Pubblikazzjoni tar-rapport tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar l-effiċjenza operazzjonali ta' l-amministrazzjoni tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2005 u t-tweġiba tal-BĊE
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ippubblika fuq il-websajt tiegħu ir-rapport imħejji mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri dwar l-effiċjenza operazzjonali ta’ l-amministrazzjoni tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġiba tal-BĊE għal dan ir-rapport. Ir-rapport tal-Qorti ġie mħejji skond l-Artikolu 27.2 ta’ l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Ir-rapport hu ppubblikat ukoll, flimkien mat-tweġiba tal-BĊE, fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bid-data tal-21 ta’ Diċembru 2007 u wieħed jista’ jsibu fuq il-websajt tal-BĊE (http://www.ecb.europa.eu) fit-taqsima “Il-Bank Ċentrali Ewropew”, “Organizzazzjoni”, “Governanza korporattiva”.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja