Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Annwali

Ir-Rapport Annwali jiddeskrivi l-kompiti u l-attivitajiet tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u jirrapporta dwar il-politika monetarja tal-Eurosistema. Ġeneralment jiġi ppubblikat fir-rebbiegħa tas-sena ta’ wara u jiġi ppreżentat minn wieħed mill-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE lill-Parlament Ewropew waqt seduta pubblika.

2024

f'ċifri

2.4%

L-inflazzjoni globali naqset lejn il-mira tagħna ta’ 2 %

L-inflazzjoni globali naqset għal 2.4 % f’Diċembru 2024 minn 2.9 % f’Diċembru 2023, u resqet eqreb lejn il-mira.

Aktar dwar l-inflazzjoni
-100punt bażi

Il-BĊE naqqas ir-rati tal-imgħax erba' darbiet

It-tnaqqis fir-rati ewlenin tal-BĊE ġab ir-rata tal-faċilità ta' depożitu għal 3.00% u t-tnaqqis kumulattiv tagħha matul l-2024 għal 100 punt bażi.

Il-politika monetarja tagħna
21,325viżitatur

Il-BĊE laqa' eluf ta' viżitaturi

Total ta’ 21,325 viżitatur ġew ospitati miċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE fl-2024, u dan ta lill-pubbliku l-opportunità li jsir jaf lill-BĊE minn ġewwa.

Komunikazzjoni u trasparenza tal-BĊE

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew

Aqra d-diskors li għamel Luis de Guindos lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew meta ppreżenta r-Rapport Annwali.

Aqra d-diskors

Ir-rapport sħiħ

Ħarsa lura lejn dak li għamel il-BĊE kif ukoll il-valutazzjoni tagħna tal-ekonomija għas-sena li għaddiet.

Ara r-Rapport Annwali 2024 kollu

Stqarrija ta’ rispons

Ippubblikata fl-okkażjoni tal-preżentazzjoni tar-Rapport Annwali 2024 tal-BĊE lill-Parlament Ewropew, din l-istqarrija ta’ rispons tagħti risposti għall-kwistjonijiet imqajma u għat-talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport Annwali tas-sena ta’ qabel.

Aqra l-istqarrija kollha

Kontijiet Annwali

Il-Kontijiet Annwali juru l-pożizzjoni finanzjarja tagħna u r-riżultati tal-operat tagħna. Huma parti mir-Rapport Annwali tagħna iżda jiġu ppubblikati qabel, fi Frar. Agħti ħarsa lejn l-aktar stqarrijiet reċenti u dawk preċedenti.

Kontijiet Annwali
ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

Obbligi tar-rappurtar

Il-BĊE huwa istituzzjoni indipendenti li għandha d-diskrezzjoni li tuża l-istrumenti tagħha skont il-ħtieġa biex twettaq il-kompiti u tissodisfa l-mandat tagħha. Ir-responsabbiltà hija l-kontroparti meħtieġa għal din l-indipendenza.

Responsabbiltà

Webcasts

Il-President tal-BĊE u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv jidhru regolarment quddiem il-Parlament Ewropew.

Seduti fil-Parlament Ewropew

Il-paġni kollha f’din it-taqsima