Il-Bank Ċentrali Ewropew jiftaħ il-bibien tiegħu nhar ta’ Sibt
- Viżitaturi reġistrati jistgħu jżuru l-bini tal-BĊE kull l-ewwel Sibt tax-xahar
- Gwidi bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż idawruk mal-Grossmarkthalle u t-torri tal-uffiċċji
- Il-BĊE jżid ukoll l-għadd ta’ żjarat għal gruppi reġistrati minn qabel
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) se jiftaħ il-bibien tiegħu biex viżitaturi reġistrati jżuru l-post akkumpanjati minn gwida. Għall-ewwel darba minn meta l-BĊE mar fil-bini l-ġdid tiegħu fi tmiem l-2014, il-pubbliku se jkun jista’ jara t-torri tal-uffiċċji u l-Grossmarkthalle storiku minn ġewwa u jgawdi veduta impressjonanti tal-belt ta’ Frankfurt am Main mis-27 sular.
Iż-żjarat se jibdew isiru kull l-ewwel Sibt tax-xahar mit-2 ta’ Lulju, u jibqgħu sejrin tal-anqas sal-aħħar ta’ din is-sena. Bejn 12:00 u l-16:30, gruppi ta’ mhux iżjed minn 25 ruħ se jkunu jistgħu jagħmlu żjarat ta’ madwar siegħa bil-gwida bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż.
Il-BĊE żied ukoll il-possibilitajiet biex jilqa’ gruppi ta’ viżitaturi fil-bank ċentrali f’ħinijiet oħra u qiegħed jistieden skejjel, studenti u gruppi oħra biex jirreġistraw għaż-żjarat. Dawn iż-żjarat edukattivi jinkludu, fost l-oħrajn, l-istorja taż-żona tal-euro u kif din tiffunzjona. Tista’ ssir talba wkoll biex jiġu trattati suġġetti iżjed speċifiċi.
Tagħrif ieħor fuq iż-żjarat fil-BĊE jinsab fit-taqsima “Żjarat fil-Bank Ċentrali Ewropew” tal-websajt tal-BĊE.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuni ta’ kuntatt huma Rocío Gonzalez jew Stefan Ruhkamp (+49 69 1344 6451).
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja