Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-BĊE
Fil-laqgħa ta’ llum, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta opinjoni dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-BĊE.
Il-Kunsill Governattiv ma kellu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost, is-Sur Vítor Constâncio, li hu bniedem ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u li għandu esperjenza professjonali f’affarijiet monetarji u bankarji, hekk kif meħtieġ mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Wara l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv u opinjoni tal-Parlament Ewropew, il-Viċi-President il-ġdid tal-BĊE ser jinħatar mill-Kunsill Ewropew.
L-opinjoni tal-Kunsill Governattiv, li se tiġi ppubblikata f’qasir żmien fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tinsab fuq il-websajt tal-BĊE fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja