemmija hawn fuq għandhom l-għan li jindirizzaw il-ħtiġijiet possibbli ta’ likwidità biex jilqgħu għal xkiel potenzjali fis-suq u b’hekk jimminimizzaw ir-riskju ta’ effetti konsegwenzjali negattivi għas-swieq finanzjarji u l-ekonomiji taż-żona tal-euro.[51]
Klejms u obbligazzjonijiet f’dollari Amerikani b’data ta’ maturità fl-2024 saru fir-rigward tal-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani lil kontropartijiet tal-Eurosistema (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”).
Nota 21 - Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ self u għoti ta’ self
Fl-2023 il-BĊE kompla jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-kontijiet u l-ipproċessar tal-pagamenti relatati mal-operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE taħt il-faċilità ta’ assistenza finanzjarja fuq terminu medju, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja u l-ftehim dwar il-faċilità ta’ self għall-Greċja.
B’risposta għall-pandemija COVID-19, l-UE tat self lill-Istati Membri taħt l-istrument tagħha għall-Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji tal-Qgħad f'Emerġenza (SURE). Id-disponibbiltà ta’ dan l-istrument intemmet fl-31 ta’ Diċembru 2022, iżda l-ħruġ rilevanti kien jikkonsisti f’bonds li jvarjaw minn maturità ta’ 5 snin sa 30 sena. Fl-2023 l-UE kompliet ukoll tipprovdi finanzjament fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u appoġġ ta’ self lill-Istati Membri fil-programm Next Generation EU (NGEU), li ġie stabbilit biex jappoġġa l-irkupru ekonomiku fl-UE, filwaqt li jiffaċilita t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekonomija tal-Unjoni. Fl-2023, l-UE pprovdiet ukoll appoġġ lill-Ukrajna fil-forma ta’ self permezz ta’ strument ġdid ta’ assistenza makrofinanzjarja (MFA +). Il-BĊE appoġġa lill-Kummissjoni Ewropea fl-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet relatati maż-żewġ strumenti msemmija hawn fuq.
Fl-2023 il-BĊE pproċessa pagamenti relatati mal-operazzjonijiet kollha msemmija hawn fuq.
Nota 22- Obbligazzjonijiet kontinġenti minn kawżi pendenti
Tressqu kawżi kontra l-BĊE dwar it-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tiegħu fir-rigward ta’ Banca Carige S.p.A. (Banca Carige). F’waħda minn dawn il-kawżi, l-azzjonisti ta’ Banca Carige qed ifittxu kumpens finanzjarju mill-BĊE għad-dannu allegatament imġarrab b’riżultat ta’ diversi azzjonijiet mill-BĊE fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tiegħu fir-rigward ta’ Banca Carige, li jikkonsisti kemm f’allegati nuqqasijiet ta’ azzjoni kif ukoll azzjonijiet dannużi. Din il-kawża se tiġi deċiża waqt li jitqies, fost fatturi oħra, l-eżitu finali ta’ kawżi relatati oħra. F’waħda minnhom, il-Qorti Ġenerali tal-UE qieset, fis-sentenza tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2022, li d-deċiżjoni tal-BĊE li jqiegħed lil Banca Carige taħt amministrazzjoni temporanja ma kellhiex bażi legali xierqa skont il-liġi Taljana. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-BĊE li jqiegħed lil Banca Carige taħt amministrazzjoni temporanja kif ukoll l-ewwel estensjoni tat-tul tal-amministrazzjoni temporanja fl-2019. Madankollu, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali ġiet appellata mill-BĊE quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, li għad tista’ tirrevoka din is-sentenza. Barra minn hekk, żewġ deċiżjonijiet oħra tal-BĊE li jestendu l-amministrazzjoni temporanja bħalissa qed jiġu kkontestati f’rikors għal annullament, li għadu pendenti.
2.6 Noti dwar il-kont tal-profitt u t-telf
Nota 23 - Dħul nett mill-imgħax
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Dħul nett mill-imgħax fuq assi f'riżervi barranin | 2,382 | 798 | 1,583 |
Dħul mill-imgħax fuq l-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 4,817 | 736 | 4,081 |
Remunerazzjoni ta’ klejms tal-BĊNi fir-rigward tar-riżervi barranin trasferiti | (1,335) | (201) | (1,133) |
Spiża netta oħra tal-imgħax | (13,057) | (433) | (12,624) |
Dħul nett mill-imgħax | (7,193) | 900 | (8,093) |
Nota 23.1 - Dħul mill-imgħax fuq assi f’riżervi barranin
Din il-partita tinkludi d-dħul mill-imgħax, bl-ispiża tal-imgħax imnaqqsa, fir-rigward tal-assi netti f’riżervi barranin tal-BĊE.
Id-dħul/l-ispiża nett(a) mill-imgħax għal kull tip ta’ strument jidhru hawn taħt:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Kontijiet kurrenti | 82 | 22 | 60 |
Depożiti fis-suq monetarju | 129 | 51 | 78 |
Ftehimiet ta’ riakkwist | - | (0) | 0 |
Ftehimiet ta’ riakkwist riversjati | 271 | 148 | 122 |
Titoli | 1,745 | 513 | 1,232 |
Tranżazzjonijiet forward u swap f’muniti barranin | 155 | 64 | 91 |
Dħul nett mill-imgħax fuq assi f'riżervi barranin | 2,382 | 798 | 1,583 |
Id-dħul/l-ispiża netti mill-imgħax għal kull munita barranija kien kif ġej:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Dollari Amerikani | 2,298 | 771 | 1,527 |
Yen Ġappuniżi | (2) | (4) | 2 |
Renminbi Ċiniżi | 13 | 14 | (0) |
SDR | 73 | 18 | 54 |
Dħul nett mill-imgħax fuq assi f'riżervi barranin | 2,382 | 798 | 1,583 |
Nota 23.2 - Dħul mill-imgħax fuq l-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema
Din il-partita tikkonsisti fid-dħul mill-imgħax relatat mas-sehem ta’ 8% tal-BĊE mill-ħruġ totali ta’ karti tal-flus tal-euro (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità” u n-nota 5.1 “Klejms relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema”). Id-dħul mill-imgħax fl-2023 ammonta għal EUR 4,817 miljun (2022: €736 miljun). Iż-żieda f’dan id-dħul irriżultat mir-rata medja ogħla fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fl-2023 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (3.8% fl-2023, meta mqabbla ma’ 0.6% fl-2022).
Nota 23.3 - Remunerazzjoni ta’ klejms ta’ BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin trasferiti
Ir-remunerazzjoni mħallsa lill-BĊN taż-żona tal-euro fuq il-klejms tagħhom fir-rigward tal-assi f’rizervi barranin trasferiti lill-BĊE (ara n-nota 12.1 “Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”) tidher taħt din l-intestatura. L-ispiża tal-imgħax fl-2023 ammontat għal EUR 1,335 miljun (2022: €201 miljun). Iż-żieda f’din ir-remunerazzjoni kienet dovuta għar-rata medja ogħla fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fl-2023 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (3.8% fl-2023, meta mqabbla ma’ 0.6% fl-2022).
Nota 23.4 - Dħul ieħor mill-imgħax; u spiża oħra tal-imgħax
Dħul ieħor mill-imgħax u spiża oħra tal-imgħax kienu kif ġej:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Spiża netta mill-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti lil/mill-BĊNi | (14,236) | (2,075) | (12,161) |
Dħul/(spiża) netti mill-imgħax fuq titoli tal-politika monetarja | 3,467 | 1,534 | 1,933 |
CBPP1 u CBPP2 | - | 2 | (2) |
SMP1 | 49 | 65 | (16) |
CBPP3 | 179 | 120 | 59 |
ABSPP | 642 | 140 | 502 |
PSPP | 1,997 | 1,310 | 686 |
PEPP | 600 | (103) | 703 |
Dħul/(spiża) nett(a) mill-imgħax fuq titoli tal-politika monetarja2 | (308) | 80 | (388) |
Dħul nett mill-imgħax fuq fondi proprji | 627 | 57 | 571 |
Spiża netta tal-imgħax fuq depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali | (1,953) | (150) | (1,803) |
Dħul/(spiża) netta mill-imgħax fuq assi/obbligazzjonijiet oħrajn | (655) | 121 | (776) |
Spiża netta oħra tal-imgħax | (13,057) | (433) | (12,624) |
1) Id-dħul nett tal-BĊE mill-imgħax fuq l-investimenti SMP f’bonds tal-gvern Grieg ammonta għal €31 miljun (2022: €43 miljun).
2) Dħul/(spiża) nett(a) mill-imgħax fuq is-self ta’ titoli tal-politika monetarja jinkludi wkoll id-dħul/(spiża) mill-imgħax fuq flus kontanti riċevuti bħala kollateral.
Nota 24 - Qligħ/telf realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji
Il-qligħ u t-telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji kienu kif ġej:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Telf nett realizzat mill-prezzijiet | (117) | (351) | 234 |
Qligħ nett realizzat mir-rata tal-kambju u l-prezz tad-deheb | 11 | 241 | (230) |
Telf nett realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji | (106) | (110) | 4 |
It-telf nett realizzat mill-prezzijiet jinkludi qligħ u telf realizzat fuq titoli u futures tar-rata tal-imgħax. It-telf nett realizzat fil-prezzijiet fl-2023 irriżulta prinċipalment mit-trattament kontabilistiku tal-primjum u l-amortizzazzjoni tal-iskont relatati mal-ħlasijiet lura ta’ titoli miżmuma fl-ABSPP.[52]
Qligħ u telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji għal kull munita u għal kull trimestru jidhru hawn taħt:
Nota 25 - Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji
It-tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji jidher hawn taħt:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Telf mhux realizzat mill-prezz tat-titoli | (38) | (1,840) | 1,802 |
Telf mhux realizzat mir-rata tal-kambju | - | (0) | 0 |
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji | (38) | (1,840) | 1,802 |
Il-valur tas-suq ta’ numru ta’ titoli miżmuma f’portafolli ta’ dollaru Amerikan u ta’ fondi proprji naqas, flimkien ma’ żieda fir-rendimenti korrispondenti fl-2023. Dan wassal għal telf mhux realizzat tal-prezz tat-titoli fl-aħħar tas-sena. Fl-2022, dan it-telf kien sostanzjalment ogħla, peress li r-redditi korrispondenti kienu żdiedu b’mod sinifikanti, u dan irriżulta fi tnaqqis kbir fil-valur tas-suq tal-maġġoranza tat-titoli miżmuma f’dan il-portafolli fi tmiem dik is-sena.
Nota 26 - Dħul nett/spiża netta minn tariffi u kummissjonijiet
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Dħul minn tariffi u kummissjonijiet | 672 | 606 | 66 |
Spejjeż relatati ma’ tariffi u kummissjonijiet | (22) | (21) | (1) |
Dħul nett minn tariffi u kummissjonijiet | 650 | 585 | 65 |
Id-dħul taħt din l-intestatura kien jikkonsisti primarjament f’tariffi superviżorji. L-ispejjeż jikkonsistu b’mod predominanti minn tariffi ta’ kustodja.
Id-dħul u l-ispejjeż relatati mal-kompiti superviżorji
Dħul relatat mas-superviżjoni bankarja prinċipalment jinkludi dħul mit-tariffi superviżorji. Il-BĊE jimponi tariffi annwali fuq entitajiet taħt superviżjoni biex jirkupra l-ispiża mġarrba fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu. Abbażi tal-ispejjeż annwali attwali tal-BĊE mġarrba fit-twettiq tal-kompiti ta’ superviżjoni bankarji tiegħu, id-dħul mit-tariffi superviżorji għall-2023 kien ta’ €654 miljun (2022: €594 miljun).
Biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ tariffi superviżorji li għandhom jiġu imposti, l-ispiża annwali attwali tiġi aġġustata għall-ammonti rimborżati lil/riċevuti mingħand banek individwali għal perjodi tariffarji preċedenti u aġġustamenti oħra, inkluż l-imgħax riċevut fuq ħlasijiet tard.[53] Meta jitqies aġġustament li jikkorrispondi għall-imgħax riċevut fuq ħlasijiet tard kif ukoll rimborżi netti lil banek individwali għal perjodi tariffarji preċedenti, it-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni għall-perjodu tariffarju 2023 jikkorrispondu għal ammont kważi ugwali tal-ispejjeż annwali attwali ta’ €654 miljun[54] (ara n-nota 6.4 “Dovuti u spejjeż imħallsa bil-quddiem”). It-tariffi superviżorji individwali se jiġu ffaturati fit-tieni trimestru tal-2024.[55]
Il-BĊE hu intitolat ukoll li jimponi penali amministrattivi fuq entitajiet taħt superviżjoni għal nuqqas ta' konformità mal-liġi bankarja tal-UE dwar rekwiżiti prudenzjali (inklużi d-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE). Id-dħul relatat ma jitqiesx fil-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali, u lanqas ir-rimborżi ta’ tali penali jekk jiġu emendati jew annullati d-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni preċedenti. Minflok, l-ammonti relatati jiġu rreġistrati fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE. Fl-2023 id-dħul li jirriżulta minn penali fuq entitjiet taħt superviżjoni ammonta għal €18-il miljun (2022: €12-il miljun).
B'hekk, id-dħul tal-BĊE għal kompiti superviżorji kien kif ġej:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Dħul mit-tariffi superviżorji | 654 | 594 | 60 |
Dħul tariffarju mingħand entitajiet jew gruppi sinifikanti | 626 | 567 | 59 |
Dħul tariffarju mingħand entitajiet inqas sinifikanti jew gruppi inqas sinifikanti | 27 | 27 | 0 |
Penali amministrattivi imposti | 18 | 12 | 6 |
Dħul relatat mal-kompiti tas-superviżjoni bankarja | 671 | 606 | 65 |
L-ispejjeż relatati mas-superviżjoni bankarja jirriżultaw mis-superviżjoni diretta ta’ entitajiet sinifikanti, is-sorveljanza tas-superviżjoni ta’ entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta’ kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Dawn jikkonsistu fl-ispejjeż diretti tal-funzjoni superviżorja tal-BĊE u l-ispejjeż rilevanti li jirriżultaw minn oqsma ta’ appoġġ meħtieġa biex jiġu sodisfati r-responsabbiltajiet superviżorji tal-BĊE, li jirriflettu s-servizzi tagħhom fir-rigward ta’ bini u faċilitajiet; riżorsi umani; teknoloġija tal-informatika (IT); legali, awditu u amministrazzjoni; komunikazzjoni u traduzzjoni; kif ukoll attivitajiet oħra.
L-ispejjeż attwali relatati mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, li jiġu rkuprati permezz tat-tariffi superviżorji annwali għall-2023, ammontaw għal €654 miljun (2022: EUR 594 miljun). Iż-żieda ġenerali kienet xprunata minn kostijiet ogħla tal-persunal fl-2023. Fis-sena preċedenti, l-ispejjeż tal-persunal tnaqqsu mill-qligħ attwarjali kkunsidrat b’rabta ma’ benefiċċji oħra fit-tul minħabba r-rata ta’ skont ogħla b’mod sinifikanti użata għall-valwazzjoni attwarja fi tmiem l-2022[56]. Fl-2023, l-għadd medju ogħla ta’ persunal li jaħdem għas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE kif ukoll l-aġġustamenti fis-salarji kkontribwew ukoll għaż-żieda fl-ispejjeż tal-persunal. Minbarra l-kostijiet ogħla tal-persunal, ir-ritorn għal-livelli sħaħ ta’ attività fis-superviżjoni bankarja wara l-pandemija kkontribwixxa wkoll għaż-żieda ġenerali fl-ispejjeż relatati mal-kompiti superviżorji.
Nota 27 - Dħul minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti
Id-dividend ta’ EUR 1 miljun fl-2023 (2022: L-ammont ta’ EUR 1 miljun li daħal mill-ishma li l-BĊE għandu fil-BIS (ara n-nota 6.2 “Assi finanzjarji oħra”) jidher taħt din l-intestatura.
Nota 28 - Dħul ieħor
Dħul mixxellanju ieħor fl-2023 kien ta’ EUR 72 miljun (2022: EUR 61 miljun) u ġew prinċipalment minn kontribuzzjonijiet tal-BĊNi parteċipanti għall-ispejjeż imġarrba mill-BĊE b’rabta mal-proġetti u s-servizzi tas-SEBĊ li huma operattivi.
Nota 29 - Spejjeż tal-persunal
L-ispejjeż tal-persunal kienu kif ġej:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Salarji u benefiċċji1 | 528 | 487 | 41 |
Assigurazzjoni tal-persunal | 25 | 23 | 2 |
Beneficcji ta’ wara l-impjieg, beneficcji oħra fit-tul u benefiċċji tat-terminazzjoni | 124 | 142 | (19) |
Spejjeż tal-persunal | 676 | 652 | 25 |
1) Is-salarji u l-benefiċċji huma bbażati, essenzjalment, u paragunabbli ma’, l-iskema ta’ remunerazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
L-għadd medju ta’ impjegati, espress bħala ekwivalenti full-time (FTEs)[57], ammonta għal 4,222 (2022: 4,136), li minnhom 380 kienu persunal maniġerjali (2022: 373).
Is-salarji u l-benefiċċji żdiedu minħabba l-medja ogħla ta’ persunal impjegat mill-BĊE, b’mod predominanti fis-superviżjoni bankarja, kif ukoll l-aġġustamenti fis-salarji. Din iż-żieda ġiet paċuta parzjalment minn kostijiet aktar baxxi fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, li jirriżultaw prinċipalment minn rata ta’ skont ogħla użata fil-valwazzjoni attwarja biex jiġi derivat il-kost tas-servizz attwali għall-2023[58] (ara n-nota 13.3 “Diversi”).
Remunerazzjoni għall-Bordijiet Eżekuttiv u Superviżorju
Il-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE jirċievu salarju bażiku u benefiċċji għar-residenza. Fil-każ tal-President, minflok il-benefiċċju għar-residenza tiġi pprovduta residenza. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-President tal-Bord Superviżorju jirċievu wkoll benefiċċju ta' rappreżentanza. Bla ħsara għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-membri taż-żewġ bordijiet huma intitolati għal benefiċċji tal-familja, tat-tfal u tal-edukazzjoni u oħrajn, skont iċ-ċirkostanzi individwali tagħhom. Is-salarji huma soġġetti għat-taxxa li tmur għall-benefiċċju tal-UE kif ukoll għal tnaqqis fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjoni, tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti. Il-benefiċċji la huma taxxabbli u lanqas pensjonabbli.
Fl-2023 is-salarji bażiċi tal-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE (i.e. minbarra r-rappreżentanti tas-superviżuri nazzjonali) kienu dawn:[59]
2023 | 2022 | |
---|---|---|
Christine Lagarde | 444,984 | 427,560 |
Luis de Guindos Jurado (Viċi President) | 381,444 | 366,504 |
Philip R. Lane (Membru tal-Board) | 317,856 | 305,400 |
Fabio Panetta (Membru tal-Bord sal-31 ta’ Ottubru 2023) | 264,880 | 305,400 |
Isabel Schnabel (Membru tal-Board) | 317,856 | 305,400 |
Frank Elderson (Membru tal-Bord) | 317,856 | 305,400 |
Piero Cipollone (Membru tal-Bord mill-1 ta’ Novembru 2023) | 52,976 | - |
Total Bord Eżekuttiv | 2,097,852 | 2,015,664 |
Total Bord Superviżorju (membri impjegati mill-BĊE)1 | 1,374,853 | 1,225,887 |
li minnhom: | ||
Andrea Enria (President tal-Bord Superviżorju) | 317,856 | 305,400 |
Total | 3,472,705 | 3,241,551 |
1) Iċ-ċifra totali tinkludi r-remunerazzjoni tal-President tal-Bord Superviżorju u ta’ erba’ rappreżentanti tal-BĊE. Frank Elderson ma jirċievi ebda remunerazzjoni addizzjonali fir-rwol tiegħu ta’ Viċi President tal-Bord Superviżorju. It-totali għall-2022 ġew affettwati minn perjodu ta’ żmien bejn it-tmiem u l-bidu, rispettivament, tal-mandati ta’ Pentti Hakkarainen u s-suċċessura tiegħu Anneli Tuominen, filwaqt li fl-2023 il-membri kollha tal-BĊE tal-Bord Superviżorju kienu fil-kariga matul is-sena.
Il-benefiċċji totali li tħallsu lill-membri taż-żewġ bordijiet u l-kontribuzzjonijiet tal-BĊE għall-iskemi tal-assigurazzjoni medika, il-kura fit-tul u kontra l-inċidenti mħallsa f’isimhom ammontaw għal €1,169,703 (2022: €1,110,618).
Jistgħu jsiru pagamenti tranżitorji lil dawk li kienu membri taż-żewġ bordijiet għal perjodu limitat wara tmiem il-mandat tagħhom. Fl-2023 dawn il-pagamenti, il-benefiċċji relatati u l-kontribuzzjonijiet tal-BĊE għall-iskemi tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u kontra l-inċidenti għal dawk li kienu membri taż-żewġ bordijiet ammontaw għal €365,864 (2022: €742,892). It-tnaqqis f’dawn il-pagamenti kien prinċipalment dovut għal inqas membri tal-bord preċedenti li rċevewhom fl-2023 meta mqabbla mal-2022.
Pagamenti relatati mal-pensjoni, inklużi benefiċċji ta' wara l-impjieg, u kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u kontra l-inċidenti għal dawk li kienu membri tal-bord u d-dipendenti tagħhom, ammontaw għal €2,670,313 (2022: €1,095,737)[60]. Fl-2023 dan l-ammont kien jinkludi ħlas ta’ somma f'daqqa mal-irtirar lil membru preċedenti tal-bord minflok ħlasijiet futuri tal-pensjoni.
Nota 30 - Spejjeż amministrattivi
L-ispejjeż amministrattivi kienu kif ġej:
2023 | 2022 | Bidla | |
---|---|---|---|
Kera, manutenzjoni tal-proprjetà u utilitajiet | 52 | 54 | (2) |
Spejjeż relatati mal-persunal | 67 | 60 | 7 |
Spejjeż relatati mal-IT | 137 | 138 | (2) |
Servizzi esterni | 161 | 151 | 10 |
Spejjeż oħra | 64 | 57 | 7 |
Spejjeż amministrattivi | 481 | 460 | 20 |
Iż-żieda ġenerali fl-ispejjeż amministrattivi fl-2023 kienet prinċipalment dovuta għal (i) spejjeż ogħla għal appoġġ ta’ konsulenza esterna fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ manutenzjoni tal-IT u proġetti tal-Eurosistema (“Servizzi esterni”), (ii) ir-ritorn għal-livelli sħaħ ta’ attività wara l-pandemija, b’mod partikolari fis-superviżjoni bankarja, u (iii) l-impatt tal-inflazzjoni. L-aħħar żewġ fatturi affettwaw diversi spejjeż irreġistrati taħt din il-partita.
Nota 31 - Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus
Fl-2023 din l-ispiża ammontat għal EUR 9 miljun (2022: EUR 9 miljun). Din l-ispiża rriżultat l-aktar mit-trasport transkonfinali ta’ karti tal-flus tal-euro bejn l-istamperiji tal-karti tal-flus u l-BĊNi, għall-kunsinna ta’ karti tal-flus ġodda, u bejn il-BĊNi, biex jagħmlu tajjeb għal nuqqasijiet ta’ provvista b’ħażniet żejda. Dawn l-ispejjeż jiġġarrbu ċentralment mill-BĊE.
2.7 Avvenimenti wara l-karta tal-bilanċ
Nota 32 - Aġġustament ta’ kull ħames snin tal-iskema tal-kapital tal-BĊE
Skont l-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-ponderazzjonijiet assenjati lill-BĊNi fl-iskema fl-iskema ta’ sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE jiġu aġġustati kull ħames snin.[61] Il-ħames aġġustament ta’ dan it-tip minn meta twaqqaf il-BĊE sar fl-1 ta’ Jannar 2024, kif ġej:
Skema tal-kapital | Skema tal-kapital | |
---|---|---|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (il-Belġju) | 3.0005 | 2.9630 |
Deutsche Bundesbank (il-Ġermanja) | 21.7749 | 21.4394 |
Eesti Pank (l-Estonja) | 0.2437 | 0.2291 |
Central Bank of Ireland (l-Irlanda) | 1.7811 | 1.3772 |
Bank of Greece (il-Greċja) | 1.8474 | 2.0117 |
Banco de España (Spanja) | 9.6690 | 9.6981 |
Banque de France (Franza) | 16.3575 | 16.6108 |
Hrvatska narodna banka (il-Kroazja) | 0.6329 | 0.6595 |
Banca d'Italia (l-Italja) | 13.0993 | 13.8165 |
Central Bank of Cyprus (Ċipru) | 0.1802 | 0.1750 |
Latvijas Banka (il-Latvja) | 0.3169 | 0.3169 |
Lietuvos bankas (il-Litwanja) | 0.4826 | 0.4707 |
Banque centrale du Luxembourg (il-Lussemburgu) | 0.2976 | 0.2679 |
Bank Ċentrali ta' Malta (Malta) | 0.1053 | 0.0853 |
De Nederlandsche Bank (in-Netherlands) | 4.8306 | 4.7662 |
Oesterreichische Nationalbank (l-Awstrija) | 2.4175 | 2.3804 |
Banco de Portugal (il-Portugall) | 1.9014 | 1.9035 |
Banka Slovenije (is-Slovenja) | 0.4041 | 0.3916 |
Národná banka Slovenska (is-Slovakkja) | 0.9403 | 0.9314 |
Suomen Pankki – Finlands Bank (il-Finlandja) | 1.4853 | 1.4939 |
Subtotal għall-BĊNi taż-żona tal-euro | 81.7681 | 81.9881 |
Българска народна банка | 0.9783 | 0.9832 |
Česká národní banka (ir-Repubblika Ċeka) | 1.9623 | 1.8794 |
Danmarks Nationalbank (id-Danimarka) | 1.7797 | 1.7591 |
Magyar Nemzeti Bank (l-Ungerija) | 1.5819 | 1.5488 |
Narodowy Bank Polski (il-Polonja) | 6.0968 | 6.0335 |
Banca Naţională a României (ir-Rumanija) | 2.8888 | 2.8289 |
Sveriges Riksbank (l-Iżvezja) | 2.9441 | 2.9790 |
Subtotal għall-BĊN barra ż-żona tal-euro | 18.2319 | 18.0119 |
Total | 100.0000 | 100.0000 |
Impatt fuq il-kapital imħallas tal-BĊE
Minħabba t-tnaqqis ġenerali ta’ 0.2200 punt perċentwali fil-ponderazzjoni tal-BĊNi taż-żona tal-euro (b'sottoskrizzjonijiet imħallsa kompletament) fil-kapital sottoskritt tal-BĊE ta’ EUR 10,825 miljun, u ż-żieda ekwivalenti f'dak tal-BĊNi mhux taż-żona tal-euro (li jħallsu biss 3.75% tas-sottoskrizzjonijiet tagħhom), il-kapital imħallas tal-BĊE naqas bi EUR 23 miljun fl-1 ta’ Jannar 2024.
Impatt fuq il-klejms tal-BĊN ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE
Skont l-Artikolu 30.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-kontribuzzjonijiet tal-BĊNi għat-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin lill-BĊE huma ffissati fi proporzjon mas-sehem tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE. Minħabba t-tnaqqis fil-piż tal-BĊNi taż-żona tal-euro (li ttrasferew assi ta’ riżervi barranin lill-BĊE) fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, il-klejm ekwivalenti għal dan it-trasferiment ġiet aġġustata wkoll kif xieraq. Dan irriżulta fi tnaqqis ta’ EUR 109 miljun fl-1 ta' Jannar 2024, li tħallas lura lill-BĊNi taż-żona tal-euro.
2.8 Rapporti finanzjarji 2019–23
2.8.1 Karta tal-bilanċ
ASSI | 2019 | 2020 | 2021 | 2022 | 2023 |
---|---|---|---|---|---|
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 21,976 | 25,056 | 26,121 | 27,689 | 30,419 |
Klejms kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 51,188 | 45,971 | 51,433 | 55,603 | 55,876 |
Ammonti riċevibbli mill-FMI | 710 | 680 | 1,234 | 1,759 | 2,083 |
Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn | 50,478 | 45,291 | 50,199 | 53,844 | 53,793 |
Klejms kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 2,637 | 4,788 | 2,776 | 1,159 | 1,450 |
Klejms kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | - | 1,830 | 3,070 | - | - |
Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | - | 1,830 | 3,070 | - | - |
Klejms oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 109 | 81 | 38 | 12 | 17 |
Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 250,377 | 349,008 | 445,384 | 457,271 | 425,349 |
Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja | 250,377 | 349,008 | 445,384 | 457,271 | 425,349 |
Klejms intra-Eurosistema | 103,420 | 114,761 | 123,551 | 125,763 | 125,378 |
Klejms relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 103,420 | 114,761 | 123,551 | 125,763 | 125,378 |
Assi oħra | 27,375 | 27,797 | 27,765 | 31,355 | 34,739 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli | 1,330 | 1,262 | 1,189 | 1,105 | 1,023 |
Assi finanzjarji oħra | 20,633 | 20,785 | 21,152 | 21,213 | 22,172 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 619 | 388 | 620 | 783 | 552 |
Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem | 2,572 | 3,390 | 4,055 | 7,815 | 10,905 |
Varji | 2,221 | 1,970 | 749 | 438 | 88 |
Telf ghas-sena | - | - | - | - | 1,266 |
Assi totali | 457,082 | 569,292 | 680,140 | 698,853 | 674,496 |
OBBLIGAZZJONIJIET | 2019 | 2020 | 2021 | 2022 | 2023 |
---|---|---|---|---|---|
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 103,420 | 114,761 | 123,551 | 125,763 | 125,378 |
Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,325 | 2,559 | 9,473 | 17,734 | 4,699 |
Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 20,466 | 13,700 | 7,604 | 63,863 | 20,622 |
Gvern ġenerali | 18,198 | 10,012 | 3,200 | 48,520 | 143 |
Obbligazzjonijiet oħra | 2,268 | 3,688 | 4,404 | 15,343 | 20,479 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 7,245 | 11,567 | 112,492 | 78,108 | 23,111 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | - | - | - | - | 24 |
Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħrajn | - | - | - | - | 24 |
Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema | 274,632 | 378,432 | 375,136 | 355,474 | 445,048 |
Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin | 40,344 | 40,344 | 40,344 | 40,344 | 40,671 |
Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti) | 234,288 | 338,088 | 334,792 | 315,130 | 404,377 |
Obbligazzjonijiet oħra | 2,962 | 3,095 | 2,877 | 5,908 | 9,498 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 709 | 636 | 568 | 430 | 68 |
Dovuti u dħul miġbura bil-quddiem | 66 | 40 | 32 | 3,915 | 8,030 |
Varji | 2,188 | 2,419 | 2,277 | 1,562 | 1,401 |
Provvedimenti | 7,586 | 7,641 | 8,268 | 6,636 | 67 |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 29,420 | 28,235 | 32,277 | 36,487 | 37,099 |
Kapital u riżervi | 7,659 | 7,659 | 8,270 | 8,880 | 8,948 |
Kapital | 7,659 | 7,659 | 8,270 | 8,880 | 8,948 |
Profitt għas-sena | 2,366 | 1,643 | 192 | - | - |
Obbligazzjonijiet totali | 457,082 | 569,292 | 680,140 | 698,853 | 674,496 |
Nota: Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, l-ammonti murija taħt is-subpartiti “Gvern ġenerali” u “Obbligazzjonijiet oħra” taħt il-partita “Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro” ġew aġġustati għall-2019 f’konformità mal-approċċ applikat mill-2020. Aktar dettalji dwar din il-bidla jinsabu taħt “Klassifikazzjonijiet mill-ġdid” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-Kontabilità” tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2020.
2.8.2 Kont tal-qligħ u t-telf
2019 | 2020 | 2021 | 2022 | 2023 | |
---|---|---|---|---|---|
Dħul mill-imgħax fuq assi f’riżervi barranin | 1,052 | 474 | 197 | 798 | 2,382 |
Dħul mill-imgħax fuq l-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | - | - | - | 736 | 4,817 |
Dħul ieħor mill-imgħax | 1,828 | 1,844 | 1,531 | 11,001 | 56,552 |
Dħul mill-imgħax | 2,879 | 2,318 | 1,728 | 12,536 | 63,751 |
Remunerazzjoni ta’ klejms tal-BĊN fir-rigward tar-riżervi barranin trasferiti | - | - | - | (201) | (1,335) |
Spejjeż oħra tal-imgħax | (193) | (301) | (162) | (11,434) | (69,609) |
Spejjeż tal-imgħax | (193) | (301) | (162) | (11,636) | (70,944) |
Dħul nett mill-imgħax | 2,686 | 2,017 | 1,566 | 900 | (7,193) |
Qligħ/telf realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji | 197 | 342 | (6) | (110) | (106) |
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji | (20) | (26) | (133) | (1,840) | (38) |
Trasferiment lejn/mill-provvedimenti għar-riskji finanzjarji | 84 | (48) | (610) | 1,627 | 6,620 |
Riżultat nett tal-operazzjonijiet finanzjarji, tnaqqis tal-valur u provvedimenti għar-riskju | 260 | 268 | (749) | (322) | 6,476 |
Dħul/spiża nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet | 531 | 520 | 559 | 585 | 650 |
Dħul mill-ishma azzjonarji u interessi parteċipanti | 1 | - | 2 | 1 | 1 |
Dħul ieħor | 43 | 37 | 56 | 61 | 72 |
Dħul nett totali | 3,522 | 2,842 | 1,435 | 1,224 | 6 |
Spejjeż tal-persunal | (566) | (646) | (674) | (652) | (676) |
Spejjeż amministrattivi | (476) | (434) | (444) | (460) | (481) |
Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u intanġibbli | (102) | (106) | (108) | (103) | (106) |
Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus | (12) | (14) | (13) | (9) | (9) |
Spejjeż oħra | - | - | (5) | - | - |
Profitt/(telf) għas-sena | 2,366 | 1,643 | 192 | - | (1,266) |
Distribuzzjoni tal-profitt | 2,366 | 1,643 | 192 | - | - |
3 Rapport tal-awditur indipendenti
Lill-President u Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Frankfurt am Main
Rapport dwar l-Awditu tar-Rapporti Finanzjarji 2023 tal-BĊE
Opinjoni
Aħna għamilna awditu tar-Rapporti Finanzjarji tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sena li spiċċat fil-31 ta’ Diċembru 2023 – inklużi fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE – li jikkonsistu mill-karta tal-bilanċ, il-kont tal-profitt u t-telf, u ġabra fil-qosor tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
Fl-opinjoni tagħna, dawn ir-Rapporti Finanzjarji tal-Bank Ċentrali Ewropew jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-31 ta’ Diċembru 2023 u tar-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu għas-sena li għalqet dakinhar, skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Governattiv, li huma stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-BĊE tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-BĊE (BĊE/2016/35), kif emendata, li hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-BĊE tat-3 ta’ Novembru 2016, dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2016/34), kif emendata.
Bażi għall-Opinjoni
Aħna għamilna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditu (“ISAs”). Ir-responsabbiltajiet tagħna skont dawn l-istandards huma deskritti fit-taqsima Responsabbiltajiet tal-Awditur għall-Awditu tar-Rapporti Finanzjarji tar-rapport tagħna. Aħna indipendenti mill-BĊE skont ir-rekwiżiti etiċi Ġermaniżi li huma rilevanti għall-awditu tagħna tar-Rapporti Finanzjarji, li huma konsistenti mal-International Ethics Standards Board for Accountants’ Code of Ethics for Professional Accountants (il-“Kodiċi IESBA”), u ssodisfajna r-responsabbiltajiet etiċi l-oħra tagħna skont dawn ir-rekwiżiti. Aħna tal-fehma li l-evidenza tal-awditu li ksibna hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna.
Tagħrif ieħor
Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE (“Bord Eżekuttiv”) huwa responsabbli għall-informazzjoni l-oħra inkluża fir-Kontijiet Annwali tal-BĊE. It-tagħrif l-ieħor jinkludi t-tagħrif kollu inkluż fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE ħlief għar-Rapporti Finanzjarji tal-BĊE u r-rapport tal-awditu tagħna.
L-opinjoni tagħna dwar ir-Rapporti Finanzjarji ma tkoprix it-tagħrif l-ieħor u aħna ma nesprimu ebda forma ta’ konklużjoni assigurattiva dwarhom.
Fir-rigward tal-awditu li għamilna tar-Rapporti Finanzjarji, ir-responsabbiltà tagħna hi li naqraw it-tagħrif l-ieħor u, waqt li nagħmlu dan, inqisu jekk it-tagħrif l-ieħor huwiex materjalment inkonsistenti mar-Rapporti Finanzjarji jew mal-għarfien li ksibna waqt l-awditu jew b’xi mod ieħor jidher materjalment iddikjarat ħażin.
Responsabbiltajiet tal-Bord Eżekuttiv u ta’ dawk inkarigati mill-Governanza għar-Rapporti Finanzjarji
Il-Bord Eżekuttiv hu responsabbli għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tar-Rapporti Finanzjarji skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Governattiv, li huma stabbilti fid-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-BĊE tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-BĊE (BĊE/2016/35), kif emendata, li hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-BĊE tat-3 ta’ Novembru 2016, dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2016/34), kif emendata, u għall-kontroll intern li l-Bord Eżekuttiv iqis bħala meħtieġ biex tkun tista’ ssir it-tħejjija ta’ Rapporti Finanzjarji li jkunu ħielsa minn kull dikjarazzjoni materjali falza, kemm minħabba frodi jew żbalji.
Fit-tħejjija tar-Rapporti Finanzjarji, il-Bord Eżekuttiv hu responsabbli għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-BĊE li jkompli jopera bħala negozju avvjat, waqt li jiżvela, fejn applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża n-negozju avvjat bħala bażi tal-kontabilità.
Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli għas-sorveljanza tal-proċess tar-rappurtar finanzjarju tal-BĊE.
Responsabbiltajiet tal-Awditur għall-Awditu tar-Rapporti Finanzjarji
L-għanijiet tagħna huma li niksbu ċertezza raġonevoli dwar jekk ir-Rapporti Finanzjarji fl-intier tagħhom humiex ħielsa minn kull dikjarazzjoni materjali falza, kemm minħabba frodi jew żbalji, u li noħorġu rapport tal-awditu li jkun fih l-opinjoni tagħna. Iċ-ċertezza raġonevoli hija livell għoli ta’ ċertezza, iżda mhijiex garanzija li awditu li jsir skont l-ISAs dejjem se jidentifika dikjarazzjoni materjali falza meta din teżisti. Id-dikjarazzjonijiet foloz jistgħu joriġinaw minn frodi jew żbalji u jitqiesu li jkunu materjali jekk, individwalment jew flimkien, ikunu mistennijin b’mod raġonevoli li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti li jsiru abbażi ta’ dawn ir-Rapporti Finanzjarji.
Bħala parti minn awditu skont l-ISAs, aħna neżerċitaw ġudizzju professjonali u nżommu xettiċiżmu professjonali matul l-ippjanar u t-twettiq kollu tal-awditu. Aħna wkoll:
- Nidentifikaw u nivvalutaw ir-riskji ta’ kull dikjarazzjoni materjali falza tar-Rapporti Finanzjarji, kemm minħabba frodi jew żbalji, infasslu u nwettqu proċeduri tal-awditu li jwieġbu għal dawn ir-riskji, u niksbu evidenza tal-awditu li tkun biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna. Ir-riskju li ma tiġix identifikata dikjarazzjoni materjali falza li tirriżulta minn frodi huwa ogħla milli għal waħda li tirriżulta minn żbalji, billi frodi tista’ tinvolvi kollużjoni, falsifikazzjoni, ommissjonijiet intenzjonati, rappreżentazzjonijiet ħżiena, jew it-twarrib tal-kontroll intern.
- Naslu biex nifhmu aħjar x’inhu l-kontroll intern rilevanti għall-awditu sabiex infasslu proċeduri tal-awditu li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi, iżda mhux biex nesprimu opinjoni dwar l-effikaċja tal-kontroll intern tal-BĊE.
- Nivvalutaw kemm tkun xierqa l-politika tal-kontabilità li tintuża u kemm ikunu raġonevoli l-kalkoli tal-kontabilità u d-divulgazzjonijiet relatati li jsiru mill-maniġment.
- Nikkonkludu fuq kemm ikun xieraq l-użu min-naħa tal-maniġment tal-bażi ta’ negozju avvjat tal-kontabilità u, abbażi tal-evidenza tal-awditu miksuba, jekk ikunx jeżisti nuqqas ta’ ċertezza materjali relatat mal-avvenimenti jew il-kundizzjonijiet li jista’ jixħet dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-BĊE li tkompli bħala negozju avvjat. Jekk nikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ċertezza materjali, aħna nkunu obbligati niġbdu l-attenzjoni fir-rapport tal-awditu tagħna għad-divulgazzjonijiet relatati fir-Rapporti Finanzjarji jew, jekk dawn id-divulgazzjonijiet ma jkunux adegwati, li nimmodifikaw l-opinjoni tagħna. Il-konklużjonijiet tagħna huma bażati fuq l-evidenza tal-awditu miksuba sad-data tar-rapport tal-awditu tagħna.
- Nivvalutaw il-preżentazzjoni, l-istruttura u l-kontenut ġenerali tar-Rapporti Finanzjarji, fosthom id-divulgazzjonijiet, u jekk ir-Rapporti Finanzjarji jirrappreżentawx it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti bażi b’mod li jwassal għal preżentazzjoni ġusta.
Aħna obbligati nikkomunikaw ma’ dawk inkarigati mill-governanza fir-rigward ta’, fost affarijiet oħra, l-ambitu u ż-żmien ippjanat tal-awditu u l-konklużjonijiet sinifikanti tal-awditu, inklużi xi nuqqasijiet sinifikanti fil-kontroll intern li nidentifikaw matul l-awditu tagħna.
Frankfurt am Main, 14 ta’ Frar 2024
Baker Tilly GmbH & Co. KG
Wirtschaftsprüfungsgesellschaft
(Düsseldorf)
|
|
4 Nota dwar it-tqassim tal-profitt /l-allokazzjoni tat-telf
Din in-nota mhijiex parti mir-rapporti finanzjarji tal-BĊE għas-sena 2023.
Skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-profitt nett tal-BĊE għandu jiġi trasferit f’din l-ordni:
- ammont li għad irid jiġi deċiż mill-Kunsill Governattiv, li m’għandux jaqbeż 20% tal-profitt nett, għandu jiġi trasferit fil-fond ġenerali tar-riżervi, sa limitu ekwivalenti għal 100% tal-kapital; u
- il-bqija tal-profitt nett għandu jitqassam lill-azzjonisti tal-BĊE fil-proporzjon tal-ishma mħallsin tagħhom.[62]
Fil-każ ta’ telf imġarrab mill-BĊE, l-iżbilanċ jista’ jiġi kkumpensat mill-fond ġenerali tar-riżervi tal-BĊE u, jekk ikun meħtieġ, wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, mid-dħul monetarju tas-sena finanzjarja rilevanti fil-proporzjon u mhux iżjed mill-ammonti allokati lill-BĊN skont l-Artikolu 32.5 tal-Istatut tas-SEBĊ.[63]
It-telf tal-BĊE għall-2023, wara r-rilaxx sħiħ tal-provvediment għar-riskji finanzjarji, kien ta’ EUR 1,266 miljun (2022: żero). Wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, dan it-telf se jiġi riportat fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE u jiġi paċut kontra l-qligħ futur.
© Bank Ċentrali Ewropew, 2024
Indirizz postali 60640 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
Telefown +49 69 1344 0
Sit web www.ecb.europa.eu
Id-drittijiet kollha riżervati. Ir-riproduzzjoni għal għanijiet edukattivi u mhux kummerċjali hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Għat-terminoloġija speċifka, jekk jogħġbok irreferi għall-glossarju tal-BĊE (disponibbli bl-Ingliż biss).
HTML ISBN 978-92-899-6615-3, ISSN 2443-4914, doi:10.2866/086604, QB-BS-24-001-MT-Q
F’dan id-dokument, iċ-ċifri ppreżentati jistgħu ma jammontawx b'mod preċiż għat-totali, u l-perċentwali jistgħu ma jirriflettux b'mod preċiż iċ-ċifri assoluti minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb ċifra sħiħa.
Ir-“rapporti finanzjarji” jinkludu l-karta tal-bilanċ, il-kont tal-profitt u t-telf u n-noti relatati. Il-“Kontijiet Annwali” jinkludu r-rapporti finanzjarji, ir-rapport amministrattiv, ir-rapport tal-awditur indipendenti u n-nota dwar it-tqassim tal-profitt/l-allokazzjoni tat-telf. Aktar dettalji dwar il-proċess ta’ preparazzjoni u approvazzjoni relatati jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-BĊE.
L-għadd ta’ BĊNi fl-Eurosistema fl-2023 kien ta’ 20.
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 202, 7.6.2016, p. 1., kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista tal-emendi jinsab hawnhekk.
Il-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 230). Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) tinkludi l-BĊE u l-BĊNi kollha tas-27 Stat Membru tal-UE.
L-APP jikkonsisti mit-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPP3), il-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi (ABSPP), il-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP) u l-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP). Il-BĊE ma jakkwistax titoli fis-CSPP. Dettalji oħra fuq l-APP jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
Dettalji oħra dwar il-PEPP jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
L-amortizzazzjoni tirriżulta mill-prinċipju tal-kontabilità li jeħtieġ li t-titoli jiġu rivalutati 'l fuq jew ’l isfel maż-żmien lejn id-data tal-maturità tagħhom skont jekk inxtrawx bi prezzijiet taħt jew iktar mill-valur nominali tagħhom.
Għal aktar dettalji, ara l-istqarrija għall-istampa tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
Aktar informazzjoni dwar restrizzjonijiet tal-maturità kemm għall-APP u l-PEPP tinsab fuq is-sit web tal-BĊE.
Dawn l-investimenti jikkonsistu f’assi inklużi taħt il-partiti tal-karta tal-bilanċ “Klejms kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f'muniti barranin – Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra” u “Klejms kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'muniti barranin”.
Skont ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima, il-BĊE ppubblika l-ewwel divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima fir-rigward tal-fondi proprji u l-portafolli tal-pensjonijiet tiegħu fis-sit web tal-BĊE f’Marzu 2023, u ħabbar li se jiżvela informazzjoni relatata mal-klima dwar dawn il-portafolli kull sena.
L-ispejjeż imġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu jiġu rkuprati permezz ta’ tariffi annwali imposti fuq entitajiet taħt superviżjoni. Aktar dettalji jinsabu fis-sit web tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE.
Skont l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-SEBC, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali jew awtoritajiet pubbliċi oħra, korpi oħra regolati bil-liġi pubblika, jew intrapriżi pubbliċi ta’ Stati Membri.
F’din it-taqsima, il-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” jinkludu l-qligħ totali mir-rivalutazzjoni tal-investiment f'deheb, muniti barranin u titoli, iżda jeskludu l-kont tar-rivalutazzjoni għall-benefiċċji ta' wara l-impjieg.
Din id-definizzjoni tintuża biss għall-finijiet tat-tħejjija tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE.
Id-dħul mit-tariffi superviżorji huwa inkluż taħt “Dħul u spejjeż oħra” (Ċart 13).
L-ES huwa definit bħala telf medju ponderat fuq il-probabbiltà li jseħħ fl-agħar (1-p)% xenarju, fejn p tindika l-livell ta’ fiduċja.
Aktar dettalji dwar il-metodu tal-mudelli tar-riskju jinsabu f’“The financial risk management of the Eurosystem’s monetary policy operations”, BĊE, Lulju 2015.
Ir-riżultati tat-test tal-istress għal investimenti ta’ bonds korporattivi ġew inkorporati f’divulgazzjonijiet relatati mal-klima dwar investimenti ta’ bonds korporattivi tal-BĊNi taż-żona tal-euro taħt is-CSPP u l-PEPP, li l-BĊE beda jippubblika kull sena minn Marzu 2023 ’il quddiem. Għal aktar dettalji, ara d- Divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima tal-investimenti tal-Eurosistema fis-settur korporattiv għall-finijiet tal-politika monetarja, BĊE, Marzu 2023.
Barra minn hekk, ir-riżultati kwalitattivi ġenerali ta’ dan it-test tal-istress ġew ippubblikati fil-Bullettin Ekonomiku tal-BĊE. Għal aktar dettalji, ara r-Riżultati tat-test tal-istress tar-riskju klimatiku tal-2022 tal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema, il-Bullettin Ekonomiku, Ħarġa 2, BĊE, 2023.Ir-riskju operattiv jinkludi r-riskji mhux finanzjarji kollha u huwa definit bħala r-riskju ta’ impatt negattiv fuq in-negozju, ir-reputazzjoni jew finanzjarju fuq il-BĊE li jirriżulta minn nies, l-implimentazzjoni inadegwata jew il-falliment tal-governanza interna u l-proċessi tan-negozju, il-falliment tas-sistemi li fuqhom jiġu proċessati jiddependu, jew avvenimenti esterni (eż. diżastri naturali jew attakki esterni).
Aktar tagħrif dwar l-istruttura tal-governanza tal-BĊE jinsab fis-sit web tal-BĊE.
Il-ġestjoni tar-riskju tat-twettiq kisbet dejjem aktar attenzjoni fis-settur korporattiv u pubbliku. Huwa jikkomplementa l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju u operazzjonali u għall-BĊE jista’ jiġi definit bħala l-iskopertura ta’ istituzzjoni għal dannu għar-reputazzjoni, iżda wkoll għal dannu finanzjarju jew ta’ tipi oħra ta’ ħsara, li jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tagħha, minħabba azzjonijiet intenzjonali jew negliġenti mwettqa mill-uffiċjali, l-impjegati jew il-kuntratturi ta’ livell għoli tagħha li ma jkunux konformi mar-regoli legali, tal-etika jew ta’ governanza tajba u mal-istandards ta’ amministrazzjoni tajba.
Il-politika dettaljata tal-kontabilità tal-BĊE hi stabbilita fid-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-BĊE tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-BĊE (BĊE/2016/35), (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 1), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista tal-emendi jinsab hawnhekk.
Biex jiġi żgurat ir-rappurtar armonizzat tal-kontabilità u l-finanzi tal-operazzjonijiet tal-Eurosistema, id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq hi bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-BĊE tat-3 ta' Novembru 2016 dwar il-qafas legali għar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (BĊE/2016/34) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 37) kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista tal-emendi jinsab hawnhekk.
Din il-politika, li tiġi riveduta u aġġornata regolarment skont kif jixraq, hi konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26.4 tal-Istatut tas-SEBĊ, li jitolbu approċċ armonizzat għar-regoli tar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju tal-operazzjonijiet tal-Eurosistema.Limitu minimu ta’ €100,000 japplika għad-dovuti u l-provvedimenti amministrattivi.
Lokazzjoni hija kklassifikata bħala lokazzjoni finanzjarja jekk tittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha inċidentali għas-sjieda ta’ assi sottostanti, inkella tiġi kklassifikata bħala lokazzjoni operatorja.
Il-fondi akkumulati minn membru tal-persunal permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji jistgħu jintużaw biex tinxtara pensjoni addizzjonali fid-data tal-irtirar. Din il-pensjoni tiġi inkluża fl-obbligu tal-benefiċċji definiti minn dak il-mument ’il quddiem.
Il-bqija tal-benefiċċji kollha tat-terminazzjoni relatati mal-iskema temporanja ta’ Appoġġ għat-Tranżizzjoni tal-Karriera introdotta mill-BĊE fl-2017 tħallsu matul l-2023 u għalhekk il-BĊE ma kellu l-ebda obbligazzjoni relatata fl-31 ta’ Diċembru 2023.
Peress li l-BĊE ma kellu l-ebda obbligazzjoni relatata mal-Iskema ta’ Tranżizzjoni tal-Karriera fl-31 ta’ Diċembru 2023, ma ġie impost l-ebda kejl mill-ġdid relatat fl-2023.
Fil-31 ta’ Diċembru 2023 il-BĊNi barra ż-żona tal-euro li kienu qegħdin jipparteċipaw fit-TARGET kienu Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru), Danmarks Nationalbank, Narodowy Bank Polski u Banca Naţională a României.
Deċiżjoni tal-BĊE tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/29) (2011/67/UE) (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26), , kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista tal-emendi jinsab hawnhekk.
“Skema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus” tfisser il-perċentwali li jirriżultaw meta jitqies is-sehem tal-BĊE mill-ħruġ totali tal-karti tal-flus tal-euro u meta tiġi applikata l-iskema tal-kapital sottoskritt għas-sehem tal-BĊNi minn dak it-total.
Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-BĊE tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hi l-euro (BĊE/2016/36) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 26), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista tal-emendi jinsab hawnhekk.
Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-BĊE tal-15 ta’ Diċembru 2014 dwar it-tqassim interim tad-dħul tal-BĊE (BĊE/2014/57) (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 24), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista tal-emendi jinsab hawnhekk.
Dawn l-investimenti jikkonsistu f’assi li minnhom jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet denominati fil-munita barranija partikolari li huma soġġetti għal rivalutazzjoni tal-munita barranija. Jidħlu fl-intestaturi “Klejms kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, “Klejms kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, “Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem”, “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, “Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” (in-naħa tal-passiv) u “Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem” u jinkludu t-tranżazzjonijiet forward u swap tal-kambju li jinsabu f’partiti esklużi mill-karta tal-bilanċ. Il-qligħ fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin li jkun ġej minn rivalutazzjonijiet mhuwiex inkluż.
Ara l-istqarrija għall-istampa tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
Dettalji oħra dwar il-APP jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
Ara l-istqarrija għall-istampa tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
Dettalji oħra dwar il-PEPP jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
Ara l-istqarrija għall-istampa tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
Il-valuri tas-suq huma indikattivi u jinħadmu abbażi ta’ kwotazzjonijiet tas-suq. Meta l-kwotazzjonijiet tas-suq ma jkunux disponibbli, il-prezzijiet tas-suq jiġu kalkulati bl-użu ta’ mudelli interni tal-Eurosistema.
Aktar dettalji jinsabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
It-tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli li ma jirriżultawx f’kollateral ta’ flus kontanti mhux investit fi tmiem is-sena jidħlu fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ (ara n-nota 17 “Programmi ta’ self ta’ titoli”).
Is-sistemi anċillari huma infrastrutturi tas-suq finanzjarju li jkunu ngħataw aċċess għall-komponent TARGET-BĊE mill-Kunsill Governattiv, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-ECB u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (BĊE/2022/22) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1–83), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista tal-emendi jinsab hawnhekk. Skont l-entità amministrattiva, is-sistemi anċillari huma kkunsidrati jew residenti taż-żona tal-euro (ara n-nota 9.2 “Obbligazzjonijiet oħra”) jew persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”). Dettalji oħra dwar is-sistemi anċillari jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
L-iskema tal-benefiċċji definiti tal-pjan tirrifletti biss il-kontribuzzjonijiet obbligatorji magħmula mill-BĊE u l-persunal. Il-kontribuzzjonijiet volontarji li saru mill-persunal fi skema ta' kontribuzzjonijiet definiti fl-2023 ammontaw għal €228 miljun (2022: €189 miljun). Dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu investiti fl-assi tal-iskema u jwasslu għal obbligu korrispondenti b’valur ekwivalenti.
Il-bqija tal-benefiċċji kollha tat-terminazzjoni relatati mal-iskema temporanja ta’ Appoġġ għat-Tranżizzjoni tal-Karriera introdotta mill-BĊE fl-2017 tħallsu matul l-2023 u għalhekk il-BĊE ma kellu l-ebda obbligazzjoni relatata fl-31 ta’ Diċembru 2023.
Din il-kontribuzzjoni tħallset skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ.
Dettalji oħra dwar self ta’ titoli jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
Jekk kollateral fi flus kontanti jibqa’ mhux investit fi tmiem is-sena, dawn it-tranżazzjonijiet jidħlu f’kontijiet inklużi fil-karti tal-bilanċ (ara n-nota 8 “Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”).
Dettalji oħra dwar l-arranġamenti swap li jipprodu likwidità jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
Meta d-data attwali tar-ripagament tkun differenti mid-data tal-maturità legali (li normalment ikun il-każ għall-ABSPP), l-ammont tal-primjum jew tal-iskont li jkun għadu ma ġiex amortizzat jitqies li huwa realizzat fi proporzjon mal-valur tal-kapital imħallas lura.
Ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-BĊE tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23) kif emendat. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista tal-emendi jinsab hawnhekk.
Id-deċiżjoni tal-BĊE dwar l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għall-2023 se tiġi adottata u sussegwentement ippubblikata f’nofs Marzu 2024.
Aktar dettalji jinsabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
Ir-rata ta’ skont użata għall-valwazzjoni attwarja fi tmiem l-2022 kienet ta’ 3.9 %, meta mqabbla ma’ 1.3 % fl-2021.
Ekwivalenti full-time (FTE) hija unità ekwivalenti għal impjegat wieħed li jaħdem full-time għal sena. Persunal b’kuntratti permanenti, fissi jew għal żmien qasir u parteċipanti fil-Programm tal-Gradwati tal-BĊE huma inklużi proporzjonalment mas-sigħat li jaħdmu. Persunal fuq lif tal-maternità jew lif għal żmien twil hu inkluż wkoll, waqt li staff fuq lif mhux imħallas hu eskluż.
L-ispiża kurrenti tas-servizz tiġi kalkulata bir-rati li kienu japplikaw fis-sena ta’ qabel.
L-ammonti huma mogħtija gross, i.e. qabel it-tnaqqis ta’ taxxi għall-benefiċċju tal-UE.
Dawn il-pagamenti relatati mal-pensjoni naqqsu l-obbligu tal-benefiċċji definiti rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ. Għall-ammont nett li għandu jitħallas mill-kont tal-profitt u t-telf fir-rigward tal-arranġamenti tal-pensjoni għall-membri attwali tal-Bord Eżekuttiv u l-membri attwali tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE, ara n-nota 13.3, “Diversi”.
Dawn il-ponderazzjonijiet jiġu aġġustati wkoll kull meta jkun hemm bidla fl-għadd ta’ BĊNi li jikkontribwixxu għall-kapital tal-BĊE. Dawn huma l-BĊNi tal-Istati Membri tal-UE.
Il-BĊNi barra ż-żona tal-euro mhumiex intitolati jirċievu ebda sehem mill-profitt tal-BĊE li jista’ jitqassam u lanqas mhuma obbligati jagħmlu tajjeb għal xi telf tal-BĊE.
Skont l-Artikolu 32.5 tal-Istatut tas-SEBĊ, is-somma tad-dħul monetarju tal-BĊNi għandha tiġi allokata lill-BĊNi fil-proporzjon tal-ishma mħallsin tagħhom fil-kapital tal-BĊE.