Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE se jinstalla xogħol artistiku ġdid quddiem il-bini ewlieni

4 ta' Settembru 2015
  • Xogħol artistiku tal-iskultur Taljan Giuseppe Penone se jiġi installat fl-4 ta’ Settembru 2015
  • Gravity and Growth” hi siġra għolja aktar minn 17-il metru, magħmula prinċipalment mill-bronż u l-granit
  • Dan hu wieħed minn tliet proġetti magħżulin minn ġurija wara kompetizzjoni internazzjonali li saret fl-2014

Skultura ta’ Giuseppe Penone, wieħed mir-rappreżentanti ewlenin tal-moviment “Arte Povera”, se titqiegħed barra d-daħla prinċipali tal-bini ewlieni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fl-4 ta’ Settembru 2015. Magħrufa bħala “ Gravity and Growth” (Gravità u Tkabbir), is-siġra għandha għoli ta’ 17.5 metru u attwalment hija magħmula mill-bronż u l-granit b’għanqud weraq indurat.

“Is-siġra ta’ Giuseppe Penone tagħti sens ta’ stabbiltà u tkabbir u hija msejsa bl-isbaħ mod fuq il-valuri umanistiċi tal-Ewropa,” qal Benoît Cœuré, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u president tal-ġurija artistika li għażlet dan ix-xogħol tal-arti.

Fl-2014 il-BĊE ħabbar kompetizzjoni internazzjonali tal-arti biex isib tliet xogħlijiet artistiċi għal postijiet differenti fil-bini ewlieni l-ġdid tiegħu. 59 artist minn 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea ġew nominati biex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni, li kellha baġit totali ta’ €1.25 miljun. It-tliet biċċiet xogħol li ntgħażlu finalment għax “jirrappreżentaw l-arti Ewropea fl-aqwa tagħha” kienu: skultura tal-artist Bulgaru Nedko Solakov, installazzjoni tal-artist Britanniku Liam Gillick u s-siġra ta’ Giuseppe Penone. L-ewwel tnejn tpoġġew fil-bini ewlieni filwaqt li s-siġra ta’ Penone issa se titqiegħed barra d-daħla prinċipali.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hija Alexandrine Bouilhet (+49 69 1344 8949).

Nota:

Il-President tal-BĊE Mario Draghi għandu jinawgura t-tliet xogħlijiet tal-arti fis-6 ta’ Ottubru 2015.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja