- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Il-BĊE jippubblika kalendarji indikattivi operazzjonali għall-2024
15 ta' Settembru 2023
- Il-BĊE jippubblika kalendarji indikattivi għall-2024 għall-operazzjonijiet regolari ta’ sejħiet għall-offerti u għall-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema
- Il-BĊE jallinja d-dati tal-allokazzjoni u s-saldu ta’ operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ tliet xhur mad-dati tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament
- Il-BĊE jemenda d-data tat-tmiem tat-tmien perjodu ta’ żamma għall-2023
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qed jippubblika l-kalendarji indikattivi għall-2024 għall-operazzjonijiet regolari ta’ sejħiet għall-offerti u għall-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema.
Il-kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet regolari ta’ sejħiet għall-offerti tal-Eurosistema jinkorpora l-allinjament tad-dati tat-tħabbir, tal-allokazzjoni u tas-saldu ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal (LTROs) ta’ tliet xhur mad-dati korrispondenti tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (MROs). L-allinjament tad-dati tas-saldu huwa mmirat biex jiffaċilita r-rifinanzjamenti mill-MROs għal-LTROs, u viċi versa. Il-bidla hija effettiva mil-LTRO li għandha tiġi allokata fit-30 ta’ Jannar 2024. Konsegwentement, id-dati ta’ maturità tal-LTROs li għandhom jiġu allokati f’Ottubru, Novembru u Diċembru 2023 se jikkoinċidu mad-dati ta’ saldu l-ġodda applikabbli mill-2024. Il-kalendarju jinkludi biss MROs u LTROs ta’ tliet xhur. Ma jinkludix operazzjonijiet supplimentari jew ad hoc li jistgħu jsiru fl-2024. Il-kalendarju jista’ jitniżżel mill-websajt tal-BĊE.
Il-kalendarju indikattiv tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema jqisu kemm il-kalendarju tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fl-2024 kif ukoll il-kalendarju tal-operazzjonijiet regolari b’sejħa għall-offerti.
Il-kalendarju indikattiv għall-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2024 (inkluż it-tmien perjodu ta’ żamma tal-2023) huwa mogħti hawn taħt:
PŻ | Laqgħa tal-Kunsill Governattiv relevanti | Bidu tal-perjodu taż-żamma | Tmiem il-perjodu taż-żamma | Data tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrapportaw kull xahar | Data tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrapportaw kull trimestru | Tul tal-perjodu taż-żamma tar-riżerva (ġranet) |
---|---|---|---|---|---|---|
14 ta' Diċembru 2023 | 20 ta' Diċembru 2023 | 30 ta' Jannar 2024 | Ottubru 2023 | Settembru 2023 | 42 | |
1 | 25 ta' Jannar 2024 | 31 ta' Jannar 2024 | 12 ta' Marzu 2024 | Novembru 2023 | Settembru 2023 | 42 |
2 | 7 ta' Marzu 2024 | 13 ta' Marzu 2024 | 16 ta' April 2024 | Jannar 2024 | Diċembru 2023 | 35 |
3 | 11 ta' April 2024 | 17 ta' April 2024 | 11 ta' Ġunju 2024 | Frar 2024 | Diċembru 2023 | 56 |
4 | 6 ta' Ġunju 2024 | 12 ta' Ġunju 2024 | 23 ta' Lulju 2024 | April 2024 | Marzu 2024 | 42 |
5 | 18 ta' Lulju 2024 | 24 ta' Lulju 2024 | 17 ta' Settembru 2024 | Mejju 2024 | Marzu 2024 | 56 |
6 | 12 ta' Settembru 2024 | 18 ta' Settembru 2024 | 22 ta' Ottubru 2024 | Lulju 2024 | Ġunju 2024 | 35 |
7 | 17 ta' Ottubru 2024 | 23 ta' Ottubru 2024 | 17 ta' Diċembru 2024 | Awwissu 2024 | Ġunju 2024 | 56 |
8 | 12 ta' Diċembru 2024 | 18 ta' Diċembru 2024 | [tbd] | Ottubru 2024 | Settembru 2024 | [tbd] |
It-tabella tinkludi wkoll bidla fil-kalendarju indikattiv għall-perijodi taż-żamma tar-riżervi fl-2023. B’mod speċifiku, tmiem it-tmien perjodu ta’ żamma tal-2023 tressaq ’il quddiem b’ġimgħa, mis-6 ta’ Frar 2024 għat-30 ta’ Jannar 2024. Il-bidu tal-perjodu ta’ żamma fl-20 ta’ Diċembru 2023 ma nbidilx. L-aġġustament jirrifletti bidla fl-iskeda għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fl-2024.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-media, jekk jogħġbok ikkuntattja lil William Lelieveldt, tel.: (+49 69 1344 7316).
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja- 15 September 2023