Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE se jaġġorna l-iskeda tal-laqgħat u jxandar tagħrif regolari fuq id-diskussjonijiet dwar il-politika monetarja fl-2015

3 ta' Lulju 2014

EMBARGO

M’għandhiex tixxandar qabel it-3.30 p.m. CET tal-Ħamis 3 ta’ Lulju 2014
  • Il-laqgħat tal-Kunsill Governattiv dwar il-politika monetarja se jibdew isiru kull sitt ġimgħat
  • Il-perjodi taż-żamma tar-riżervi se jitwalu għal sitt ġimgħat biex jaqblu mal-iskeda l-ġdida
  • Il-BĊE se jxandar tagħrif fuq id-diskussjonijiet dwar il-politika monetarja minn Jannar 2015

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed iħabbar li l-laqgħat tal-Kunsill Governattiv dwar il-politika monetarja se jibdew isiru kull sitt ġimgħat minn Jannar 2015. Il-laqgħat li m’għandhomx x’jaqsmu mal-politika monetarja se jkomplu jsiru tal-anqas darba kull xahar.

Il-perjodi taż-żamma tar-riżervi, li matulhom il-banek bħala medja jridu jżommu riżervi minimi mal-Eurosistema, se jitwalu għal sitt ġimgħat minn erba’ ġimgħat biex jiġu jaqblu maċ-ċiklu l-ġdid tal-laqgħat dwar il-politika monetarja.

Fl-istess waqt, il-BĊE jistqarr l-impenn tiegħu li jxandar tagħrif regolari fuq il-laqgħat tal-Kunsill Governattiv dwar il-politika monetarja, u dan huwa maħsub li jibda jsir mil-laqgħa ta’ Jannar 2015. It-tagħrif se jixxandar b’mod li r-rapport tal-laqgħa preċedenti jiġi ppubblikat qabel id-data tal-laqgħa li jkun imiss.

L-iskeda riveduta tal-laqgħat se tiġi ffinalizzata fil-laqgħa tas-16 ta’ Lulju tal-Kunsill Governattiv u tixxandar fil-websajt tal-BĊE minnufih wara.

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel lil Niels Bünemann (tel. +49 69 1344 6594).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja