- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Il-BĊE jadotta skema tal-kapital ġdida
3 ta’ Diċembru 2018
- Aġġustament ta’ kull ħames snin ibbażat fuq il-popolazzjoni u dejta tal-PDG mill-Kummissjoni Ewropea
- 16-il bank ċentrali nazzjonali għandu jkollhom sehem ogħla, u 12 minnhom sehem anqas
- L-ebda bidla fis-sistema ta’ drittijiet tal-vot rotanti
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta atti legali dwar l-aġġustament regolari kull ħames snin tal-iskema kapitali tiegħu u l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Unjoni Ewropea. L-iskema l-ġdida għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019.
L-ishma tal-BĊNi fil-kapital tal-BĊE huma peżati skont is-sehem tal-Istati Membri rispettivi fil-popolazzjoni totali u l-prodott domestiku gross tal-Unjoni Ewropea (UE), f'miżura ugwali.*
L-ippeżar huwa bbażat fuq dejta pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. Il-banek ċentrali nazzjonali jittrasferixxu ishma tal-kapital bejniethom safejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma tikkorrispondi mal-iskema aġġustata.
Wara l-aħħar reviżjoni, 16-il bank ċentrali se jkollhom sehem akbar fil-kapital tal-BĊE milli qabel u 12-il bank ċentrali se jkollhom sehem iżgħar. Id-distribuzzjoni ġdida tal-ishma tal-BĊN hija stabbilita fit-tabella ta’ hawn taħt. L-ammont totali tal-kapital sottoskritt tal-BĊE jibqa’ kif kien, EUR 10,825,007,069.61. Id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Bank Ċentrali Ewropew jinsabu fil-websajt tal-BĊE u iżjed ’il quddiem se jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ġenerali tal-BĊE kkontribwixxa għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, f'konformità mal-Istatut tas-SEBĊ.
Is-sistema li taħtha l-Gvernaturi tal-BĊN jalternaw fiż-żamma tad-drittijiet tal-vot fuq il-Kunsill Governattiv tipprovdi li l-Gvernaturi tal-BĊN taż-żona tal-euro huma allokati fi żewġ gruppi skont id-daqs tas-settur finanzjarju u l-prodott domestiku gross tal-Istati Membri tagħhom, kif imsemmi hawn fuq. Din id-dejta għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid kull meta jsir l-aġġustament tal-iskema tal-kapital ta’ kull ħames snin. Fuq il-bażi tal-kalkoli l-ġodda, l-allokazzjoni ta’ Gvernaturi fi gruppi mill-1 ta' Jannar 2019 tibqa’ l-istess.
Tqassim tal-kapital tal-BĊE mill-1 ta’ Jannar 2019
Skema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) sal-31 ta’ Diċembru 2018 |
Skema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) sal-1 ta’ Jannar 2019 |
Sehem sottoskritt tal-kapital (EUR) mill-1 ta’ Jannar 2019 |
Kapital imħallas (EUR) mill-1 ta’ Jannar 2019 |
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
2.4778 |
2.5280 |
273,656,178.72 |
273,656,178.72 |
Deutsche Bundesbank |
17.9973 |
18.3670 |
1,988,229,048.48 |
1,988,229,048.48 |
Eesti Pank |
0.1928 |
0.1968 |
21,303,613.91 |
21,303,613.91 |
Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland |
1.1607 |
1.1754 |
127,237,133.10 |
127,237,133.10 |
Bank of Greece |
2.0332 |
1.7292 |
187,186,022.25 |
187,186,022.25 |
Banco de España |
8.8409 |
8.3391 |
902,708,164.54 |
902,708,164.54 |
Banque de France |
14.1792 |
14.2061 |
1,537,811,329.32 |
1,537,811,329.32 |
Banca d’Italia |
12.3108 |
11.8023 |
1,277,599,809.38 |
1,277,599,809.38 |
Central Bank of Cyprus |
0.1513 |
0.1503 |
16,269,985.63 |
16,269,985.63 |
Latvijas Banka |
0.2821 |
0.2731 |
29,563,094.31 |
29,563,094.31 |
Lietuvos bankas |
0.4132 |
0.4059 |
43,938,703.70 |
43,938,703.70 |
Banque centrale du Luxembourg |
0.2030 |
0.2270 |
24,572,766.05 |
24,572,766.05 |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
0.0648 |
0.0732 |
7,923,905.17 |
7,923,905.17 |
De Nederlandsche Bank |
4.0035 |
4.0677 |
440,328,812.57 |
440,328,812.57 |
Oesterreichische Nationalbank |
1.9631 |
2.0325 |
220,018,268.69 |
220,018,268.69 |
Banco de Portugal |
1.7434 |
1.6367 |
177,172,890.71 |
177,172,890.71 |
Banka Slovenije |
0.3455 |
0.3361 |
36,382,848.76 |
36,382,848.76 |
Národná banka Slovenska |
0.7725 |
0.8004 |
86,643,356.59 |
86,643,356.59 |
Suomen Pankki - Finlands Bank |
1.2564 |
1.2708 |
137,564,189.84 |
137,564,189.84 |
Subtotal għall-grupp ta’ banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro |
70.3915 |
69.6176 |
7,536,110,121.69 |
7,536,110,121.69 |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
0.8590 |
0.8511 |
92,131,635.17 |
3,454,936.32 |
Česká národní banka |
1.6075 |
1.6172 |
175,062,014.33 |
6,564,825.54 |
Danmarks Nationalbank |
1.4873 |
1.4986 |
162,223,555.95 |
6,083,383.35 |
Hrvatska narodna banka |
0.6023 |
0.5673 |
61,410,265.11 |
2,302,884.94 |
Magyar Nemzeti Bank |
1.3798 |
1.3348 |
144,492,194.37 |
5,418,457.29 |
Narodowy Bank Polski |
5.1230 |
5.2068 |
563,636,468.10 |
21,136,367.55 |
Banca Naţională a României |
2.6024 |
2.4470 |
264,887,922.99 |
9,933,297.11 |
Sveriges riksbank |
2.2729 |
2.5222 |
273,028,328.31 |
10,238,562.31 |
Bank of England |
13.6743 |
14.3374 |
1,552,024,563.60 |
58,200,921.14 |
Subtotal għall-grupp tal-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro |
29.6085 |
30.3824 |
3,288,896,947.92 |
123,333,635.55 |
Total |
100.0000 |
100.0000 |
10,825,007,069.61 |
7,659,443,757.27 |
Iċ-ċifri jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Peter Ehrlich, tel.: +49 69 1344 8320.
Noti:
*L-Artikolu 29.1 tal-Protokol tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jistabbilixxi kif tiġi ppeżata l-iskema kapitali.
Anness:
Paragun tal-iskema kapitali, l-iskema tal-Eurosistema u l-iskema ta’ allokazzjoni tal-karta tal-flus
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja