Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Skedi għall-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE u tal-konferenzi stampa relatati magħhom tul l-2007

2 ta' Ġunju 2006

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li fis-sena 2007 il-laqgħat tiegħu jibqgħu jsiru, bħala regola ġenerali, nhar il-Ħamis ta’ l-ewwel u t-tielet ġimgħa ta’ kull xahar.

Kif ġie mħabbar fit-8 ta’ Novembru tal-2001, il-Kunsill Governattiv, bħala regola, se jibqgħa jikkunsidra l-pożizzjoni tal-BĊE fir-rigward tal-politika monetarja fl-ewwel laqgħa tax-xahar biss. Għalhekk, deċiżjonijiet dwar ir-rati ta’ l-imgħax normalment jittieħdu matul din il-laqgħa. Kull meta jiltaqa’ għat-tieni darba fl-istess xahar, il-Kunsill Governattiv se jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ attivitajiet u responsabbiltajiet oħra tal-BĊE u ta’ l-Eurosistema. Naturalment, jekk jinqala’ l-bżonn, il-Kunsill Governattiv dejjem jista’ jiddeċiedi li jbiddel ir-rati ta’ l-imgħax ewlenin tal-BĊE fi kwalunkwe żmien mingħajr ma jagħti kas tal-laqgħat skedati minn qabel. L-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għall-2007 tagħti kas ukoll tal-fatt li l-perijodi taż-żamma tar-riżervi jibdew jgħaddu mill-jum tal-ħlas ta’ l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (MRO) li tiġi wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li fiha tkun skedata l-istima ta' kull xahar ta’ l-orjentament tal-politika monetarja.

Ukoll skond il-prassi stabbilita, żewġ laqgħat tal-Kunsill Governattiv se jerġgħu jsiru barra minn Frankfurt: l-ewwel waħda fl-10 ta’ Mejju 2007, tiġi milqugħa mis-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland, u t-tieni waħda, fl-4 ta’ Ottubru 2007, tiġi milqugħa mill-Oesterreichische Nationalbank.

Il-Kunsill Ġenerali ddeċieda li għandha tinżamm il-prassi kurrenti ta’ laqgħat trimestrali.

Fl-aħħar, se tinżamm is-sistema attwali ta’ konferenzi stampa; jiġifieri dawn isiru wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li waqtha normalment jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar ir-rati ta’ l-imgħax.

Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2007

11 ta’ Jannar 2007

8 ta’ Frar 2007

22 ta’ Frar 2007

8 ta’ Marzu 2007

22 ta’ Marzu 2007

12 ta’ April 2007

26 ta’ April 2007

10 ta’ Mejju 2007 (Dublin)

24 ta’ Mejju 2007

6 ta’ Ġunju 2007

21 ta’ Ġunju 2007

5 ta’ Lulju 2007

19 ta’ Lulju 2007

2 ta’ Awwissu 2007

6 ta’ Settembru 2007

20 ta’ Settembru 2007

4 ta’ Ottubru 2007 (Vienna)

25 ta’ Ottubru 2007

8 ta’ Novembru 2007

22 ta’ Novembru 2007

6 ta’ Diċembru 2007

20 ta’ Diċembru 2007

10 ta’ Jannar 2008

Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2007

22 ta’ Marzu 2007

21 ta’ Ġunju 2007

20 ta’ Settembru 2007

20 ta’ Diċembru 2007

Konferenzi Stampa fl-2007

11 ta’ Jannar 2007

8 ta’ Frar 2007

8 ta’ Marzu 2007

12 ta’ April 2007

10 ta’ Mejju 2007 (Dublin)

6 ta’ Ġunju 2007

5 ta’ Lulju 2007

6 ta’ Settembru 2007

4 ta’ Ottubru 2007 (Vienna)

8 ta’ Novembru 2007

6 ta’ Diċembru 2007

10 ta’ Jannar 2008

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja